<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-739/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0739</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:185">EU:C:2021:185</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20210310">10.3.2021</DATE> – Kawża C‑739/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">An Bord Pleanála</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20210310">10 ta’ Marzu 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Libertà li jiġu pprovduti servizzi mill-avukati</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 77/249/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu għal avukat li jipprovdi servizzi u li jirrappreżenta klijent fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja nazzjonali li jaġixxi flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita</KEYWORD><KEYWORD>Limiti</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑739/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Supreme Court (il-Qorti Suprema, l-Irlanda), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20191004">4 ta’ Ottubru 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20191007">7 ta’ Ottubru 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">VK</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">An Bord Pleanála,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">The General Council of the Bar of Ireland,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">The Law Society of Ireland and the Attorney General,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J.‑C. Bonichot, President tal-Awla, L. Bay Larsen (Relatur), C. Toader, M. Safjan u N. Jääskinen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Pikamäe,</P><P>Reġistratur: C. Ströholm, amministratriċi,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat‑<DATE ISO="20200923">23 ta’ Settembru 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal VK, minn B. Ohlig, Rechtsanwältin,</P></ITEM><ITEM><P>għal The General Council of the Bar of Ireland, minn E. Gilson u D. Spring, solicitors, kif ukoll minn W. Abrahamson, barrister-at-law, u P. Leonard, SC,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għal The Law Society of Ireland and the Attorney General, minn C. Callanan u S. McLoughlin, solicitors, kif ukoll minn M. Collins, SC,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Irlanda, minn M. Browne, G. Hodge, J. Quaney u A. Joyce, bħala aġenti, assistiti minn M. Gray u R. Mulcahy, SC,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn J. Rodríguez de la Rúa Puig, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn H. Støvlbæk, L. Malferrari u L. Armati, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑<DATE ISO="20201203">3 ta’ Diċembru 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="19770322">22 ta’ Marzu 1977</DATE> biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 52).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn VK u An Bord Pleanála (il-Bord tal-Appelli għall-Ippjanar), dwar l-obbligu impost fuq l-avukat li jipprovdi servizzi lir-rikorrent fil-kawża prinċipali li jaġixxi flimkien ma’ avukat lokali għall-finijiet tar-rappreżentanza ta’ dan ir-rikorrent quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 77/249 jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha tapplika, fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fiha, għall-attivitajiet ta’ l-avukati mwettqa permezz tal-provvediment tas-servizzi.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Avukat<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/> ifisser kull persuna intitolata li twettaq l-attivitajiet professjonali tagħha taħt waħda mit-titoli li ġejjin:</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA><HT TYPE="ITALIC">il-Ġermanja</HT>: Rechtsanwalt,</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Għat-twettiq ta’ l-attivitajiet relatati mar-rappreżentazzjoni ta’ klijent fi proċeduri legali, Stat Membru jista’ jeħtieġ li avukati li għalihom japplika l-Artikolu 1:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>jiġu introdotti, skond ir-regoli jew id-drawwiet lokali, lillimħallef li jippresjedi u, meta approprjat, lill-President tal-<HT TYPE="ITALIC">Bar</HT> [tal-Kamra tal-Avukati] rilevanti fl-Istat Membru li jospita;</P></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><P>jaħdmu flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem l-awtorità ġudizzjarja inkwistjoni u li, meta neċessarju, ikollu jwieġeb lil dik l-awtorità, jew permezz ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>avoué<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>procuratore<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> li jipprattika quddiemha.