<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-798/18</NO.CASE><NO.CASE>C-799/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CC0798</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:876">EU:C:2020:876</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>18</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Saugmandsgaard Øe – Kawżi magħquda C‑798/18 u C‑799/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Federazione nazionale delle imprese elettrotecniche ed elettroniche (Anie) <HT TYPE="ITALIC">et</HT> u Athesia energy <HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal‑avukat ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Saugmandsgaard Øe</HT></P><P>ippreżentati fid‑<DATE ISO="20201029">29 ta’ Ottubru 2020</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawżi magħquda C‑798/18 u C‑799/18</P><P>Federazione nazionale delle imprese elettrotecniche ed elettroniche (Anie) <HT TYPE="ITALIC">et</HT> <HT TYPE="NORMAL">(C‑798/18),</HT></P><P>Athesia Energy Srl <HT TYPE="ITALIC">et</HT> <HT TYPE="NORMAL">(C‑799/18)</HT></P><P>vs</P><P>Ministero dello Sviluppo Economico,</P><P>Gestore dei servizi energetici (GSE) SpA,</P><P>fil-preżenza ta’:</P><P>Elettricità Futura – Unione delle Imprese Elettriche italiane,</P><P>Confederazione Generale dell’Agricoltura Italiana – Confagricoltura</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talbiet għal deċiżjonijiet preliminari magħmula mit-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Lazio, l-Italja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2009/28/KE</KEYWORD><KEYWORD>Promozzjoni tal-użu tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli</KEYWORD><KEYWORD>Produzzjoni tal-enerġija elettrika minn installazzjonijiet fotovoltajċi solari</KEYWORD><KEYWORD>Skema ta’ appoġġ</KEYWORD><KEYWORD>Emenda ta’ inċentivi diġà mogħtija iżda li l-ħlas tagħhom għadu mhux dovut</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Libertà ta’ intrapriża</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għall-proprjetà</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>beni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Aspettattivi leġittimi</KEYWORD><KEYWORD>Trattat tal-Karta tal-Enerġija</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 10</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fl-2014, fil-kuntest tat-tkabbir qawwi fis-settur tal-enerġija fotovoltajka, il-leġiżlatur Taljan fittex li jnaqqas l-inċentivi mogħtija lill-operaturi ta’ dan is-settur fit-territorju tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet għal deċiżjonijiet preliminari, ippreżentati fis-<DATE ISO="20181217">17 ta’ Diċembru 2018</DATE> mit-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Lazio, l-Italja), jirrigwardaw il-kompatibbiltà ta’ tali riforma mad-dritt tal-Unjoni, u b’mod iktar partikolari, il-limiti eventwalment imposti mill-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), relattivi għal-libertà ta’ intrapriża u għad-dritt għall-proprjetà rispettivament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet ġew ippreżentati fil-kuntest ta’ tilwimiet bejn numru kunsiderevoli ta’ operaturi ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi fl-Italja u l-Federazione Nazionale delle Imprese Elettrotecniche ed Elettroniche (il-Federazzjoni Nazzjonali tal-Impriżi Elettrotekniċi u Elettroniċi) (Anie)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Anie tirrappreżenta l-impriżi li jeżerċitaw, fl-Italja, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>attività intiża għall-produzzjoni ta’ oġġetti u/jew servizzi fis-settur elettrotekniku u elettroniku, jew f’setturi relatati<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>. Fil-bqija ta’ dawn il-konklużjonijiet, it-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> jirreferu għal Anie kif ukoll għall-operaturi kollha tal-installazzjonijiet fotovoltajċi parti fil-kawżi quddiem il-qorti tar-rinviju.</P></NOTE>, il-Ministero dello Sviluppo economico (il-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku, l-Italja) u Gestore dei servizi energetici (GSE) SpA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>GSE<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), kumpannija b’responsabbiltà limitata li l-kapital tagħha huwa miżmum kollu mill-Ministero dell’Economia e delle Finanze (il-Ministeru tal-Ekonomija u tal-Finanzi, l-Italja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-partikolarità ta’ dawn il-kawżi tinsab fil-fatt li GSE kkonkludiet ma’ dawn l-operaturi ftehimiet li jipprevedu l-ħlas ta’ inċentivi għal tul ta’ għoxrin sena, fil-kuntest ta’ skema ta’ appoġġ intiża sabiex tittrasponi, fid-dritt Taljan, id-direttivi Ewropej suċċessivi fil-qasam tal-promozzjoni tal-użu tal-enerġija rinnovabbli<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>L-ewwel direttiva fil-qasam tal-promozzjoni tal-użu tal-enerġija rinnovabbli kienet id-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20010927">27 ta’ Settembru 2001</DATE> fuq il-promozzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli fis-suq intern ta’ l-elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 121). Din kienet imħassra mid-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE> dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="140" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 140, p. 16</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Ir-riforma implimentata mil-leġiżlatur Taljan daħlet f’dan il-kuntest leġiżlattiv partikolari, sabiex temenda b’mod żvantaġġuż għall-imsemmija operaturi l-inċentivi li l-ħlas tagħhom kien previst iżda kien għadu mhux dovut skont dawn il-ftehimiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Skont it-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja, dawn il-konklużjonijiet ser jindirizzaw l-interpretazzjoni tal-Artikoli 16 u 17 tal-Karta, kif ukoll tal-Artikolu 10 tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Iffirmat f’Lisbona fis-<DATE ISO="19941217">17 ta’ Diċembru 1994</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="380" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="1994">ĠU 1994, L 380, p. 24</REF.DOC.OJ>) u approvat għan-nom tal-Unjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni 98/181/KE, KEFA, Euratom, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tat-<DATE ISO="19970923">23 ta’ Settembru 1997</DATE>, rigward il-konklużjoni, mill-Komunitajiet Ewropej, tat-Trattat fuq iċ-Charter ta’ l-Enerġija u l-Protokoll taċ-Charter ta’ l-Enerġija dwar l-effiċjenza fl-enerġija u l-aspetti ambjentali relatati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 24) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Karta tal-Enerġija<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>). Nispeċifika li, f’kull waħda minn dawn il-kawżi, id-domanda preliminari ssemmi l-Karta tal-Enerġija mingħajr ma tikkwota ebda dispożizzjonijiet konkreti tagħha. Madankollu, fid-dawl tal-indikazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju, jidhirli li din tistaqsi, b’mod iktar partikolari, dwar il-kompatibbiltà tar-riforma implimentata mil-leġiżlatur Taljan mal-Artikolu 10 ta’ din il-karta. Għalhekk, f’dawn il-konklużjonijiet, ser nillimita l-interpretazzjoni tiegħi tal-imsemmija karta għal din id-dispożizzjoni biss.</P></NOTE>, moqri flimkien mal-Artikolu 216(2) TFUE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Infakkar li l-Artikolu 216(2) TFUE jipprovdi li l-ftehimiet konklużi mill-Unjoni jorbtu lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u lill-Istati Membri.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Fl-aħħar tal-espożizzjoni tiegħi, ser nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li l-Artikoli 16 u 17 tal-Karta ma jipprekludux riforma bħal dik implimentata mil-leġiżlatur Taljan. Barra minn hekk, ser nesponi r-raġunijiet li għalihom nikkunsidra li l-Artikolu 10 tal-Karta tal-Enerġija, moqri flimkien mal-Artikolu 216(2) TFUE, ma huwiex applikabbli għal dawn il-kawżi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id‑dritt internazzjonali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 10(1) tal-Karta tal-Enerġija, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Promozzjoni, protezzjoni u trattament ta’ l-investimenti<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="010.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Parti Kontraenti għandha, skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Trattat, tinkoraġġixxi u toħloq kondizzjonijet stabbli, ekwi, favorevoli u trasparenti għall-investituri ta’ Partijiet Kontraenti oħra biex jagħmlu investimenti fiż-żona tagħha. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jinkludu impenn biex jagħtu dejjem trattament ġust u ekwu lill-investimenti ta’ investituri ta’ Partijiet Kontraenti oħra. Dawn l-investimenti għandhom ukoll igawdu l-aktar protezzjoni u sigurtà kostanti u l-ebda Parti Kontraenti ma tista’ b’xi mod ixxellef b’miżuri mhux raġonevoli jew diskriminatorji l-amministrazzjoni, l-manutenzjoni, l-użu, it-tgawdija jew it-tneħħija tagħhom. […]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Il-premessa 25 tad-Direttiva 2009/28 tipprovdi dan li ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>L-Istati Membri għandhom potenzjali għall-enerġija rinnovabbli differenti u joperaw skemi differenti ta’ appoġġ għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-livell nazzjonali. […] Għall-iffunzjonar tajjeb tal-iskemi ta’ appoġġ nazzjonali huwa kruċjali li l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkontrollaw l-effett u l-ispejjeż tal-iskemi ta’ appoġġ nazzjonali tagħhom skont il-potenzjali differenti tagħhom. Mezz importanti biex jintlaħaq l-għan ta’ din id-Direttiva hu li jkun garantit il-funzjonament tajjeb ta’ skemi ta’ appoġġ nazzjonali, bħal fid-Direttiva 2001/77/KE sabiex tinżamm il-fiduċja tal-investitur u sabiex jiġi permess lill-Istati Membri jfasslu miżuri nazzjonali effettivi għall-konformità mal-mira […]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Miri u miżuri globali nazzjonali mandatorji għall-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru għandu jiżgura li s-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli […] fil-konsum finali gross ta’ enerġija fl-2020 jkun mill-inqas il-mira globali nazzjonali tiegħu għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli f’dik is-sena, kif stabbilit fit-tielet kolonna tat-tabella fil-Parti A tal-Anness I. […]</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Sabiex jintlaħqu l-miri mniżżla fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu, inter alia, japplikaw il-miżuri li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>skemi ta’ sostenn;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">C.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id‑dritt Taljan</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 26 tad-Digriet Liġi Nru 91/2014<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Decreto-legge n. 91 – Disposizioni urgenti per il settore agricolo, la tutela ambientale e l’efficientamento energetico dell’edilizia scolastica e universitaria, il rilancio e lo sviluppo delle imprese, il contenimento dei costi gravanti sulle tariffe elettriche, nonché per la definizione immediata di adempimenti derivanti dalla normativa europea (id-Digriet Liġi Nru 91 dwar dispożizzjonijiet urġenti għas-settur agrikolu, il-protezzjoni tal-ambjent u l-effettività enerġetika tal-binjiet tal-iskejjel u universitajiet, ir-rilanċ u l-iżvilupp tal-intrapriżi, il-limitazzjoni tal-ispejjeż imposti fuq it-tariffi tal-elettriku, kif ukoll għad-definizzjoni immedjata tal-formalitajiet li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni Ewropea), tal-<DATE ISO="20140624">24 ta’ Ġunju 2014</DATE> ikkonvertit f’liġi, b’emendi, mil-Liġi Nru 116 tal-<DATE ISO="20140811">11 ta’ Awwissu 2014</DATE> (Suppliment Ordinarju Nru 72 tal-GURI Nru 193, tal-<DATE ISO="20140820">20 ta’ Awwissu 2014</DATE>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Digriet Liġi Nru 91/2014<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>).</P></NOTE> huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="026.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex titjieb il-ġestjoni tat-termini għall-ġbir u għall-ħlas ta’ inċentivi u favur politika iktar fit-tul ta’ sostenn għall-enerġiji rinnovabbli, it-tariffi ta’ inċentiv tal-enerġija elettrika prodotta minn installazzjonijiet fotovoltajċi solari […] għandhom jitħallsu skont il-modalitajiet previsti minn dan l-artikolu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="026.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Sa mit-tieni semestru tas-sena 2014, [GSE] għandha tħallas it-tariffi ta’ inċentiv imsemmija fil-paragrafu 1, skont pagamenti ndaqs kull xahar, sa 90 % tal-kapaċità ta’ produzzjoni annwali medja meqjusa ta’ kull installazzjoni, matul is-sena kalendarja ta’ produzzjoni u jsir kalkolu, skont il-produzzjoni effettiva, qabel it-30 ta’ Ġunju tas-sena sussegwenti. Il-modalitajiet operazzjonali huma stabbiliti minn GSE fil-ħmistax‑il ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni ta’ dan id-digriet u approvati permezz ta’ digriet tal-Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="026.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Sa mill-<DATE ISO="20150101">1 ta’ Jannar 2015</DATE>, it-tariffa ta’ inċentiv għall-enerġija prodotta permezz tal-installazzjonijiet ta’ saħħa nominali ta’ iktar minn 200 kW għandha tiġi organizzata mill-ġdid, skont l-għażla tal-operatur, abbażi ta’ waħda mill-għażliet segwenti li għandha tiġi kkomunikata lil GSE sa mhux iktar tard mit-<DATE ISO="20141130">30 ta’ Novembru 2014</DATE>:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>it-tariffa titħallas għal tul ta’ 24 sena sa mill-bidu tal-funzjonament tal-installazzjonijiet, u għalhekk hija tiġi kkalkolata mill-ġdid skont il-perċentwali ta’ tnaqqis indikata fit-tabella prevista fl-Anness 2 ta’ dan id-digriet;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>bla ħsara għat-tul tal-ħlas ta’ għoxrin sena, it-tariffa tiġi organizzata mill-ġdid billi jiġi previst l-ewwel perijodu ta’ benefiċċju minn tariffa mnaqqsa meta mqabbla mat-tariffa attwali u t-tieni perijodu ta’ benefiċċju minn tariffa miżjuda bl-istess mod. Il-perċentwali ta’ organizzazzjoni mill-ġdid huma stabbiliti permezz ta’ digriet tal-Ministru għall-Iżvilupp Ekonomiku, fuq opinjoni tal-Awtorità għall-Enerġija Elettrika, il-Gass u n-Network tal-Ilma, li għandu jiġi adottat sa mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20141001">1 ta’ Ottubru 2014</DATE>, b’mod li jippermetti, f’każ ta’ adeżjoni ta’ dawk kollha li għandhom dritt għall-għażla, iffrankar ta’ mill-inqas EUR 600 miljun kull sena għall-perijodu ta’ bejn l-2015 u l-2019, meta mqabbel mal-ħlas previst bit-tariffi fis-seħħ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>bla ħsara għat-tul tal-ħlas ta’ għoxrin sena, it-tariffa tiġi mnaqqsa b’perċentwali tal-miżura ta’ inċentiv fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan id-digriet, għat-tul residwu tal-perijodu ta’ applikazzjoni tal-imsemmija miżura, skont l-ammonti segwenti:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>6 % għall-installazzjonijiet ta’ saħħa nominali ta’ iktar minn 200 kW sa saħħa nominali ta’ 500 kW;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>7 % għall-installazzjonijiet ta’ saħħa nominali ta’ iktar minn 500 kW sa saħħa nominali ta’ 900 kW;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>8 % għall-installazzjonijiet ta’ saħħa nominali ta’ iktar minn 900 kW.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><?PAGE NO="5"?><P>Fin-nuqqas ta’ komunikazzjoni min-naħa tal-operatur, GSE għandha tapplika l-għażla prevista fil-paragrafu (c).</P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali, id-domanda preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-iskema ta’ appoġġ Taljana għall-produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli (implimentata permezz tad-Digrieti Leġiżlattivi Nri 387/2003<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Decreto legislativo n. 387 – Attuazione della direttiva 2001/77/CE relativa alla promozione dell’energia elettrica prodotta da fonti energetiche rinnovabili nel mercato interno dell’ellettricità (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 387, li jimplimenta d-Direttiva 2001/77/KE fuq il-promozzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli fis-suq intern ta’ l-elettriku) tad-<DATE ISO="20031229">29 ta’ Diċembru 2003</DATE> (Suppliment Ordinarju tal-GURI Nru 25, tal-<DATE ISO="20040131">31 ta’ Jannar 2004</DATE>, p. 5, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Digriet Leġiżlattiv Nru 387/2003<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>).</P></NOTE> u 28/2011<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Decreto legislativo n. 28 – Attuazione della direttiva 2009/28/CE sulla promozione dell’uso dell’energia da fonti rinnovabili, recante modifica e successiva abrogazione delle direttive 2001/77/CE e 2003/30/CE (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 28 dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE), tat-<DATE ISO="20110303">3 ta’ Marzu 2011</DATE> (Suppliment Ordinarju tal-GURI Nru 71, tat-<DATE ISO="20110328">28 ta’ Marzu 2011</DATE>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Digriet Leġiżlattiv Nru 28/2011<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>).</P></NOTE>), GSE kkonkludiet mal-operaturi ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi ta’ saħħa nominali ta’ iktar minn 200 kW ftehimiet ta’ dritt privat, stabbiliti abbażi ta’ kuntratt mudell stabbilit mill-Awtorità Taljana għall-Enerġija Elettrika u l-Gass<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Skont l-Artikolu 24(2)(d) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 28/2011, kien previst, għall-installazzjonijiet fotovoltajċi li bdew jagħtu servizz sa mill-<DATE ISO="20121231">31 ta’ Diċembru 2012</DATE>, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>l-inċentivi [kienu] mogħtija permezz ta’ kuntratti ta’ dritt privat konklużi bejn GSE u l-entità responsabbli mill-installazzjonijiet abbażi ta’ kuntratt mudell stabbilit mill-Awtorità għall-Enerġija u l-Gass<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. Inżid li fit-talbiet tagħha għal deċiżjonijiet preliminari, il-qorti tar-rinviju ssemmi biss il-ftehimiet konklużi bejn GSE u l-operaturi ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. Għalhekk, f’dawn il-konklużjonijiet, ser nitlaq mill-premessa li l-ftehimiet kontenzjużi huma kollha ftehimiet tad-dritt privat, relattivi għal installazzjonijiet li bdew jagħtu servizz wara l-<DATE ISO="20121231">31 ta’ Diċembru 2012</DATE>.</P></NOTE>. Dawn il-ftehimiet, intiżi sabiex japplikaw għal tul ta’ għoxrin sena, jipprevedu l-ħlas regolari ta’ tariffi ta’ inċentiv favur dawn l-operaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Huwa f’dan l-isfond li fl-2014 seħħet riforma intiża sabiex temenda l-inċentivi li l-ħlas tagħhom kien previst, iżda kien għadu mhux dovut, skont l-imsemmija ftehimiet. Imdaħħla fl-Artikolu 26(2) u (3) tad-Digriet Liġi Nru 91/2014, din ir-riforma tinkludi żewġ aspetti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Skont l-Artikolu 26(1) tad-Digriet Liġi Nru 91/2014, l-għan ta’ din ir-riforma kien it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>titjib tal-ġestjoni tat-termini għall-ġbir u għall-ħlas ta’ inċentivi u favur politika iktar fit-tul ta’ sostenn għall-enerġiji rinnovabbli<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Minn naħa, l-Artikolu 26(2) ta’ dan id-digriet jipprevedi, li sa mit-tieni semestru tas-sena 2014, dawn l-inċentivi għandhom jitħallsu taħt il-forma ta’ pagamenti ndaqs kull xahar, sa 90 % tal-kapaċità ta’ produzzjoni annwali medja meqjusa ta’ kull installazzjoni, matul is-sena kalendarja ta’ produzzjoni. Il-kalkolu skont il-produzzjoni effettiva għandu jsir biss f’data sussegwenti (jiġifieri, sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena segwenti), għall-finijiet ta’ eventwali rettifiki.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 26(3) tal-imsemmi digriet impona fuq l-imsemmija operaturi l-mogħdija għal sistema tariffarja differenti, organizzata skont tliet għażliet kollha żvantaġġużi għal dawn l-istess operaturi, b’effett mill-<DATE ISO="20150101">1 ta’ Jannar 2015</DATE>, jiġifieri qabel l-iskadenza tal-ftehimiet konklużi ma’ GSE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali talbu lill-qorti tar-rinviju l-annullament tad-Digrieti Ministerjali tas-16 u s-<DATE ISO="20141017">17 ta’ Ottubru 2014</DATE>, li jimplimentaw l-Artikolu 26(2) u (3) tad-Digriet Liġi Nru 91/2014<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Skont l-isem sħiħ tagħhom, dawn jirrigwardaw, minn naħa, id-Digriet Ministerjali tas-<DATE ISO="20141016">16 ta’ Ottubru 2014</DATE>, dwar <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Approvazzjoni tal-modalitajiet operazzjonali għall-ħlas minn [GSE] ta’ tariffi ta’ inċentiv għall-produzzjoni ta’ enerġija elettrika minn installazzjonijiet fotovoltajċi skont l-Artikolu 26(2) tad-[Digriet Liġi Nru 91/2014]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> u, min-naħa l-oħra, id-Digriet Ministerjali tas-<DATE ISO="20141017">17 ta’ Ottubru 2014</DATE>, dwar <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Modalitajiet għall-organizzazzjoni mill-ġdid ta’ tariffi ta’ inċentiv għall-produzzjoni ta’ enerġija elettrika minn installazzjonijiet fotovoltajċi skont l-Artikolu 26(3)(b) tad-[Digriet Liġi Nru 91/2014]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika li hija adixxiet lill-Corte costituzionale (il-Qorti Kostituzzjonali, l-Italja) bil-kwistjoni tal-kostituzzjonalità tal-Artikolu 26(3) ta’ dan id-digriet. Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20170124">24 ta’ Jannar 2017</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza tal-Corte costituzionale (il-Qorti Kostituzzjonali) Nru 16, tal-<DATE ISO="20170124">24 ta’ Jannar 2017</DATE>.</P></NOTE>, din tal-aħħar iddeċidiet li din id-dispożizzjoni ma tmurx kontra l-Kostituzzjoni Taljana.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tqis li, fid-deċiżjoni tagħha, il-Corte costituzionale (il-Qorti Kostituzzjonali) ma indirizzatx ċerti kwistjonijiet rilevanti għas-soluzzjoni tal-kawżi li hija għandha quddiemha. B’mod iktar preċiż, għandu jiġi ċċarat, fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni, jekk il-leġiżlatur nazzjonali jistax jintervjeni sabiex inaqqas l-ammonti ta’ inċentivi mogħtija fil-kuntest ta’ skema ta’ appoġġ intiża sabiex tippromwovi l-użu tal-enerġija rinnovabbli, minkejja li l-ħlas ta’ dawn l-inċentivi diġà kien previst fil-ftehimiet konklużi mal-benefiċjarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Dik il-qorti tistaqsi, b’mod partikolari, jekk l-Artikolu 26(2) u (3) tad-Digriet Liġi Nru 91/2014 imurx kontra l-Artikoli 16 u 17 tal-Karta, peress li jagħti lok għal indħil fid-dritt tal-benefiċjarji li jorganizzaw u jmexxu l-attività ekonomika tagħhom abbażi ta’ dawn il-ftehimiet. Għal dawn ir-raġunijiet, hija għandha dubji dwar il-kompatibbiltà ta’ din id-dispożizzjoni mal-Karta tal-Enerġija, li hija tfakkar li l-Artikolu 10(1) tagħha jipprevedi li kull parti kontraenti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>tinkoraġġixxi u toħloq kondizzjonijet stabbli, ekwi, favorevoli u trasparenti għall-investituri […]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Lazio) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja, f’kull waħda mill-kawżi magħquda, id-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħalma hi dik li tinsab fl-Artikolu 26(2) u (3) tad-Digriet Liġi Nru 91/2014, hekk kif ikkonvertit mil-Liġi 116/2014, li tnaqqas jew aħjar idewwem b’mod sinjifikattiv il-ħlas tal-inċentivi diġà mogħtija b’liġi u ddefiniti skont ftehimiet <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT> miftiehma mill-produtturi tal-elettriku mill-konverżjoni fotovoltajika mal-[GSE], kumpannija pubblika inkarigata b’din il-funzjoni?</P><P>B’mod partikolari tali dispożizzjoni nazzjonali hija kompatibbli mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-[Unjoni] ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ ċertezza legali, ta’ koperazzjoni leali u ta’ effettività mal-Artikoli 16 u 17 tal-[Karta]; mad-Direttiva [2009/28] u mar-regolamentazzjoni tal-iskemi ta’ appoġġ li huma previsti hemmhekk; mal-Artikolu 216(2) TFUE, b’mod partikolari fir-rigward tat-Trattat tal-[Karta tal-Enerġija]?