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Irlandiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tal-European Communities (Freedom to Provide Services) (Lawyers) Regulations 1979 (ir-Regolament tal‑1979 (Libertà li Jiġu Pprovduti Servizzi) (Avukati), iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Regolament tal-1979<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), li ttraspona d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 77/249 fid-dritt Irlandiż, jiddefinixxi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>avukat li jipprovdi servizzi<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> (visiting lawyer) billi jirreferi għal-lista li tinsab fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 77/249.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tar-Regolament tal‑1979 jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Meta avukat li jipprovdi servizzi jwettaq, fit-territorju tal-Istat, attivitajiet relatati mar-rappreżentanza u mad-difiża ta’ klijent fil-qorti, huwa għandu jaġixxi flimkien ma’ avukat awtorizzat li jipprattika quddiem il-qorti adita u li jkun responsabbli, jekk ikun il-każ, fir-rigward ta’ dik il-qorti.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>VK huwa involut fi proċeduri ta’ appell quddiem is-Supreme Court (il-Qorti Suprema, l-Irlanda) dwar id-determinazzjoni ta’ min għandu jbati l-ispejjeż tal-proċedura ġudizzjarja dwar il-permess maħruġ għall-kostruzzjoni, fil-viċinanzi tar-razzett tiegħu, ta’ stabbiliment ta’ spezzjoni għal annimali misjuba mejta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Ir-rinviju preżenti huwa parti minn tilwima li diġà kienet is-suġġett ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari mis-Supreme Court (il-Qorti Suprema) li, sussegwentement, ta lok għas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181017">17 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Klohn</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑167/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:833">EU:C:2018:833</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Quddiem is-Supreme Court (il-Qorti Suprema), VK kien iddeċieda li jiżgura huwa stess id-difiża tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, huwa kien irrappreżentat mis-Sinjura O., <HT TYPE="ITALIC">Rechtsanwältin</HT> (avukata) stabbilita fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Wara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181017">17 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Klohn</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑167/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:833">EU:C:2018:833</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-kawża ntbagħtet lura quddiem is-Supreme Court (il-Qorti Suprema) sabiex din tal-aħħar tiddeċiedi fuq l-appell imressaq minn VK, fid-dawl tal-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni li rriżultaw minn din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li VK xtaq jinkariga lis-Sinjura O., li ma hijiex stabbilita fl-Irlanda, sabiex tirrappreżenta l-interessi tiegħu quddiem is-Supreme Court (il-Qorti Suprema).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni tal-Artikolu 6 tar-Regolament tal‑1979 li jimponi fuq l-avukat li jipprovdi servizzi l-obbligu li jirrikorri għas-servizzi ta’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita, inkluż fil-kuntest ta’ proċedura fejn parti għandha d-dritt li tiżgura hija stess id-difiża tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar l-interpretazzjoni li għandha tingħata lis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19880225">25 ta’ Frar 1988</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE> (<NO.CASE>427/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:98">EU:C:1988:98</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat id-dritt ta’ Stat Membru li jeżiġi li avukat li jipprovdi servizzi għandu jaġixxi flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita. Din il-qorti tistaqsi, essenzjalment, jekk l-interpretazzjoni adottata f’din is-sentenza tipprekludix l-impożizzjoni tal-obbligu għall-avukat li<?PAGE NO="4"?