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali, il-partijiet intervenjenti f’dawn il-kawżi, jiġifieri Elettricità Futura – Unione delle Imprese Elettriche italiane, Confederazione Generale dell’Agricoltura Italiana – Confagricoltura, il-Gvern Taljan, Ċek, Ġermaniż, Grieg u Spanjol, kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20190205">5 ta’ Frar 2019</DATE>, dawn il-kawżi ġew magħquda għall-finijiet tal-fażi bil-miktub tal-proċedura, kif ukoll tad-deċiżjoni li taqta’ l-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-partijiet wieġbu, bil-miktub, għall-mistoqsijiet magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet għal deċiżjonijiet preliminari jistiednu essenzjalment lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddetermina jekk id-dritt tal-Unjoni jipprekludix li Stat Membru jnaqqas l-ammonti tal-inċentivi previsti fil-kuntest ta’ skema ta’ appoġġ intiża għall-promozzjoni tal-użu tal-enerġija rinnovabbli skont għanijiet stabbiliti mid-direttivi Ewropej adottati suċċessivament f’dan il-qasam.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Skont l-informazzjoni pprovduta mill-qorti tar-rinviju, il-kawżi li għandha quddiemha jaqgħu fil-kuntest ta’ tilwima nazzjonali wiesgħa. Tliet domandi preliminari oħra identiċi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Dawn jirrigwardaw il-Kawżi C‑306/19, Milis Energy, C‑512/19, Go Sun u Malby Energy 4, u C‑595/19, Fototre, li ġew sospiżi sad-deċiżjoni li taqta’ dawn il-kawżi. Nirrileva li l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem kienet, barra minn hekk, adita bil-kwistjoni tal-kompatibbiltà tar-riforma inkwistjoni mal-Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali Nru 1 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Pariġi fl-<DATE ISO="19520320">20 ta’ Marzu 1952</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>) (ara r-rikorsi Nru 20445/15, Salento Energy Srl vs l‑Italja, u Nru 59246/17, Nuovo Sole Srl vs l‑Italja, ippreżentati fis-<DATE ISO="20150417">17 ta’ April 2015</DATE> u fl-<DATE ISO="20170804">4 ta’ Awwissu 2017</DATE> rispettivament).</P></NOTE>, imressqa minn din l-istess qorti, jinsabu attwalment pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Barra minn hekk, Stati Membri oħra tal-Unjoni bdew, bħar-Repubblika Taljana, jirrevedu l-miżuri meħuda fit-territorju tagħhom sabiex jippromwovu l-użu tal-enerġija rinnovabbli<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Kif irrileva l-Gvern Taljan, diversi Stati Membri adottaw strumenti intiżi sabiex inaqqsu l-inċentivi relattivi għall-użu tal-enerġija rinnovabbli implimentati fit-territorju tagħhom. Bħala eżempju, il-Kawża C‑366/19, BOSOLAR, attwalment pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u sospiża sad-deċiżjoni li taqta’ dawn il-kawżi, tirrigwarda miżura intiża għat-tnaqqis, fil-Bulgarija, tal-prezz tax-xiri tal-elettriku prodott minn installazzjonijiet fotovoltajċi.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fit-taqsimiet li ġejjin ser nesponi r-raġunijiet li għalihom nikkunsidra li riforma bħal dik implimentata mil-leġiżlatur Taljan fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali ma tippreġudikax il-libertà ta’ intrapriża jew id-dritt għall-proprjetà, fis-sens tal-Artikoli 16 u 17 tal-Karta, u li kull restrizzjoni tad-drittijiet iggarantiti minn dawn id-dispożizzjonijiet, preżunt li tiġi stabbilita, fi kwalunkwe każ, tkun iġġustifikata u proporzjonata fid-dawl tal-għanijiet imfittxija mill-Unjoni fil-qasam tal-promozzjoni tal-użu tal-enerġija rinnovabbli (Taqsima A). Barra minn hekk, wara interpretazzjoni letterali u teleoloġika tal-Karta tal-Enerġija u, b’mod iktar partikolari, tal-Artikolu 10 tagħha, ser nikkonkludi li din id-dispożizzjoni ma hijiex applikabbli fil-kawżi prinċipali (Taqsima B).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑Artikoli 16 u 17 tal‑Karta</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Kunsiderazzjonijiet preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 tal-Karta jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>[i]l-libertà ta’ intrapriża skond il-liġi ta’ l-Unjoni u l-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali hija rikonoxxuta<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>. Il-protezzjoni mogħtija minn dan l-artikolu tinkludi l-libertà li tiġi eżerċitata attività ekonomika jew kummerċjali, il-libertà kuntrattwali u l-kompetizzjoni libera, kif jirriżulta mill-ispjegazzjonijiet relatati mal-imsemmi artikolu, li skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(1) TUE u l-Artikolu 52(7) tal-Karta, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-interpretazzjoni tiegħu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130122">22 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Sky Österreich</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑283/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:28">EU:C:2013:28</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Adusbef u Federconsumatori</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑686/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:567">EU:C:2020:567</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 17 tal-Karta, dan jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>[k]ull persuna għandha d-dritt li tgawdi mill-proprjetà tal-beni tagħha li tkun akkwistat legalment, li tużahom, li tiddisponi minnhom u li tħallihom bħala wirt. L-ebda persuna ma tista’ tiġi mċaħħda mill-proprjetà tagħha, ħlief fl-interess pubbliku u fil-każijiet u skond il-kondizzjonijiet previsti mil-liġi, bi ħlas ta’ kumpens xieraq fi żmien utli għal dak li tkun tilfet. L-użu tal-proprjetà jista’ jiġi rregolat bil-liġi safejn ikun meħtieġ għall-interess pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>L-ispjegazzjonijiet relatati ma’ dan l-artikolu jispeċifikaw li dan jikkorrispondi għall-Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali Nru 1 tal-KEDB<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara l-ispjegazzjonijiet relattivi għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentli (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="303" PAGE.FIRST="23" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, C 303, p. 23</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Minn dan jirriżulta, skont dak li jipprovdi l-Artikolu 52(3) tal-Karta, li d-dritt għall-proprjetà ggarantit mill-Artikolu 17 tagħha għandu l-istess sens u l-istess portata bħal dak mogħti lilu mill-KEDB, bl-intiża li d-dritt tal-Unjoni jista’ madankollu jagħtih protezzjoni iktar estiża<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>F’dan ir-rigward, nispeċifika li, dejjem skont l-Artikolu 52(3) tal-Karta, il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar l-Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali Nru 1 tal-KEDB għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 17 tal-Karta (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Inuit Tapiriit Kanatami <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑398/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:535">EU:C:2015:535</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190521">21 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Ungerija (Użufrutt fuq artijiet agrikoli)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑235/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:432">EU:C:2019:432</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Madankollu, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-libertà ta’ intrapriża u d-dritt għall-proprjetà ma jidhrux bħala prerogattivi assoluti, iżda għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni skont il-funzjoni tagħhom fis-soċjetà<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara s-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130115">15 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Križan <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑416/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:8">EU:C:2013:8</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0113">113</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130122">22 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Sky Österreich</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑283/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:28">EU:C:2013:28</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Adusbef u Federconsumatori</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑686/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:567">EU:C:2020:567</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0085">85</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u jistgħu jkunu s-suġġett ta’ restrizzjonijiet jekk dawn ikunu, fl-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, neċessarji u ġġustifikati minn għanijiet ta’ interess ġenerali mfittxija mill-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Lidl</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑134/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:498">EU:C:2016:498</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170613">13 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Florescu <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑258/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:448">EU:C:2017:448</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). B’mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkunsidrat li, fid-dawl tal-formulazzjoni tal-Artikolu 16 tal-Karta, il-libertà ta’ intrapriża tista’ tiġi suġġetta għal firxa wiesgħa ta’ interventi min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jistabbilixxu, fl-interess ġenerali, limiti għall-eżerċizzju tal-attività ekonomika (ara s-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130122">22 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Sky Österreich</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑283/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:28">EU:C:2013:28</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Lidl</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑134/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:498">EU:C:2016:498</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dawn ir-rekwiżiti jirriżultaw mill-Artikolu 52(1) tal-Karta, li jipprovdi, barra minn hekk, li kull limitazzjoni fl-eżerċizzju tad-drittijiet u tal-libertajiet irrikonoxxuti minnha għandha tkun prevista mil-liġi u għandha tirrispetta l-kontenut essenzjali ta’ dawk id-drittijiet u libertajiet<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Għal kull skop utli, nirrileva li l-libertà ta’ intrapriża u d-dritt għall-proprjetà huma suġġetti wkoll għal-limitazzjonijiet li jirriżultaw mill-formulazzjoni stess tad-dispożizzjonijiet tal-Karta li fihom din il-libertà u dan id-dritt huma stabbiliti. Għalhekk, skont l-Artikolu 16 tal-Karta, il-libertà ta’ intrapriża hija rrikonoxxuta biss <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/><HT TYPE="ITALIC">skond il-liġi ta’ l-Unjoni u l-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali</HT><QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> (enfasi miżjuda minni). Bl-istess mod, it-tieni u t-tielet sentenza tal-Artikolu 17(1) tal-Karta jillimitaw l-estensjoni tad-dritt irrikonoxxut fl-ewwel sentenza ta’ din id-dispożizzjoni (ara, f’dan ir-rigward, Oliver, P., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>What Purpose Does Article 16 of the Charter Serve?<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, f’Bernitz, U. <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Editur), <HT TYPE="ITALIC">General Principles of EU Law and European Private Law</HT>, Wolters Kluwer, Alphen aan den Rijn, 2013, p. 293, u Jaeger, M., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>La protection du droit de propriété dans l’ordre juridique de l’Union européenne à la lumière de l’article 17 de la charte des droits fondamentaux<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, f’<HT TYPE="ITALIC">De Rome à Lisbonne: les juridictions de l’Union européenne à la croisée des chemins – Mélanges en l’honneur de Paolo Mengozzi</HT>, Brussell, Bruylant, 2013, p. 167).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali u l-partijiet intervenjenti jargumentaw li l-Artikolu 26(2) u (3) tad-Digriet Liġi Nru 91/2014, intiż sabiex jemenda b’mod żvantaġġuż għall-operaturi ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi l-ammonti tal-inċentivi li l-ħlas tagħhom kien previst, iżda kien għadu mhux dovut, skont il-ftehimiet li huma kkonkludew ma’ GSE, jippreġudika d-dritt għall-proprjetà tagħhom. Huma jenfasizzaw li dan id-digriet għandu effett privattiv peress li l-ispejjeż relattivi għall-kostruzzjoni u għat-tqegħid fis-servizz ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi, li abbażi tagħhom kienu ġew stabbiliti dawn l-ammonti, kienu diġà ġew sostnuti kollha minn dawn l-operaturi. F’dan ir-rigward, huma jirrilevaw li d-Direttiva 2009/28 (li l-iskema ta’ appoġġ inkwistjoni hija intiża li timplimenta l-għanijiet tagħha) tinsisti, fil-premessi 8, 14 u 25 tagħha, fuq in-neċessità li tinżamm <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>il-fiduċja tal-investituri<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> u li tipprovdilhom <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>ċertezza<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Infakkar li l-premessa 8 tad-Direttiva 2009/28 tenfasizza b’mod partikolari li n-neċessità li jiġi stabbilit <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>qafas li jinkludi miri mandatorji<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> għandha <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>[t]ipprovdi lill-komunità kummerċjali bl-istabbiltà fuq perijodu twil li għandha bżonn biex tagħmel investimenti sostenibbli u razzjonali fis-settur tal-enerġija rinnovabbli<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>. Il-premessa 14 ta’ din id-direttiva tipprovdi, min-naħa tagħha, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>[l]-għan ewlieni ta’ miri nazzjonali mandatorji huwa li jipprovdi ċertezza għall-investituri<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</P></NOTE>. Dawn l-istess kunsiderazzjonijiet iwassluhom sabiex jikkonkludu, essenzjalment, li l-imsemmi digriet jirrestrinġi l-libertà ta’ intrapriża tal-imsemmija operaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, il-Gvern Taljan, Ċek, Grieg u Spanjol iqisu li d-Digriet Liġi Nru 91/2014 bl-ebda mod ma jċaħħad lill-operaturi ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi mill-proprjetà tagħhom u ma jillimitax il-libertà ta’ intrapriża tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn id-diverġenzi, jidhirli li huwa utli, fid-dawl tal-proċess li għandha quddiemha l-Qorti tal-Ġustizzja, li jiġu enfasizzati, qabel kollox, ċerti karatteristiċi tal-iskema ta’ appoġġ inkwistjoni, sabiex jiġi speċifikat il-kuntest li fih seħħet ir-riforma prevista mill-Artikolu 26(2) u (3) tad-Digriet Liġi Nru 91/2014.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel nett</HT>, din l-iskema ta’ appoġġ hija intiża sabiex tittrasponi, fid-dritt Taljan, id-Direttiva 2009/28. Issa, mill-Artikolu 3(3) ta’ din id-direttiva jirriżulta li l-Istati Membri <HT TYPE="ITALIC">jistgħu</HT> jadottaw skemi ta’ appoġġ, sabiex jilħqu l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>[m]iri […] globali nazzjonali mandatorji għall-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>. F’dan ir-rigward, il-premessa 25 tal-imsemmija direttiva tenfasizza li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>[l]-Istati Membri għandhom potenzjali għall-enerġija rinnovabbli differenti<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> u li huwa essenzjali li dawn ikunu jistgħu jikkontrollaw l-effetti u l-ispejjeż tal-iskemi ta’ appoġġ tagħhom skont il-potenzjal tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-Istati Membri ma humiex obbligati, fid-dawl tal-promozzjoni tal-użu tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli, jadottaw skemi ta’ appoġġ u li għalhekk għandhom marġni ta’ diskrezzjoni fir-rigward tal-miżuri li huma jqisu xierqa sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ promozzjoni stabbiliti mid-Direttiva 2009/28. Tali marġni ta’ diskrezzjoni jimplika li huma liberi jadottaw, jemendaw jew jabolixxu skemi ta’ appoġġ, sakemm, b’mod partikolari, jintlaħqu dawn l-għanijiet<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190711">11 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Agrenergy u Fusignano Due</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑180/18, C‑286/18 u C‑287/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:605">EU:C:2019:605</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din il-ġurisprudenza, jidhirli li d-Direttiva 2009/28 ma tostakolax, fiha nnifisha, riforma bħal dik implimentata mil-leġiżlatur Taljan fiċ-ċirkustanzi tal-kawżi prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Dawn il-kunsiderazzjonijiet ser ikunu utli għall-finijiet tal-evalwazzjoni, wara l-analiżi, dwar jekk l-operaturi ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi jistgħux jinvokaw aspettattivi leġittimi li jibbenefikaw b’mod invarjabbli mill-inċentivi previsti fil-ftehimiet ma’ GSE għat-tul kollu tagħhom, u b’hekk, ikollhom raġun jallegaw li tali riforma tippreġudika d-dritt għall-proprjetà tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">It-tieni nett</HT>, l-Artikolu 7(2)(d) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 387/2003 kien diġà jipprovdi li l-inċentivi mogħtija għandhom jikkorrispondu għal <HT TYPE="ITALIC">ammont dekrexxenti</HT>, previst għal żmien speċifiku. Għal dak li jirrigwarda d-Digriet Leġiżlattiv Nru 28/2011, li abbażi tiegħu ġew adottati l-ftehimiet konklużi bejn GSE u dawn l-operaturi, mill-Artikolu 24(2)(d) ta’ dan id-digriet jirriżulta li dawn kienu żviluppati abbażi ta’ kuntratt mudell stabbilit mill-Awtorità Taljana għall-Enerġija u l-Gass. Issa, skont ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali, dan il-kuntratt kien jipprovdi li GSE għandha dritt unilaterali li temenda l-kontenut sabiex tieħu inkunsiderazzjoni l-iżvilupp tal-kuntest ta’ riferiment leġiżlattiv<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Speċifikament, skont ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali, il-ftehimiet relattivi għall-installazzjonijiet imqiegħda fis-servizz wara l-<DATE ISO="20121231">31 ta’ Diċembru 2012</DATE> jinkludu, fl-Artikolu 17.3 tagħhom, il-klawżola li ġejja: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>[…] GSE tirriżerva d-dritt li temenda unilateralment il-klawżoli […] li, minħabba eventwali żviluppi leġiżlattivi u regolatorji, ikunu kuntrarji għall-kuntest ta’ riferiment fis-seħħ<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika li tali klawżola tinsab fil-ftehimiet kontenzjużi kollha.</P></NOTE>. Fil-fehma tiegħi, dawn l-elementi donnhom jindikaw li l-modalitajiet ta’ ħlas relatati ma’ dawn l-inċentivi setgħu jiġu emendati u li l-ammont tagħhom seta’ jitnaqqas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">It-tielet nett</HT>, ir-riforma mwettqa mill-Artikolu 26(2) u (3) tad-Digriet Liġi Nru 91/2014, li tikkonsisti f’emenda tal-ammonti tal-inċentivi stabbiliti mill-imsemmija ftehimiet, kienet intiża sabiex tapplika biss għall-ammonti li l-ħlas tagħhom kien diġà previst iżda kien għadu mhux dovut, mingħajr ma taffettwa l-ħlasijiet diġà magħmulin<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Għall-kuntrarju ta’ dak li jargumentaw ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali u l-intervenjenti, inqis li l-Artikolu 26(2) u (3) tad-Digriet Liġi Nru 91/2014 ma għandux effett retroattiv proprju, peress li jirrigwarda biss il-ħlasijiet futuri, u mhux dawk diġà magħmulin.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Fil-kumplament ta’ dawn il-konklużjonijiet, ser nanalizza l-ewwel nett il-kwistjoni dwar jekk tali riforma tippreġudikax il-libertà ta’ intrapriża u d-dritt għall-proprjetà ggarantiti mid-dispożizzjonijiet tal-Karta. Ser nirrispondi fin-negattiv. F’każ li l-Qorti tal-Ġustizzja ma taqbilx mal-perspettiva tiegħi, ser nindika, sussidjarjament, ir-raġunijiet li għalihom inqis, fid-dawl tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 30 ta’ dawn il-konklużjonijiet, li preġudizzju ta’ dawn id-drittijiet ikun, fi kwalunkwe każ, iġġustifikat u proporzjonat, fid-dawl tal-għanijiet imfittxija mill-Unjoni fil-qasam tal-promozzjoni tal-użu tal-enerġija rinnovabbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-eżistenza ta’ eventwali preġudizzju għal-libertà ta’ intrapriża u għad-dritt għall-proprjetà fis-sens tal-Artikoli 16 u 17 tal-Karta</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt għall-proprjetà</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Nirrileva li dawn il-kawżi jmissu żewġ aspetti differenti tal-proprjetà, jiġifieri, minn naħa, id-dritt eventwalment miftuħ mill-ftehimiet konklużi bejn l-operaturi ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi u GSE li jibbenefikaw minn inċentivi, u, min-naħa l-oħra, id-dritt li jużaw u jisfruttaw dawn l-installazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel aspett: l-eventwali preġudizzju allegat għad-dritt ta’ benefiċċju minn inċentivi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kundizzjonijiet materjali stabbiliti fl-Artikolu 17(1) tal-Karta, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-protezzjoni mogħtija minn din id-dispożizzjoni tirrigwarda d-drittijiet li għandhom valur patrimonjali li minnhom tirriżulta, fir-rigward tal-ordinament legali rilevanti, pożizzjoni legali miksuba li tippermetti eżerċizzju awtonomu ta’ dawn id-drittijiet minn u favur id-detentur tagħhom<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190521">21 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kumissjoni vs L‑Ungerija (Użufrutt ta’ artijiet agrikoli)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑235/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:432">EU:C:2019:432</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fil-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Il‑Kummissjoni vs L‑Ungerija (Użufrutt ta’ artijiet agrikoli)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑235/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:971">EU:C:2018:971</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0135">135</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, indikajt li, essenzjalment, għandu jiġi vverifikat jekk humiex issodisfatti żewġ kundizzjonijiet, jiġifieri, minn naħa, jekk id-drittijiet invokati għandhomx valur patrimonjali u, min-naħa l-oħra, jekk minn dawn id-drittijiet tirriżultax pożizzjoni legali miksuba li tippermetti eżerċizzju awtonomu tagħhom mid-detentur tagħhom u għall-benefiċċju tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-ewwel kundizzjoni, mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>proprjetà<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> ma huwiex limitat għall-proprjetà ta’ beni materjali peress li drittijiet u interessi oħra jikkostitwixxu attiv li jista’ jgħodd ukoll bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>drittijiet patrimonjali<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara l-Qorti EDB, <DATE ISO="20040622">22 ta’ Ġunju 2004</DATE>, Broniowski vs Il‑Polonja, CE:ECHR:2004:0622JUD003144396, punt 129. Insemmi, bħala eżempju, li kumpannija għandha tiġi kkunsidrata detentriċi ta’ interess patrimonjali li jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>beni<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali Nru 1 tal-KEDB, sa fejn hija jkollha dritt li tikseb rimbors ta’ taxxa mħallsa indebitament (il-Qorti EDB, <DATE ISO="20060309">9 ta’ Marzu 2006</DATE>, Eko‑Elda Avee vs Il‑Greċja, CE:ECHR:2006:0309JUD001016202, punt 27).</P></NOTE>. F’ċerti ċirkustanzi, anki tamiet leġittimi għall-konkretizzazzjoni fil-futur ta’ talbiet patrimonjali jistgħu jaqgħu taħt il-protezzjoni tal-Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali Nru 1 tal-KEDB<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara l-Qorti EDB, <DATE ISO="20120214">14 ta’ Frar 2012</DATE>, Arras <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs L‑Italja, CE:ECHR:2012:0214JUD001797207, punt 75. Nirreferi wkoll għall-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Inuit Tapiriit Kanatami <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑398/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:190">EU:C:2015:190</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll għall-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iċċitata.