> jipprovdi servizzi li jaġixxi flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita fil-każijiet kollha fejn il-klijent tiegħu jkun, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, awtorizzat li jiżgura huwa stess id-difiża tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tindika li l-obbligu li jaġixxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>flimkien<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> huwa limitat. Għalhekk, ma huwiex neċessarju li l-avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita jkun l-avukat inkarigat jew l-avukat li jressaq il-kawża quddiem il-qorti. Għandu jitħalla f’idejn iż-żewġ avukati kkonċernati, jiġifieri l-avukat li jipprovdi servizzi u l-avukat awtorizzat li jipprattika quddiem il-qorti Irlandiża adita, il-kompitu li jiddefinixxu r-rwoli preċiżi ta’ xulxin. Ir-rwol tal-avukat awtorizzat li jipprattika quddiem il-qorti adita jikkonsisti b’mod ġenerali sabiex jassisti lill-avukat li jipprovdi servizzi fl-ipoteżi fejn rappreżentanza adegwata tal-klijent u l-eżekuzzjoni korretta tal-obbligi fir-rigward tal-qorti adita jkunu jirrikjedu għarfien jew pariri fir-rigward tad-dritt, tal-prattika u tal-proċedura, kif ukoll tal-etika professjonali applikabbli fuq livell nazzjonali. Għalhekk, il-portata ta’ din il-kooperazzjoni tiddependi ħafna miċ-ċirkustanzi ta’ kull każ individwali, billi huwa mifhum li jkun hemm riskju reali li avukat li jipprovdi servizzi jonqos, b’mod involontarju, li jissodisfa l-obbligi tiegħu fir-rigward tal-klijent tiegħu jew tal-qorti adita fl-assenza ta’ assistenza, f’ċerti oqsma, ta’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-qorti tar-rinviju tosserva li wieħed mill-obbligi etiċi professjonali li għandhom jiġu osservati minn kull avukat li jirrappreżenta parti quddiem il-qrati Irlandiżi huwa l-obbligu li ssir riċerka fl-oqsma rilevanti kollha tad-dritt u li tinġibed l-attenzjoni tal-qorti adita fuq kwalunkwe element legali, leġiżlattiv jew ġurisprudenzjali, li jista’ jkollu effett fuq l-iżvolġiment tajjeb tal-proċedura. Dan l-obbligu japplika anki fil-każ fejn dawn l-elementi jkunu sfavorevoli għall-kawża mressqa mill-avukat inkwistjoni. Huwa jikkostitwixxi karatteristika tal-proċeduri fil-pajjiżi tal-<HT TYPE="ITALIC">common law</HT> fejn ħafna mir-riċerka meħtieġa sabiex il-qorti tiddeċiedi fuq il-kwistjonijiet ta’ dritt imressqa quddiemha titwettaq mill-partijiet iktar milli mill-qorti stess. Is-sitwazzjoni tkun differenti biss fil-każ li dawn tal-aħħar jiżguraw huma stess id-difiża tagħhom. F’dan il-każ, il-qrati għandhom jieħdu ħsieb, huma stess, it-trattament tal-kwistjonijiet legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi is-Supreme Court (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1)</NO.P><TXT>Stat Membru huwa prekluż milli jeżerċita l-possibbiltà mogħtija mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 77/249/KEE […] li jippermetti li Stat Membru jimponi, fuq avukat li huwa impenjat fl-attività ta’ rappreżentazzjoni ta’ klijent fi proċeduri legali, ir-rekwiżit li dan <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>jaħd[em] flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem l-awtorità ġudizzjarja inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>, fiċ-ċirkustanzi kollha fejn il-parti li lilha l-avukat minn Stat Membru ieħor jixtieq jirrappreżenta f’tali proċeduri tkun intitolata li tirrappreżenta lilha nnifisha?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija le, b’riferiment għal liema fatturi għandhom jiġu evalwati mill-qorti nazzjonali sabiex tiddetermina jekk huwiex permissibbli li jiġi impost ir-rekwiżit li <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>jaħd[em] flimkien ma’<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/>?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>B’mod partikolari, l-impożizzjoni ta’ obbligu limitat li jaħdem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>flimkien ma’<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, bil-mod deskritt preċedentement f’din id-deċiżjoni tar-rinviju, tammonta għal interferenza proporzjonali għal-libertà tal-avukat li jipprovdi servizzi b’tali mod li tkun iġġustifikata, fid-dawl tal-fatt li l-interessi pubbliċi inkwistjoni huma kemm il-bżonn li l-konsumaturi ta’ servizzi legali jiġu protetti kif ukoll il-bżonn li tiġi żgurata amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għat-tielet domanda hija iva, din il-pożizzjoni tapplika fiċ-ċirkustanzi kollha?, u, jekk dan ma huwiex il-każ, liema fatturi għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni minn qorti nazzjonali sabiex tiddetermina jekk tali rekwiżit jistax jiġi impost f’każ partikolari?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 5 tad-Direttiva 77/249 għandux, fid-dawl tal-għan ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li avukat, fornitur ta’ servizzi ta’ rappreżentanza tal-klijent tiegħu, ikollu l-obbligu li jaġixxi flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita u li jkun responsabbli, jekk ikun hemm lok, fir-rigward ta’ din il-qorti, fil-kuntest ta’ sistema li timponi fuq l-avukati obbligi ta’ etika professjonali u proċedurali bħal dawk li jissottomettu lill-qorti adita kull element legali, leġiżlattiv jew ġurisprudenzjali, għall-finijiet tal-iżvolġiment tajjeb tal-proċedura, li minnu l-parti fil-kawża tkun eżenti jekk tiddeċiedi li tiżgura hija stess id-difiża tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li d-Direttiva 77/249, li tinkludi miżuri intiżi sabiex jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tal-attivitajiet ta’ avukat li jipprovdi servizzi, għandha tiġi interpretata, b’mod partikolari, fid-dawl tal-Artikolu 56 TFUE, li jipprojbixxi kull restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li jimplika l-eliminazzjoni ta’ kull diskriminazzjoni kontra l-fornitur minħabba n-nazzjonalità tiegħu jew minħabba l-fatt li huwa stabbilit fi Stat Membru differenti minn dak fejn għandu jiġi pprovdut is-servizz (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19880225">25 ta’ Frar 1988</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>427/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:98">EU:C:1988:98</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi osservat li l-obbligu, impost minn leġiżlazzjoni nazzjonali, li wieħed jaġixxi flimkien ma’ avukat nazzjonali jikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi mill-avukati ta’ Stati Membri oħra sa fejn dan jimplika li l-individwu li jkun jixtieq jagħmel użu minn avukat stabbilit fi Stat Membru ieħor ikollu jbati spejjeż addizzjonali meta mqabbel ma’ dak li jiddeċiedi li jirrikorri għas-servizzi ta’ avukat stabbilit fl-Istat Membru tal-proċedura kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Id-Direttiva 77/249 għandha tiġi interpretata wkoll fid-dawl tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 57 TFUE, li minnu l-Qorti tal-Ġustizzja ddeduċiet li, fid-dawl tan-natura partikolari ta’ ċerti provvisti ta’ servizzi, ir-rekwiżiti speċifiċi imposti fuq il-fornitur li jkunu motivati mill-applikazzjoni tar-regoli li jirregolaw dawn it-tipi ta’ attivitajiet ma jistgħux jitqiesu li huma inkompatibbli mat-Trattat FUE, iżda li l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, bħala prinċipju fundamentali tat-Trattat FUE, tista’ tiġi limitata biss minn leġiżlazzjonijiet iġġustifikati mill-interess ġenerali u li huma imposti fuq kull persuna li teżerċita attività fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti, sa fejn dan l-interess ma jkunx issalvagwardjat mir-regoli li għalihom il-fornitur huwa suġġett fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19880225">25 ta’ Frar 1988</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>427/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:98">EU:C:1988:98</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, minn naħa, il-protezzjoni tal-konsumaturi, b’mod partikolari tad-destinatarji ta’ servizzi ġuridiċi pprovduti minn professjonisti legali, u, min-naħa l-oħra, l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja huma għanijiet inklużi fost dawk li jistgħu jitqiesu li huma raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali li jistgħu jiġġustifikaw restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170518">18 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Lahorgue</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑99/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:391">EU:C:2017:391</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-leġiżlazzjoni