</P></NOTE>. Għalhekk, miżuri li jipprevedu l-ħlas fil-futur ta’ benefiċċju soċjali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet li ndħil fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali Nru 1 tal-KEDB jista’ jiġi kkonstatat meta l-ammont ta’ benefiċċju soċjali jiġi mnaqqas jew annullat (ara f’dan is-sens, il-Qorti EDB, <DATE ISO="20090428">28 ta’ April 2009</DATE>, Rasmussen vs Il‑Polonja, CE:ECHR:2009:0428JUD003888605, punt 71, kif ukoll il-Qorti EDB, <DATE ISO="20110707">7 ta’ Lulju 2011</DATE>, Stummer vs L‑Awstrija CE:ECHR:2011:0707JUD003745202, punt 82). Nispeċifika li din l-aħħar deċiżjoni kienet iċċitata fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170613">13 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Florescu <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑258/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:448">EU:C:2017:448</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li miżura intiża sabiex tissospendi l-ħlas ta’ pensjonijiet tal-irtirar meta l-persuni kkonċernati kienu għażlu li jwettqu b’mod parallel attività professjonali rremunerata ma’ istituzzjoni pubblika tirrestrinġi d-dritt għall-proprjetà ta’ dawn il-persuni fis-sens tal-Artikolu 17 tal-Karta.</P></NOTE> jew ta’ sussidji<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara l-Qorti EDB, <DATE ISO="20100518">18 ta’ Mejju 2010</DATE>, Plalam s.p.a. vs L‑Italja, CE:ECH:2010:0818:JUD001602102, punt 38.</P></NOTE> jistgħu, bħad-drittijiet kuntrattwali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>B’mod partikolari, individwi jistgħu jkunu detenturi ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>beni<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali Nru 1 tal-KEDB, meta jkollhom drittijiet ta’ kostruzzjoni skont kuntratti ta’ bejgħ u meta jkollhom tama leġittima li jistgħu jeżerċitaw dawn id-drittijiet taħt il-kundizzjonijiet kuntrattwali (ara l-Qorti EDB, <DATE ISO="20101118">18 ta’ Novembru 2010</DATE>, Consorts Richet u Le Ber vs Franza, CE:ECHR:2010:1118JUD001899007, punt 98).</P></NOTE> jew id-drittijiet ta’ kreditu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara l-Qorti EDB, <DATE ISO="19941209">9 ta’ Diċembru 1994</DATE>, Raffineries grecques Stran u Stratis Andreadis vs Il‑Greċja, CE:ECHR:1994:1209JUD001342787, punt 59, kif ukoll il-Qorti EDB, <DATE ISO="20090609">9 ta’ Ġunju 2009</DATE>, Nicola Silvestri vs L‑Italja, CE:ECHR:2009:0609JUD001686102, punt 70.</P></NOTE>, jiġġeneraw, fir-rigward tal-benefiċjarji, interess patrimonjali li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Fiċ-ċirkustanzi tal-kawżi prinċipali, inkun inklinat nikkunsidra li d-dritt li jiġu rċevuti inċentivi skont ftehimiet konklużi ma’ GSE jikkostitwixxi, għall-benefiċjarji ta’ dawn it-tariffi, element ta’ arrikkiment li jista’ jkollu natura patrimonjali. B’mod partikolari, peress li dawn tal-aħħar aderixxew ruħhom ma’ dawn il-ftehimiet b’mod <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT> u għan-nom proprju tagħhom, jidhirli li dan id-dritt huwa ta’ natura esklużiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Madankollu, tqum il-kwistjoni dwar jekk l-imsemmi dritt jikkostitwixxix pożizzjoni legali miksuba fis-sens tat-tieni kundizzjoni mfakkra fil-punt 43 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li, skont il-ġurisprudenza relattiva għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali Nru 1 tal-KEDB, id-dħul futur ma jistax jiġi kkunsidrat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>beni<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> li jista’ jibbenefika mill-protezzjoni ta’ din id-dispożizzjoni ħlief jekk ikun diġà mirbuħ, ikun diġà s-suġġett ta’ kreditu ċert jew jekk jeżistu ċirkustanzi speċifiċi li jistgħu jkunu l-bażi, fil-persuna kkonċernata, ta’ aspettattivi leġittimi li jiksbu valur patrimonjali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Inuit Tapiriit Kanatami <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑398/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:535">EU:C:2015:535</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, jidhirli li d-dritt għall-ħlas fil-futur ta’ inċentivi previsti mill-ftehimiet konklużi bejn l-operaturi ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi u GSE ma jistax jiġi kkunsidrat bħala suffiċjentement definittiv<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Bħala eżempju, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, essenzjalment, li l-ħlas annwali ta’ appoġġ minn Stat Membru ma jistax jiġi kkunsidrat definittiv sa fejn dan l-appoġġ seta’ jiġi rrimborsat mill-benefiċjarji jekk dawn ma josservawx il-kundizzjonijiet kollha tal-ħlas tiegħu (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160526">26 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Ezernieki</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑273/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:364">EU:C:2016:364</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, sal-punt li t-tnaqqis tal-ammonti ta’ dawn l-inċentivi u l-emenda tal-modalitajiet tal-ħlas adottati jikkorrispondu għall-esproprjazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>beni<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> li kien diġà sar parti integrali mill-patrimonju<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Din hija l-espressjoni użata mill-Avukat Ġenerali Campos Sánchez‑Bordona fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>ArcelorMittal Rodange u Schifflange</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑321/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:516">EU:C:2016:516</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0097">97</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> ta’ dawn l-operaturi. Fil-fatt, kif diġà indikajt fil-punt 39 ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-Artikolu 26(2) u (3) tad-Digriet Liġi Nru 91/2014 huwa intiż biss sabiex jemenda l-ammonti li l-ħlas tagħhom kien diġà previst, iżda li kien għadu mhux dovut, skont dawn il-ftehimiet, mingħajr ma jaffettwa l-ħlasijiet diġà magħmulin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, inqis li l-operaturi ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi ma jistgħux jinvokaw aspettattivi leġittimi li jibbenefikaw mill-imsemmija tariffi b’mod invarjabbli għat-tul kollu tal-ftehimiet konklużi ma’ GSE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Dwar dan il-punt, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-possibbiltà li jiġi invokat il-prinċipju ta’ protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi hija miftuħa għal kull operatur ekonomiku li fil-konfront tiegħu awtorità nazzjonali tkun tat lok għal tamiet fondati. Madankollu, meta operatur ekonomiku prudenti u informat ikun f’pożizzjoni li jipprevedi l-adozzjoni ta’ miżura ta’ natura li taffettwa l-interessi tiegħu, huwa ma jistax jinvoka dan il-prinċipju meta tiġi adottata din il-miżura. Barra minn hekk, l-operaturi ekonomiċi ma humiex iġġustifikati li jkollhom aspettattivi leġittimi fir-rigward taż-żamma ta’ sitwazzjoni eżistenti, fejn din tista’ tinbidel fil-kuntest tas-setgħa diskrezzjonali tal-awtoritajiet nazzjonali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara s-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090910">10 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Plantanol</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑201/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:539">EU:C:2009:539</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190711">11 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Agrenergy u Fusignano Due</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑180/18, C‑286/18 u C‑287/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:605">EU:C:2019:605</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem diġà ddeċidiet, għal dak li jirrigwarda l-Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali Nru 1 tal-KEDB, li t-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>tamiet leġittimi<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> jirriżultaw miċ-ċirkustanza li l-persuna kkonċernata tibbaża ruħha b’mod raġonevolment iġġustifikat fuq att ġuridiku li għandu bażi legali solida u effett fuq id-drittijiet għall-proprjetà (ara l-Qorti EDB, <DATE ISO="20040928">28 ta’ Settembru 2004</DATE>, Kopecký vs Is‑Slovakkja, CE:ECHR:2004:0928JUD004491298, punt 47).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Fiċ-ċirkustanzi tal-kawżi prinċipali, hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina jekk dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 26(2) u (3) tad-Digriet Liġi Nru 91/2014 hijiex konformi mal-imsemmi prinċipju<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190711">11 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Agrenergy u Fusignano Due</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑180/18, C‑286/18 u C‑287/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:605">EU:C:2019:605</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Madankollu, sabiex tingħata risposta utli lil dik il-qorti, jidhirli li l-elementi li ġejjin, li jirriżultaw mill-proċess li għandha quddiemha l-Qorti tal-Ġustizzja, jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fl-ewwel lok</HT>, jidhirli li emenda tal-ammonti tal-inċentivi żvantaġġuża għall-operaturi ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi diġà ma tistax tiġi kkunsidrata bħala imprevedibbli fil-kuntest tad-Digrieti Liġi Nri 387/2003 u 28/2011, li warajhom ġie d-Digriet Liġi Nru 91/2014<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Din hija barra minn hekk il-konklużjoni li waslet għaliha, essenzjalment, il-Corte costituzionale (il-Qorti Kostituzzjonali) fis-sentenza Nru 16 tal-<DATE ISO="20170124">24 ta’ Jannar 2017</DATE> (punt 9).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, mill-Artikolu 7(2)(d) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 387/2003 jirriżulta li l-inċentivi mogħtija lill-operaturi ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi għandhom jikkorrispondu, kif indikajt fil-punt 38 ta’ dawn il-konklużjonijiet, għal <HT TYPE="ITALIC">ammont dekrexxenti</HT>, previst għal tul speċifiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għal dak li jirrigwarda d-Digriet Leġiżlattiv Nru 28/2011, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fis-sentenza Agrenergy u Fusignano Due<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190711">11 ta’ Lulju 2019</DATE> (<NO.CASE>C‑180/18, C‑286/18 u C‑287/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:605">EU:C:2019:605</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li d-dispożizzjonijiet regolamentari relattivi għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>Ħames Tariffa tal-Enerġija<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> adottati skont dan id-digriet<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Bil-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>Ħames Tariffa tal-Enerġija<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, għandu jinftiehem id-decreto ministeriale – Attuazione dell’art. 25 del decreti legislativo del <DATE ISO="20110303">3 marzo 2011</DATE>, n. 28, recante incentivazione della produzione di energia elettrica da impianti solari fotovoltaici (id-Digriet Ministerjali li Jimplimenta l-Artikolu 25 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 28, tat-<DATE ISO="20110303">3 ta’ Marzu 2011</DATE>, dwar Miżuri ta’ Inċentiv għall-Produzzjoni tal-Enerġija Elettrika minn Installazzjonijiet Fotovoltajċi Solari), tal-<DATE ISO="20120705">5 ta’ Lulju 2012</DATE> (Suppliment Ordinarju tal-GURI Nru 159, tal-<DATE ISO="20120710">10 ta’ Lulju 2012</DATE>).