Irlandiża kkonċernata hija intiża sabiex tipproteġi l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja kif ukoll il-protezzjoni tal-parti fil-kawża bħala konsumatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Jeħtieġ ukoll li l-miżuri li jillimitaw il-libertà li jiġu pprovduti servizzi jkunu adegwati sabiex jiggarantixxu t-twettiq tal-għan imfittex minnhom u li ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dan l-għan jintlaħaq (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170518">18 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Lahorgue</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑99/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:391">EU:C:2017:391</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19880225">25 ta’ Frar 1988</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE> (<NO.CASE>427/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:98">EU:C:1988:98</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja, fl-ewwel lok, osservat, fil-punt 13 tagħha, li, fit-tilwim li għalih il-leġiżlazzjoni Ġermaniża ma kinitx timponi l-assistenza obbligatorja ta’ avukat, il-partijiet setgħu jiżguraw huma stess id-difiża<?PAGE NO="6"?> tagħhom quddiem qorti u li, għall-istess tilwim, il-leġiżlazzjoni Ġermaniża kienet tippermetti wkoll li din id-difiża tiġi fdata lil persuna li la kienet avukat u lanqas speċjalizzata, peress li din ma kinitx qiegħda taġixxi f’kapaċità professjonali. Fit-tieni lok, hija kkonstatat, fil-punti 14 u 15 ta’ din is-sentenza, li, f’dawn iċ-ċirkustanzi, jidher li ebda kunsiderazzjoni ta’ interess ġenerali ma setgħet tiġġustifika, għal dak li jirrigwarda l-azzjonijiet ġudizzjarji li għalihom l-assistenza obbligatorja minn avukat ma kinitx meħtieġa, l-obbligu impost fuq avukat iskritt ma’ kamra tal-avukati ta’ Stat Membru ieħor, li jipprovdi s-servizzi tiegħu f’kapaċità professjonali, li jaġixxi flimkien ma’ avukat Ġermaniż. Konsegwentement, sa fejn il-leġiżlazzjoni Ġermaniża kienet timponi, f’tali tilwim, fuq l-avukat li jipprovdi servizzi l-obbligu li jaġixxi flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li din kienet tmur kontra d-Direttiva 77/249 u l-Artikoli 59 u 60 tat-Trattat KEE, li saru l-Artikoli 56 u 57 tat-Trattat FUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Bl-istess mod, fis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19910710">10 ta’ Lulju 1991</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑294/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:302">EU:C:1991:302</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja osservat, fil-punt 18 tagħha, li, għal ċerti proċeduri li jiżvolġu quddiem il-qrati, il-leġiżlazzjoni Franċiża ma kinitx teżiġi li l-partijiet jiġu assistiti minn avukat u li din kienet tippermetti, għall-kuntrarju, li l-partijiet jiżguraw huma stess id-difiża tagħhom jew, fir-rigward tal-proċeduri quddiem il-qrati kummerċjali, li jkunu assistiti u rrappreżentati minn persuna li ma kinitx avukat, iżda li kellha mandat speċjali. Sussegwentement, hija kkonstatat, fil-punt 19 ta’ din is-sentenza, li, konsegwentement, l-avukat li jipprovdi servizzi ma setax ikun obbligat jaġixxi flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita, fil-kuntest ta’ azzjonijiet ġudizzjarji li għalihom il-leġiżlazzjoni Franċiża ma kinitx teżiġi l-assistenza obbligatorja ta’ avukat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi enfasizzat li, minkejja li fil-kawżi li taw lok għas-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19880225">25 ta’ Frar 1988</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE> (<NO.CASE>427/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:98">EU:C:1988:98</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19910710">10 ta’ Lulju 1991</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑294/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:302">EU:C:1991:302</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) il-leġiżlazzjoni nazzjonali kienet tippermetti li l-partijiet, bħal fil-kawża prinċipali, jiżguraw huma stess id-difiża tagħhom, l-obbligi imposti, rispettivament, fuq il-partijiet u fuq il-qorti għal dak li jikkonċerna l-identifikazzjoni tar-regoli ġuridiċi rilevanti kienu, kuntrarjament għal dawk applikabbli fil-kawża prinċipali, l-istess, kemm jekk il-parti tiżgura hija stess id-difiża tagħha kif ukoll jekk tkun assistita minn avukat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Konsegwentement, huwa fil-kuntest speċifiku tal-kawżi li wasslu għas-sentenzi msemmija fil-punt preċedenti li għandhom jinqraw il-punt 13 tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19880225">25 ta’ Frar 1988</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE> (<NO.CASE>427/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:98">EU:C:1988:98</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u l-punt 17 tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19910710">10 ta’ Lulju 1991</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑294/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:302">EU:C:1991:302</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li jgħidu li l-Artikolu 5 tad-Direttiva 77/249 ma jistax ikollu l-effett li jissuġġetta l-avukat li jipprovdi servizzi għal rekwiżiti li ma jkollhom ebda ekwivalenza fir-regoli professjonali li jkunu applikabbli fl-assenza ta’ kwalunkwe provvista ta’ servizzi, fis-sens tat-Trattat KEE, li sar it-Trattat FUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta b’mod partikolari mill-punt 16 ta’ din is-sentenza, l-obbligi li jaqgħu, rispettivament, fuq il-partijiet u fuq il-qorti għal dak li jikkonċerna l-identifikazzjoni tar-regoli ġuridiċi rilevanti waqt kawża quddiem il-qrati Irlandiżi ma humiex l-istess skont jekk il-parti tiżgurax hija stess id-difiża tagħha jew jekk hijiex irrappreżentata minn avukat. F’dan l-aħħar każ, huwa l-avukat li għandu, quddiem il-qrati Irlandiżi, jagħmel ħafna mir-riċerki ġuridiċi meħtieġa għall-iżvolġiment tajjeb tal-proċedura, filwaqt li dan ikun il-kompitu tal-qorti adita fl-ipoteżi fejn il-parti tagħżel li tiżgura hija stess id-difiża tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Meta l-imsemmija obbligi jkunu, bħal fil-kawżi li taw lok għas-sentenzi ċċitati fil-punt 28 ta’ din is-sentenza, l-istess, kemm jekk il-parti tiżgura hija stess id-difiża tagħha jew jekk tkun assistita minn avukat, hemm lok li jitqies li, peress li l-għan ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja jista’ jintlaħaq fl-ewwel każ, dan jista’ <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> jitwettaq fil-każ fejn il-parti tkun assistita minn avukat li jipprovdi servizzi, fis-sens tad-Direttiva 77/249.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Madankollu, dan ma japplikax meta dawn l-obbligi jkunu, bħal fil-kawża prinċipali, differenti skont jekk il-parti tiżgurax hija stess id-difiża tagħha jew jekk hijiex assistita minn avukat. F’dan ir-rigward, il-fatt li l-għan ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja jista’ jintlaħaq fil-każ fejn il-parti tiżgura hija stess id-difiża tagħha fil-kuntest ta’ ġabra partikolari ta’ regoli li jirregolaw il-proċess ma jistax jippermetti li jiġi dedott li dan l-għan jintlaħaq fil-każ fejn il-parti tkun assistita minn avukat li jipprovdi servizzi, fis-sens tad-Direttiva 77/249, u fejn ir-regoli li jirregolaw il-proċess huma differenti u iktar restrittivi minn dawk applikabbli għall-parti li tiżgura hija stess id-difiża tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’każ bħal dan, motiv ta’ interess ġenerali bbażat fuq l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja jikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tista’ tiġġustifika l-obbligu impost fuq avukat li jipprovdi servizzi li jaġixxi flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita. Fil-fatt, kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19880225">25 ta’ Frar 1988</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE> (<NO.CASE>427/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:98">EU:C:1988:98</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), id-Direttiva 77/249 tippermetti lill-Istati Membri jeżiġu mill-avukat li jipprovdi servizzi li jaġixxi flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita sabiex l-ewwel wieħed ikun jista’ jwettaq il-kompiti fdati lilu mill-klijent tiegħu, b’osservanza tal-funzjonament tajjeb tal-ġustizzja. Minn din il-perspettiva, dan l-obbligu għandu l-għan li jipprovdi lill-avukat li jipprovdi servizzi l-appoġġ neċessarju sabiex jaġixxi f’sistema ġudizzjarja differenti minn