</P></NOTE>, kienu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>ta’ natura li jindikaw mill-ewwel lill-operaturi ekonomiċi prudenti u informati li l-iskema ta’ inċentivi applikabbli għall-installazzjonijiet solari fotovoltajċi setgħet tiġi adattata, u saħansitra abolita, mill-awtoritajiet nazzjonali, sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni l-iżvilupp ta’ ċerti ċirkustanzi<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fit-tieni lok</HT>, nikkonstata li r-rikorrenti fil-kawżi prinċipali stess jammettu li t-tnaqqis progressiv tal-ammont tal-inċentivi mogħtija kien diġà ġie introdott, b’effett mis-sena 2011, permezz tad-Digrieti Ministerjali preċedenti għall-adozzjoni tad-Digriet Liġi Nru 91/2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fit-tielet lok</HT>, jidhirli li d-dritt li rriżervat għaliha GSE, fil-ftehimiet konklużi mal-operaturi ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi, li temenda unilateralment il-kontenut sabiex tieħu inkunsiderazzjoni l-iżvilupp tal-qafas leġiżlattiv ta’ riferiment<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Kif speċifikajt fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 23 ta’ dawn il-konklużjonijiet, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika li l-ftehimiet kontenzjużi kollha jirriżervaw effettivament tali dritt lil GSE.</P></NOTE> jindika b’mod ċar li dawn l-inċentivi setgħu jiġu adattati, u saħansitra aboliti, speċifikament, permezz ta’ emendi leġiżlattivi. Barra minn hekk, tali emendi kienu iktar prevedibbli, peress li, kif indikat il-qorti tar-rinviju, dawn il-ftehimiet kienu validi għal perijodu ta’ għoxrin sena. Fid-dawl tal-estensjoni ta’ dan il-perijodu, operatur ekonomiku prudenti u informat kien, fil-fehma tiegħi, f’pożizzjoni li jantiċipa li l-kundizzjonijiet tas-suq jew il-prijoritajiet baġitarji tar-Repubblika Taljana setgħu jiżviluppaw.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fl-aħħar lok</HT>, infakkar li, kif diġà rrilevajt fil-punt 35 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fis-sentenza Agrenergy u Fusignano Due<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190711">11 ta’ Lulju 2019</DATE> (<NO.CASE>C‑180/18, C‑286/18 u C‑287/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:605">EU:C:2019:605</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li l-Istati Membri ma humiex obbligati jadottaw skemi ta’ appoġġ skont id-Direttiva 2009/28 sabiex jippromwovu l-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli. Din il-konklużjoni hija kkorroborata mill-premessa 25 ta’ din id-direttiva, li essenzjalment torbot it-twettiq ta’ dan l-għan mal-potenzjal ta’ kull Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, u għall-kuntrarju ta’ dak li sostnew ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali u l-partijiet intervenjenti, jiena ma għandix dubji dwar il-fatt li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawżi prinċipali, operatur prudenti u informat ma jistax jinvoka l-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, la skont il-kuntest leġiżlattiv li fih taqa’ l-iskema ta’ appoġġ inkwistjoni u lanqas skont id-Direttiva 2009/28. Kif jirrileva ġustament il-Gvern Taljan, jidhirli li jekk tingħata konklużjoni differenti s-setgħa tal-Istati Membri li jwettqu l-għażliet politiċi tagħhom u li jemendaw il-leġiżlazzjoni tagħhom, fid-dawl tal-interess ġenerali u l-iskop tad-Direttiva 2009/28, tkun eċċessivament limitata meta mqabbla mal-marġni ta’ diskrezzjoni mogħti lilhom mil-leġiżlatur tal-Unjoni sabiex ikunu jistgħu jadattaw l-iskemi ta’ appoġġ skont din id-direttiva għall-kundizzjonijiet tas-suq u għall-prijoritajiet baġitarji tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet, nikkunsidra li d-dritt allegat mill-operaturi ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi li jibbenefikaw minn inċentivi b’mod invarjabbli għat-tul kollu tal-ftehimiet li huma kkonkludew ma’ GSE ma jaqax taħt il-protezzjoni prevista fl-Artikolu 17 tal-Karta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">It-tieni aspett: l-eventwali preġudizzju tad-dritt għall-proprjetà tal-operaturi ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi fuq dawn l-installazzjonijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Issa ser nesponi r-raġunijiet li għalihom nikkunsidra li l-Artikolu 26(2) u (3) tad-Digriet Liġi Nru 91/2014 lanqas ma jipprekludi regolamentazzjoni tal-użu ta’ installazzjonijiet mill-operaturi tagħhom, li tista’, fiha nnifisha, tippreġudika d-dritt għall-proprjetà tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, infakkar li, kif jirriżulta mill-punt 28 ta’ dawn il-konklużjonijiet, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(1) tal-Karta jipprovdi, essenzjalment, li, jekk l-użu tal-beni huwa protett minn din id-dispożizzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Infakkar li l-Artikolu 17(1) tal-Karta jiddistingwi żewġ tipi ta’ limitazzjonijiet tad-dritt għall-proprjetà: iċ-ċaħda mill-proprjetà (it-tieni sentenza) u r-regolamentazzjoni tal-użu tal-beni (it-tielet sentenza) (ara f’dan ir-rigward, Wollenschläger, F. <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>Article 17 – Right to Property<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> f’Peers, S., Hervey, T., Kenner, J. u Ward, A., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/><HT TYPE="ITALIC">The EU Charter of Fundamental Rights – A commentary</HT><QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, Hart Publishing, 2014, p. 476). Nirreferi wkoll għall-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Ungerija (Użufrutt ta’ artijiet agrikoli)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑235/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:971">EU:C:2018:971</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0154">154</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li fihom enfasizzajt l-eżistenza ta’ dawn iż-żewġ tipi ta’ limitazzjonijiet, kif ukoll ir-regola ġenerali (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>[k]ull persuna għandha d-dritt li tgawdi mill-proprjetà tal-beni<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>), kontenuta fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 17(1) tal-Karta.</P></NOTE>, dan jista’ jiġi rregolat mil-liġi sa fejn ikun neċessarju fl-interess ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>regolamentazzjoni tal-użu tal-beni<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> jfisser miżura li, għalkemm ma tinvolvix it-trasferiment tal-proprjetà, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>tillimita l-kontroll<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> tal-użu tal-proprjetà<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Ara, f’dan ir-rigward, il-Qorti EDB, <DATE ISO="19820923">23 ta’ Settembru 1982</DATE>, Sporrong u Lönnroth vs L‑Isvezja, CE:ECHR:1982:0923JUD00715175, punt 65, kif ukoll il-Qorti EDB, <DATE ISO="19891219">19 ta’ Diċembru 1989</DATE>, Mellacher <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs L‑Awstrija (CE:ECHR:1989:1219JUD001052283, punt 44).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali argumentaw li, fid-dawl tal-ħlas tal-inċentivi, il-benefiċjarji ta’ dawn l-inċentivi investew fl-installazzjonijiet fotovoltajċi li huma jużaw. Meħuda inkunsiderazzjoni r-riforma mwettqa permezz tal-Artikolu 26(2) u (3) tad-Digriet Liġi Nru 91/2014, dawn issa jinsabu f’impossibbiltà li jħallsu lura s-self bankarju li huma ħadu sabiex jiffinanzjaw dawn l-investimenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Jidhirli li madankollu dawn l-elementi ma jippermettux li jiġi kkonstatat li l-Artikolu 26(2) u (3) tad-Digriet Liġi Nru 91/2014 huwa intiż sabiex jillimita jew jikkontrolla l-użu ta’ dawn l-installazzjonijiet. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni tnaqqas biss l-ammont ta’ appoġġ previst favur dawn il-benefiċjarji, mingħajr ma timponi fuqhom restrizzjonijiet jew obbligi oħra. Għalhekk, fil-fehma tiegħi u kif mill-bqija ssostni l-Kummissjoni, l-imsemmija benefiċjarji għadhom liberi li jużaw u jinvestu fl-installazzjonijiet tagħhom kif jidhrilhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, bħal din tal-aħħar, inqis li dispożizzjoni bħal dik tal-Artikolu 26(2) u (3) tad-Digriet Liġi Nru 91/2014 ma tillimitax l-użu tal-installazzjonijiet fotovoltajċi mill-operaturi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, fil-fehma tiegħi, għandu jiġi kkonstatat li tali dispożizzjoni ma tippreġudikax id-dritt għall-proprjetà stabbilit fl-Artikolu 17 tal-Karta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-libertà ta’ intrapriża</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-libertà ta’ intrapriża, li l-protezzjoni tagħha hija ggarantita mill-Artikolu 16 tal-Karta, ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali jsostnu li l-Artikolu 26(2) u (3) tad-Digriet Liġi Nru 91/2014 jippreġudika kemm il-libertà kuntrattwali tal-benefiċjarji tal-inċentivi kif ukoll id-dritt tagħhom li jiddisponu liberament mir-riżorsi ekonomiċi u finanzjarji tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Jiena ma naqbilx ma’ din l-opinjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fl-ewwel lok</HT>, fir-rigward tal-libertà kuntrattwali, infakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li din tinkludi, b’mod partikolari, l-għażla libera tas-sieħeb ekonomiku kif ukoll il-libertà tad-determinazzjoni tal-prezz għal servizz<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130122">22 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Sky Österreich</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑283/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:28">EU:C:2013:28</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Huwa ovvju li, minkejja li l-Artikolu 16 tal-Karta huwa intiż b’mod partikolari sabiex jippreżerva l-awtonomija kuntrattwali tal-partijiet f’kuntratt, mill-banda l-oħra, din id-dispożizzjoni ma għandhiex l-għan li toħloq drittijiet favur tagħhom li jmorru lil hinn minn dawk diġà previsti minn tali kuntratt, u lanqas li tippermettilhom jeżiġu termini oħra minflok dawk li diġà jinsabu fih. Fil-każ ta’ kuntratt mudell stabbilit mill-parti kontraenti l-oħra, il-libertà kuntrattwali tikkonsisti, essenzjalment, fid-deċiżjoni dwar jekk wieħed jaċċettax jew le t-termini tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fil-fehma tiegħi, ma hemm l-ebda dubju li l-ftehimiet konklużi bejn GSE u l-operaturi ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi mkien ma jipprovdu dritt għall-immutabbiltà tal-inċentivi favur dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, minn dawn il-ftehimiet jirriżulta li l-ammont ta’ dawn l-inċentivi jiddependi fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-ħlas tagħhom<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>F’dan ir-rigward, nispeċifika li fis-sentenza Nru 16 tal-<DATE ISO="20170124">24 ta’ Jannar 2017</DATE> (punt 8.3), il-Corte costituzionale (il-Qorti Kostituzzjonali) ikkunsidrat essenzjalment li, fid-dawl tal-qafas leġiżlattiv partikolari li fih kienu jaqgħu, il-ftehimiet konklużi bejn l-operaturi ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi u GSE ma jistgħux jiġu meqjusa bħala sempliċi kuntratti favur dawn tal-aħħar.</P></NOTE>. Kif diġà rrilevajt fil-punti 38 u 56 ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-imsemmija ftehimiet jinkludu klawżola li tippermetti lil GSE tieħu inkunsiderazzjoni l-iżvilupp tal-qafas leġiżlattiv fis-seħħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, meta dan l-ammont ġie emendat skont l-Artikolu 26(2) u (3) tad-Digriet Liġi Nru 91/2014, l-operaturi ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi, fil-fehma tiegħi, kienu sempliċement marbuta bit-termini kuntrattwali li huma kienu liberament iddeċidew li jaċċettaw meta aderixxew għall-imsemmija ftehimiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, fl-opinjoni tiegħi, il-libertà kuntrattwali tagħhom bl-ebda mod ma kienet miksura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fit-tieni lok</HT>, infakkar li l-libertà ta’ intrapriża tinkludi wkoll id-dritt, għal kull impriża, li tkun tista’ tiddisponi liberament, fil-limiti tar-responsabbiltà li tinkorri għall-atti tagħha stess, mir-riżorsi ekonomiċi u finanzjarji li jkollha għad-<HT TYPE="ITALIC">dispożizzjoni tagħha</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140327">27 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>UPC Telekabel Wien</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑314/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:192">EU:C:2014:192</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-użu liberu tar-riżorsi għad-dispożizzjoni ta’ impriża huwa b’mod partikolari ristrett meta infurzar jobbliga lil din tal-aħħar tieħu miżuri li jistgħu jinvolvu spiża sinjifikattiva għaliha, li jista’ jkollhom impatt kunsiderevoli fuq l-organizzazzjoni tal-attivitajiet tagħha jew li jistgħu jeħtieġu soluzzjonijiet tekniċi diffiċli u kumplessi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140327">27 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>UPC Telekabel Wien</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑314/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:192">EU:C:2014:192</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Bħala eżempju, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-possibbiltà li jkun meħtieġ li l-operatur jaġġorna t-tariffi tiegħu kull sena u jissottomettihom għal reviżjoni perijodika jikkostitwixxi ndħil fl-eżerċizzju tad-dritt iggarantit mill-Artikolu 16 tal-Karta (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Polkomtel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑277/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:989">EU:C:2017:989</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Bl-istess mod, hija kkonstatat li l-obbligu ta’ ttikkettjar impost fuq impriża ta’ bejgħ bl-imnut jista’ jillimita l-eżerċizzju tal-libertà ta’ intrapriża tagħha (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Lidl</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑134/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:498">EU:C:2016:498</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ninnota li projbizzjoni fir-rigward ta’ impriża tista’ tikkostitwixxi wkoll indħil fl-eżerċizzju tal-libertà ta’ intrapriża (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Neptune Distribution</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑157/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:823">EU:C:2015:823</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Bla ħsara għall-evalwazzjoni tal-qorti tar-rinviju tal-elementi fattwali kollha li għandha quddiemha, jidhirli li, skont l-Artikolu 26(2) u (3) tad-Digriet Liġi Nru 91/2014, l-operaturi ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi ma kienu suġġetti għall-ebda infurzar partikolari fis-sens ta’ din il-ġurisprudenza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, inqis li l-ammonti tal-inċentiv previsti mill-ftehimiet bejn GSE u dawn l-operaturi ma jistgħux jiġu kkunsidrati li jifformaw parti mir-riżorsi ekonomiċi, tekniċi u finanzjarji li dawn tal-aħħar għandhom <HT TYPE="ITALIC">għad-dispożizzjoni tagħhom</HT>, peress li, kif diġà indikajt fil-punti 48 sa 58 ta’ dawn il-konklużjonijiet, dawn l-ammonti għadhom ma tħallsux u l-imsemmija operaturi ma jistgħux jinvokaw aspettattivi leġittimi li ser jiksbu l-ħlas tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet kollha, nikkunsidra li dispożizzjoni bħal dik tal-Artikolu 26(2) u (3) tad-Digriet Liġi Nru 91/2014 ma tippreġudikax il-libertà ta’ intrapriża stabbilita fl-Artikolu 16 tal-Karta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Sussidjarjament, fuq il-possibbiltà li jiġi ġġustifikat eventwali preġudizzju għal-libertà ta’ intrapriża u għad-dritt għall-proprjetà, kif ukoll in-natura proporzjonata ta’ tali preġudizzju</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Minkejja li jiena konvint li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawżi prinċipali, ma għandhiex tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ preġudizzju għal-libertà ta’ intrapriża u għad-dritt għall-proprjetà, fid-dawl tal-Artikoli 16 u 17 tal-Karta, ser nipprovdi, sussidjarjament, l-osservazzjonijiet li ġejjin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawżi prinċipali, inqis li eventwali preġudizzju ta’ dawn id-drittijiet jissodisfa, fi kwalunkwe każ, ir-rekwiżiti stabbiliti mill-Artikolu 52(1) tal-Karta, li minnu jirriżulta li kull limitazzjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet u l-libertajiet irrikonoxxuti għandha tkun prevista mil-liġi u tirrispetta l-essenza tal-imsemmija drittijiet u libertajiet<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>F’dan il-każ, fil-fehma tiegħi, ma hemmx dubju li kull limitazzjoni għall-eżerċizzju tad-drittijiet u libertajiet previsti fl-Artikoli 16 u 17 tal-Karta, preżunta stabbilita, għandha titqies li hija prevista mil-liġi u tirrispetta l-kontenut essenzjali ta’ dawn id-drittijiet u libertajiet. Infakkar li, kif jirriżulta mit-taqsima preċedenti, l-operaturi ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi baqgħu liberi li jużaw l-installazzjonijiet tagħhom u li jorganizzaw l-attivitajiet tagħhom kif jidhrilhom u ma ġewx imċaħħda mill-inċentivi diġà mħallsa skont il-ftehimiet konlużi ma’ GSE.</P></NOTE> u, fl-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, għandha tkun neċessarja u tissodisfa effettivament għanijiet ta’ interess ġenerali rrikonoxxuti mill-Unjoni jew il-bżonn tal-protezzjoni tad-drittijiet u libertajiet ta’ ħaddieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, infakkar li, skont il-Gvern Taljan, l-għan tad-Digriet Liġi Nru 91/2014 huwa, essenzjalment, li jniedi mill-ġdid il-kompetittività tas-sistema ta’ produzzjoni elettrika nazzjonali, billi jqassam mill-ġdid l-ispejjeż ġenerali ta’ din is-sistema u jqiegħed iktar piż fuq l-operaturi ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi. B’mod partikolari, dan il-gvern isostni li l-emenda tal-ammonti tal-inċentivi hija spjegata min-neċessità li tiġi bbilanċjata mill-ġdid l-iskema ta’ appoġġ inkwistjoni u li jitqassmu l-ispejjeż għall-konsumaturi finali tal-elettriku, fid-dawl tal-limitazzjoni tar-riżorsi disponibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>L-imsemmi gvern jenfasizza wkoll it-tkabbir mgħaġġel tas-settur tal-enerġija rinnovabbli fl-Italja li wassal sabiex dan l-Istat Membru jsir wieħed mill-ikbar produtturi tal-enerġija fotovoltajka fis-suq Ewropew.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, inqis li, f’każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi, għall-kuntrarju tal-approċċ li ħadt jien, li l-emenda tal-ammonti tal-inċentivi li tirriżulta mill-Artikolu 26(2) u (3) tad-Digriet Liġi Nru 91/2014 tippreġudika l-libertà ta’ intrapriża u d-dritt għall-proprjetà tagħhom stabbiliti fl-Artikoli 16 u 17 tal-Karta, din tal-aħħar għandha, fi kwalunkwe każ, titqies neċessarja u ġġustifikata minn għanijiet ta’ interess ġenerali li jikkorrispondu għal dawk imfittxija mid-Direttiva 2009/28<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Għal dak li jirrigwarda l-kontenut tal-għanijiet imfittxija mid-Direttiva 2009/28, nirreferi għall-punt 34 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din l-emenda għandha, fil-fehma tiegħi, u bla ħsara għall-verifiki li għandha tagħmel il-qorti tar-rinviju, titqies li tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità. Kif ġustament jenfasizza l-Gvern Taljan, l-operaturi ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi għandhom għażliet differenti previsti fl-Artikolu 26(3) tad-Digriet Liġi Nru 91/2014. Barra minn hekk, miżuri kumpensatorji, bħall-aċċess għal self bankarju b’kundizzjonijiet preferenzjali, donnhom kienu previsti għall-benefiċċju ta’ dawn l-operaturi, sabiex jiġu kkumpensati l-iżvantaġġi subiti minħabba l-adozzjoni ta’ din id-dispożizzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Nispeċifika li, fis-sentenza Nru 16 tal-<DATE ISO="20170124">24 ta’ Jannar 2017</DATE> (punt 8.4), il-Corte costituzionale (il-Qorti Kostituzzjonali) ikkonkludiet, essenzjalment, li dawn il-miżuri kumpensatorji huma intiżi sabiex jippermettu s-salvagwardja tal-investimenti mwettqa mill-operaturi ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi. Dik il-qorti enfasizzat ukoll in-natura progressiva tar-riforma mwettqa permezz tad-Digriet Liġi Nru 91/2014, fid-dawl tal-fatt li t-tliet għażliet previsti fl-Artikolu 26(3) ta’ dan id-digriet jestendu fuq żmien relattivament twil.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Għar-raġunijiet kollha preċedenti, fid-dawl tal-proċess li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha għad-dispożizzjoni tagħha, inqis li l-Artikolu 26(2) u (3) tad-Digriet Liġi Nru 91/2014 huwa kompatibbli mad-drittijiet iggarantiti mill-Artikoli 16 u 17 tal-Karta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq il-Karta tal-Enerġija</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-punt 19 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll dwar il-kompatibbiltà tal-Artikolu 26(2) u (3) tad-Digriet Liġi Nru 91/2014 mal-Artikolu 10 tal-Karta tal-Enerġija (moqri flimkien mal-Artikolu 216(2) TFUE).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Din il-kwistjoni timplika li, preliminarjament, tiġi indirizzata dik dwar jekk din id-dispożizzjoni tistax tiġi invokata f’tilwim bejn individwi u l-Istat Membru tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali jirrilevaw li l-Karta tal-Enerġija stabbilixxiet sistema għar-regolarizzazzjoni ta’ tilwim bejn il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>partijiet kontraenti<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> u l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>investituri ta’ partijiet kontraenti oħra<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Skont il-punt 2 tal-Artikolu 1 tal-Karta tal-Enerġija, it-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>parti kontraenti<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> jfissru kull Stat jew Organizzazzjoni għall-Integrazzjoni Ekonomika Reġjonali li tat il-kunsens tagħha li tkun marbuta b’dan it-trattat u li għaliha dan huwa fis-seħħ.</P></NOTE>. Il-partijiet intervenjenti jżidu li mill-preambolu ta’ din il-karta jirriżulta li din ġiet adottata bil-perspettiva li tistabbilixxi l-aħjar kundizzjonijiet ta’ investiment fis-settur tal-enerġija u tiżviluppa l-kooperazzjoni enerġetika. Intiż sabiex jimplimenta dawn l-għanijiet, l-Artikolu 10 tal-imsemmija karta jimponi fuq kull parti kontraenti l-obbligu li tinkoraġġixxi u toħloq <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>kondizzjonijet stabbli, ekwifavorevoli u trasparenti għall-investituri ta’ Partijiet Kontraenti oħra biex jagħmlu investimenti fiż-żona tagħha<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Infakkar li l-Unjoni aderixxiet mal-Karta tal-Enerġija u għalhekk hija waħda mill-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>partijiet kontraenti<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 1 ta’ din il-karta. Skont l-Artikolu 216(2) TFUE, il-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni jorbtu lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u lill-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, nispeċifika li, kif enfasizzaw ġustament il-Gvern Ġermaniż u dak Grieg, kif ukoll il-Kummissjoni, l-Artikolu 10 tal-Karta tal-Enerġija huwa relattiv għall-kundizzjonijiet implimentati mill-partijiet kontraenti ta’ din il-karta għall-investimenti mwettqa mill-investituri <HT TYPE="ITALIC">ta’ partijiet kontraenti oħra</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, minn dan jirriżulta li, kif ġustament jargumenta l-Gvern Ġermaniż, l-Artikolu 10 tal-Karta tal-Enerġija huwa intiż sabiex jipproteġi, fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, lill-investituri ta’ partijiet kontraenti oħra, jiġifieri ta’ Stati terzi li huma wkoll parti f’din il-karta, fit-territorju kollu tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>F’dan ir-rigward, nispeċifika li, għal dak li jirrigwarda l-Organizzazzjonijiet għall-Integrazzjoni Ekonomika Reġjonali, bħall-Unjoni, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>żona<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> huwa ddefinit fil-punt 10 tal-Artikolu 1 tal-Karta tal-Enerġija bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>iż-żoni ta’ l-Istati Membri ta’ d[awn] l-Organizzazzjoni[jiet]<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>.