dik li fiha huwa abitwalment jipprattika, u li jagħti lill-qorti adita l-assigurazzjoni li dan tal-aħħar għandu effettivament dan l-appoġġ u li b’hekk huwa f’pożizzjoni li josserva b’mod sħiħ ir-regoli proċedurali u ta’ etika professjonali applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni dwar in-natura proporzjonata ta’ dan l-obbligu, għandu jitfakkar li, skont l-informazzjoni pprovduta mill-qorti tar-rinviju, l-avukat li jipprovdi servizzi għandu jikkomunika lill-qrati nazzjonali l-isem ta’ avukat li jeżerċita b’mod konformi mad-dritt Irlandiż sabiex jassistih fl-ipoteżi fejn ir-rappreżentanza tajba tal-klijent u l-eżekuzzjoni korretta tal-obbligi fir-rigward tal-qorti adita jkunu jeħtieġu għarfien jew pariri li l-ħtieġa tagħhom tista’ preċiżament tidher minħabba n-natura eventwalment limitata tal-konoxxenza, mill-avukat li jipprovdi servizzi, ta’ aspetti potenzjalment rilevanti tad-dritt, tal-prattika u tal-proċedura, kif ukoll tal-etika professjonali applikabbli fuq livell nazzjonali. Madankollu, skont din l-informazzjoni, ma huwiex neċessarju li l-avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita jkun l-avukat inkarigat jew l-avukat li jressaq il-kawża quddiem il-qorti. Fil-fatt, huwa l-avukat li jipprovdi servizzi u l-avukat awtorizzat jipprattika quddiem il-qorti Irlandiża adita li għandhom jiddefinixxu r-rwoli preċiżi ta’ xulxin, peress li r-rwol ta’ dan tal-aħħar jikkonsisti pjuttost f’li jiġi inkarigat bħala avukat li jassisti l-avukat li jipprovdi servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-flessibbiltà li tikkaratterizza l-kooperazzjoni bejn l-avukat li jipprovdi servizzi u l-avukat li jeżerċita quddiem il-qorti adita, kif deskritta mill-qorti tar-rinviju, tikkorrispondi mal-kunċett ta’ din il-kooperazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet fil-kuntest tal-interpretazzjoni u tal-applikazzjoni tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 77/249. Skont dan il-kunċett, dawn iż-żewġ avukati għandhom jitqiesu f’pożizzjoni li jiddefinixxu flimkien, b’osservanza tar-regoli tal-etika professjonali applikabbli fl-Istat Membru ospitanti u fl-eżerċizzju tal-awtonomija professjonali tagħhom, il-modalitajiet ta’ kooperazzjoni xierqa għall-mandat fdat lilhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19880225">25 ta’ Frar 1988</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>427/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:98">EU:C:1988:98</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19910710">10 ta’ Lulju 1991</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑294/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:302">EU:C:1991:302</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-ksur tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ma jidhirx, kif indika, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punt 76 tal-konklużjonijiet tiegħu, li jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi osservat ukoll li, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 75 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-leġiżlazzjoni Irlandiża inkwistjoni fil-kawża prinċipali tidher li hija kkaratterizzata mill-fatt li hija ma tipprevedi ebda eċċezzjoni għall-obbligu li wieħed jaġixxi flimkien ma’ avukat li jeżerċita quddiem il-qorti adita.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Issa, bħalma indika l-Avukat Ġenerali fil-punti 80 u 81 tal-konklużjonijiet tiegħu, għandu jiġi kkonstatat li tali obbligu jista’ jirriżulta inutli f’ċerti ċirkustanzi u, għaldaqstant, imur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Dan ikun il-każ, b’mod partikolari, fl-ipoteżi fejn l-avukat li jipprovdi servizzi jkun jista’, minħabba l-karriera tiegħu, jirrappreżenta lill-parti fil-kawża bl-istess mod bħal avukat li jeżerċita abitwalment quddiem il-qorti nazzjonali kkonċernata. Hija din tal-aħħar li għandha tevalwa, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, jekk esperjenza professjonali fl-Istat Membru ospitanti tistax tapplika sabiex jiġi stabbilit dan il-punt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li s-Sinjura O. tiddikjara li hija pprattikat fl-Irlanda għal diversi snin fil-kundizzjonijiet previsti mid-Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="19980216">16 ta’ Frar 1998</DATE> sabiex tkun iffaċilitata l-prattika