</P></NOTE>. Mill-banda l-oħra, jidhirli li din id-dispożizzjoni ma tistax tiġi invokata mill-investituri tal-Unjoni kontra l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew l-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Istati Membri li huma stess iffirmaw il-Karta tal-Enerġija bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>partijiet kontraenti<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> (li ma għadux il-każ fir-rigward tar-Repubblika Taljana)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Achmae</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑284/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:699">EU:C:2017:699</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), l-Avukat Ġenerali Wathelet fakkar li l-Istati Membri kollha u l-Unjoni rratifikaw il-Karta tal-Enerġija. Madankollu, nispeċifika li, kif indikaw ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali u l-partijiet intervenjenti, ir-Repubblika Taljana bdiet il-proċedura tal-irtirar mill-Karta tal-Enerġija fil-<DATE ISO="20141231">31 ta’ Diċembru 2014</DATE>, u li dan l-irtirar ġie fis-seħħ fl-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>. Għalhekk, dan l-Istat Membru għadu biss marbut b’din il-karta skont l-Artikolu 47(3) tagħha li jipprovdi li d-dispożizzjonijiet ta’ din il-karta <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>għandhom jibqgħu jgħoddu għall-investimenti li jkunu saru fiż-żona ta’ Parti Kontraenti minn investituri ta’ Partijiet Kontraenti oħra […] mid-data li fiha l-irtirar ta’ dik il-Parti Kontraenti […] jidħol fis-seħħ għal perjodu ta’ 20 sena’ minn dik id-data<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>, kif ukoll skont l-Artikolu 216(2) TFUE, jiġifieri peress li l-imsemmija karta tifforma parti integrali mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni.</P></NOTE>, il-partijiet qajmu l-kwistjoni dwar jekk l-Artikolu 10 ta’ din il-karta jistax, f’tilwim li jimplika wieħed minn dawn l-Istati Membri, jiġi invokat ukoll mill-investituri ta’ Stati Membri oħra, u mhux biss minn dawk ta’ Stati terzi. Madankollu, ma huwiex neċessarju li din il-kwistjoni tiġi eżaminata f’dawn il-kawżi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>Filwaqt li nenfasizza li ma huwiex neċessarju li tiġi indirizzata din il-kwistjoni f’dawn il-kawżi, nirrileva li fis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180306">6 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Achmea</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑284/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:158">EU:C:2018:158</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikoli 267 u 344 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni kontenuta fi ftehim internazzjonali konkluż bejn Stati Membri, li tipprovdi li investitur ta’ wieħed minn dawn l-Istati Membri jista’, f’każ ta’ tilwima li tirrigwarda investimenti fl-Istat Membru l-ieħor, jintroduċi proċedura kontra dan l-aħħar Stat Membru quddiem tribunal tal-arbitraġġ, li huwa kien obbligat jaċċetta l-kompetenza tiegħu. Fid-dawl ta’ dik is-sentenza, jidhirli li, sa fejn l-Artikolu 26 tal-Karta tal-Enerġija, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>Is-soluzzjoni tat-tilwim bejn investitur u Parti Kontraenti<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>, jipprovdi l-possibbiltà li dawn it-tilwimiet ikunu rregolati minn tribunali tal-arbitraġġ, din id-dispożizzjoni ma tistax tiġi applikata għat-tilwimiet interni tal-Unjoni. Fil-fehma tiegħi, jista’ jkun ukoll, fid-dawl tal-punti mfakkra mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dik is-sentenza, għal dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, il-preżervazzjoni tan-natura proprja tad-dritt stabbilit mit-Trattati u l-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, li din il-karta hija kompletament inapplikabbli f’tali tilwimiet. Barra minn hekk, din hija l-konklużjoni li għaliha donnhom waslu r-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri fid-dokument intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>Dikjarazzjoni tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, tal-<DATE ISO="20190115">15 ta’ Jannar 2019</DATE>, relattiv għall-konsegwenzi ġuridiċi tas-sentenza Achmea mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja u għall-protezzjoni tal-investimenti fl-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> (disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni, fl-indirizz segwenti: https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/business_economy_euro/banking_and_finance/documents/190117-bilateral-investment-treaties_en.pdf), li l-punt 5 tiegħu jipprovdi li fid-dawl tal-imsemmija sentenza <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0062" ID="QS0062"/>l-Istati Membri ser jitterminaw it-trattati bilaterali ta’ investiment kollha konklużi bejniethom<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>.</P></NOTE>. Fil-fatt, nikkunsidra li din id-dispożizzjoni ma tistax, fi kwalunkwe każ, tiġi applikata f’kawżi bħall-kawżi prinċipali bejn investituri u l-Istat Membru tagħhom proprju<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P>Infakkar li, skont il-punt 7(a)(i) tal-Artikolu 1 tal-Karta tal-Enerġija, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0063" ID="QS0063"/>investitur<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> tfisser <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0064" ID="QS0064"/>persuna naturali li jkollha ċittadinanza jew nazzjonalità jew li tkun permanentament residenti [fi ħdan] Parti Kontraenti skond il-liġi applikabbli tagħha<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>. F’dan il-każ, ma huwiex ikkontestat li l-impriżi parti fit-tilwimiet miġjuba quddiem il-qorti tar-rinviju huma kollha Taljani.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Din is-soluzzjoni jidhirli li hija evidenti fid-dawl tal-formulazzjoni stess tal-imsemmija dispożizzjoni. Barra minn hekk, jidhirli li hija konformi mal-limiti imposti mid-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ din il-karta, u b’mod partikolari mill-Artikolu 26 tal-imsemmija karta, li tirrigwarda biss ir-regolament ta’ tilwimiet bejn parti kontraenti u l-investituri ta’ <HT TYPE="ITALIC">parti kontraenti oħra</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057"><P>Għal kull skop utli, nispeċifika li, fil-fehma tiegħi, mid-dikjarazzjonijiet tal-Kanada u tal-Istati Uniti tal-Amerika marbuta mal-Artikolu 10 tal-Karta tal-Enerġija jirriżulta barra minn hekk b’mod ċar li, meta l-parti kontraenti hija Stat, it-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0065" ID="QS0065"/>investituri ta’ partijiet kontraenti oħra<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/> jfissru biss l-investituri barranin għal dik il-parti kontraenti, u mhux dawk nazzjonali tagħhom stess.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, inqis li, anki jekk, għall-kuntrarju tal-interpretazzjoni letterali u kuntestwali li jiena diġà wasalt għaliha, jiġi kkunsidrat li l-Artikolu 10 tal-Karta tal-Enerġija huwa applikabbli fil-kawżi bejn investituri u l-Istat Membru proprju tagħhom, il-fatt waħdu li din id-dispożizzjoni ssemmi, b’mod ġenerali, in-neċessità li jiġu pprovduti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0066" ID="QS0066"/>kondizzjonijet stabbli, ekwi, favorevoli u trasparenti<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> ma jistax iwassal għall-projbizzjoni tal-emenda jew tat-tneħħija minn dan l-Istat Membru ta’ skema ta’ appoġġ adottata fit-territorju tiegħu, skont l-Artikolu 3(3)(a) tad-Direttiva 2009/28<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0058"><P>B’mod ġenerali, jidhirli li l-ġurisprudenza arbitrali relattiva għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 10 tal-Karta tal-Enerġija interpretat b’mod restrittiv l-obbligu li jiġu protetti l-aspettattivi leġittimi tal-investituri (ara Montanaro, F., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0067" ID="QS0067"/>Les Politiques en matière d’énergie photovoltaïque en Europe, au carrefour entre le droit de l’Union européenne et le Traité sur la Charte de l’énergie<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/>, <HT TYPE="ITALIC">Revue belge de droit international</HT>, vol. 1, Bruxelles, Bruylant, 2016, p. 416).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, din id-dispożizzjoni ma tipprevedix, fil-fehma tiegħi, li l-investituri li jopponu għal tali riforma jingħataw protezzjoni li tmur lil hinn mill-garanziji diġà previsti mid-dritt tal-Unjoni u, speċifikament, mill-Artikoli 16 u 17 tal-Karta<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0059"><P>Nirrileva li, fil-konklużjonijiet fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Is‑Slovakkja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑264/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:150">EU:C:2011:150</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), l-Avukat Ġenerali Jääskinen qies, essenzjalment, li, fir-rigward tat-tgawdija u tal-protezzjoni tal-investimenti, il-livell ġenerali ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali previsti mid-dritt tal-Unjoni jagħti protezzjoni lill-investituri b’mod li jissodisfa l-obbligi li jirriżultaw b’mod partikolari mill-Artikolu 10(1) tal-Karta tal-Enerġija. Għal kull skop utli nżid li, fil-kawża Electrabel S.A. vs L‑Ungerija (CIRDI, Kawża Nru ARB/07/19, tat-<DATE ISO="20121130">30 ta’ Novembru 2012</DATE>, punt 7.77-78), it-Tribunal tal-Arbitraġġ (International Centre for Settlement of Investment Disputes, Washington, D.C.) ikkonstata li din id-dispożizzjoni ma tipprekludix lill-partijiet kontraenti milli jemendaw il-kuntest leġiżlattiv tagħhom bla ħsara għal ċerti kundizzjonijiet (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0068" ID="QS0068"/>While the investor is promised protection against unfair changes, it is well established that <HT TYPE="ITALIC">the host State is entitled to maintain a reasonable degree of regulatory flexibility to respond to changing circumstances in the public interest</HT>. Consequently, <HT TYPE="ITALIC">the requirement of fairness must not be understood as the immutability of the legal framework</HT>, but as implying that subsequent changes should be made fairly, consistently and predictably, taking into account the circumstances of the investment […]. Fairness and consistency must be assessed against the background of information that the investor <HT TYPE="ITALIC">knew and should reasonably have known</HT> at the time of the investment and of the conduct of the host State<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/> (enfasi miżjuda minni)). Dan l-istess tribunal enfasizza li, f’każ ta’ kunflitt, id-dritt tal-Unjoni jipprevali fuq il-Karta tal-Enerġija (punt 4.189).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi kif ġej għad-domanda preliminari magħmula mit-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Lazio, l-Italja):</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ma jipprekludux dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, intiża sabiex Stat Membru jnaqqas l-inċentivi li l-ħlas tagħhom huwa previst skont skema ta’ appoġġ intiża għall-promozzjoni, fit-territorju tiegħu, tal-użu tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli u, b’mod iktar speċifiku, skont ftehimiet ta’ dritt privat konklużi bejn il-benefiċjarji ta’ din l-iskema u kumpannija miżmuma kollha minn dan l-Istat Membru, meta dawn il-benefiċjarji ma jistgħux jistennew b’mod leġittimu li l-ammonti ta’ dawn l-inċentivi jibqgħu ma jinbidlux matul il-perijodu ta’ dawn il-ftehimiet, li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija, iffirmat f’Lisbona fis-<DATE ISO="19941217">17 ta’ Diċembru 1994</DATE>, u approvat għan-nom tal-Unjoni Ewropea bid-Deċiżjoni 98/181/KE, KEFA, Euratom, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tat-<DATE ISO="19970923">23 ta’ Settembru 1997</DATE> rigward il-konklużjoni, mill-Komunitajiet Ewropej, tat-Trattat fuq iċ-Charter ta’ l-Enerġija u l-Protokoll taċ-Charter ta’ l-Enerġija dwar l-effiċjenza fl-enerġija u l-aspetti ambjentali relatati, moqri flimkien mal-Artikolu 216(2) TFUE, ma huwiex applikabbli f’tilwimiet bejn investituri fil-qasam tal-enerġija u l-Istat Membru proprju tagħhom.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>