tal-professjoni ta’ avukat fuq bażi permanenti fl-Istati Membri minbarra dak fejn kienet miksuba l-kwalifikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 83), li jista’ jagħti x’jifhem li din l-avukata hija f’pożizzjoni li tirrappreżenta lill-parti fil-kawża bl-istess mod bħal avukat awtorizzat li jipprattika quddiem il-qorti adita. Skont il-ġurisprudenza stabbilita, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dan huwiex il-każ (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200402">2 ta’ April 2020</DATE>, <NAME.CASE>Comune di Gesturi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑670/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:272">EU:C:2020:272</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi magħmula hija li l-Artikolu 5 tad-Direttiva 77/249 għandu jiġi interpretat fis-sens li:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>huwa ma jipprekludix, bħala tali, fid-dawl tal-għan ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, li avukat, fornitur ta’ servizzi ta’ rappreżentanza tal-klijent tiegħu, ikollu l-obbligu li jaġixxi flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita u li jkun responsabbli, jekk ikun hemm lok, fir-rigward ta’ din il-qorti, fil-kuntest ta’ sistema li timponi fuq l-avukati obbligi ta’ etika professjonali u proċedurali bħal dawk li jissottomettu lill-qorti adita kull element legali, leġiżlattiv jew ġurisprudenzjali, għall-finijiet tal-iżvolġiment tajjeb tal-proċedura, li minnu l-parti fil-kawża tkun eżenti jekk tiddeċiedi li tiżgura hija stess id-difiża tagħha;</P></ITEM><ITEM><P>ma huwiex sproporzjonat, fid-dawl tal-għan ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, l-obbligu ta’ avukat li jipprovdi servizzi li jaġixxi flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita, f’sistema li fiha dawn tal-aħħar għandhom il-possibbiltà jiddefinixxu r-rwoli rispettivi tagħhom, peress li l-avukat li jeżerċita quddiem il-qorti adita għandu biss, bħala regola ġenerali, l-għan li jassisti lill-avukat li jipprovdi servizzi sabiex ikun jista’ jiżgura r-rappreżentazzjoni tajba tal-klijent u l-eżekuzzjoni korretta tal-obbligi tiegħu fir-rigward ta’ din il-qorti;</P></ITEM><ITEM><P>obbligu ġenerali li wieħed jaġixxi flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita, li ma jippermettix li tittieħed inkunsiderazzjoni l-esperjenza tal-avukat li jipprovdi servizzi, imur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="19770322">22 ta’ Marzu 1977</DATE> biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati għandu jiġi interpretat fis-sens li:</HT></P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">huwa ma jipprekludix, bħala tali, fid-dawl tal-għan ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, li avukat, fornitur ta’ servizzi ta’ rappreżentanza tal-klijent tiegħu, ikollu l-obbligu li jaġixxi flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita u li jkun responsabbli, jekk ikun hemm lok, fir-rigward ta’ din il-qorti, fil-kuntest ta’ sistema li timponi fuq l-avukati obbligi ta’ etika professjonali u proċedurali bħal dawk li jissottomettu lill-qorti adita kull element legali, leġiżlattiv jew ġurisprudenzjali, għall-finijiet tal-iżvolġiment tajjeb tal-proċedura, li minnu l-parti fil-kawża tkun eżenti jekk tiddeċiedi li tiżgura hija stess id-difiża tagħha;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">ma huwiex sproporzjonat, fid-dawl tal-għan ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, l-obbligu ta’ avukat li jipprovdi servizzi li jaġixxi flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita, f’sistema li fiha dawn tal-aħħar għandhom il-possibbiltà jiddefinixxu r-rwoli rispettivi tagħhom, peress li l-avukat li jeżerċita quddiem il-qorti adita għandu biss, bħala regola ġenerali, l-għan li jassisti lill-avukat li jipprovdi servizzi sabiex ikun jista’ jiżgura r-rappreżentazzjoni tajba tal-klijent u l-eżekuzzjoni korretta tal-obbligi tiegħu fir-rigward ta’ din il-qorti;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">obbligu ġenerali li wieħed jaġixxi flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita, li ma jippermettix li tittieħed inkunsiderazzjoni l-esperjenza tal-avukat li jipprovdi servizzi, imur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja.</HT></P></ITEM></LIST></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>