<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-483/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0483</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:309">EU:C:2019:309</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20190411">11.4.2019</DATE> – Kawża C-483/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Tarola</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20190411">11 ta’ April 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ċittadinanza tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Moviment liberu tal-persuni</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/38/KE</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ moviment liberu u residenza fit-territorju tal-Istati Membri</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7(1)(a)</KEYWORD><KEYWORD>Ħaddiema u persuni li jaħdmu għal rashom</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7(3)(c)</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ residenza ta’ iktar minn tliet xhur</KEYWORD><KEYWORD>Ċittadin ta’ Stat Membru li jkun eżerċita attività ta’ ħaddiem fi Stat Membru ieħor matul perijodu ta’ ħmistax‑il jum</KEYWORD><KEYWORD>Qgħad involontarju</KEYWORD><KEYWORD>Żamma tal-istatus ta’ ħaddiem għal mill-inqas sitt xhur</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għall-benefiċċju għal persuni li qed ifittxu xogħol (<HT TYPE="ITALIC">jobseeker’s allowance</HT>)</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑483/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Court of Appeal (il-Qorti tal-Appell, l‑Irlanda), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20170802">2 ta’ Awwissu 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid‑<DATE ISO="20170809">9 ta’ Awwissu 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Neculai Tarola</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Minister for Social Protection,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn M. Vilaras (Relatur), President tar-Raba’ Awla, li qed jaġixxi bħala President tat-Tielet Awla, J. Malenovský, L. Bay Larsen, M. Safjan u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, amministrattriċi prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas‑<DATE ISO="20180906">6 ta’ Settembru 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Tarola, minn C. Stamatescu, solicitor, u minn D. Shortall, BL,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Irlanda, minn M. Browne, G. Hodge, A. Joyce u M. Tierney, bħala aġenti, assistiti minn E. Barrington, SC, u minn D. Dodd, BL,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, J. Pavliš u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Daniż, minn P. Z. L. Ngo, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn D. Klebs, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas u R. Coesme, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn E. Montaguti, M. Kellerbauer u J. Tomkin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20181115">15 ta’ Novembru 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1)(a) u (3)(c) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Neculai Tarola u l‑Minister for Social Protection (il-Ministru għall-Protezzjoni Soċjali, l-Irlanda) fir-rigward taċ-ċaħda minn dan tal-aħħar tat-talba tiegħu għall-għoti tal-benefiċċju għal persuni li qed ifittxu xogħol (<HT TYPE="ITALIC">jobseeker’s allowance</HT>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 3, 9,10 u 20 tad-Direttiva 2004/38 jiddikjaraw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>(3)</NO.P><TXT>Iċ-ċittadinanza ta’ l-Unjoni għandha tkun l-istatus fondamentali taċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri meta huma jeżerċitaw d-dritt tagħhom ta’ moviment liberu u ta’ residenza. Hu għalhekk neċessarju li jiġu kkodifikati u riveduti l-istrumenti komunitarji eżistenti li jittrattaw separament lill-ħaddiema, lill-persuni li jaħdmu għal rashom kif ukoll lill-istudenti u lill-persuni oħrajn mhux attivi sabiex jissimplifikaw u jsaħħu d-dritt ta’ moviment liberu u residenza taċ-ċittadini kollha ta’ l-Unjoni.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>Iċ-ċittadini ta’ l-Unjoni għandhom ikollhom id-dritt li jgħixu fl-Istat Membru ospitanti għal perjodu li ma jaqbiżx it-tliet xhur mingħajr ma jkunu suġġetti għal xi kondizzjonijiet jew xi formalitajiet għajr il-ħtieġa li jkollhom karta ta’ l-identità jew passaport li huma validi, mingħajr preġudizzju għal trattament aktar favorevoli applikabbli għal dawk li qed ifittxu xogħol, kif rikonoxxuti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Dawk il-persuni li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ residenza m’għandhomx, madankollu, ikunu ta’ piż mhux raġonevoli fuq is-sistema ta’ għajnuna soċjali ta’ l-Istat Membru ospitanti matul il-perjodu inizjali ta’ residenza. Għalhekk, id-dritt ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u għall-membri tal-familja tagħhom għal perjodi li jaqbżu t-tliet xhur għandu jkun bla ħsara għal kondizzjonijiet.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(20)</NO.P><TXT>Skond il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni skond iċ-ċittadinanza, iċ-ċittadini kollha ta’ l-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li jgħixu fi Stat Membru skond din id-Direttiva għandhom igawdu, f’dak l-Istat Membru, trattament ugwali bħaċ-ċittadini f’oqsma koperti mit-Trattat, bla ħsara għal dawk id-disposizzjonijiet speċifiċi kif previsti b’mod ċar mit-Trattat u mil-liġi sekondarja.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Din id-Direttiva tistabbilixxi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt tal-moviment liberu u ta’ residenza fit-territorju ta’ l-Istati Membri miċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u mill-membri tal-familja tagħhom;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Dritt ta’ residenza ta’ aktar minn tliet xhur<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprevedi, fil-paragrafi 1 u 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Iċ-ċittadini kollha ta’ l-Unjoni għandhom id-dritt ta’ residenza fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għal perjodu ta’ aktar minn tliet xhur jekk huma:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ħaddiema jew nies li jaħdmu għal rashom fl-Istat Membru ospitanti; jew […]</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="007.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1(a), ċittadin ta’ l-Unjoni li m’għadux jaħdem jew li m’għadux jaħdem għal rasu għandu jżomm l-istatus ta’ ħaddiem jew ta’ persuna li taħdem għal rasha fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-persuna kkonċernata ma tistax taħdem għal żmien temporanju minħabba mard jew inċident;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-persuna kkonċernata, wara li [jkun ġie debitament ikkonstatat li] spiċċat involontarjament bla xogħol wara li ħadmet għal aktar minn sena, tirreġistra bħala persuna li qed tfittex xogħol ma’ l-uffiċċju ta’ l-impjieg rilevanti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-persuna kkonċernata spiċċat involontarjament bla xogħol wara li lestiet kuntratt ta’ xogħol għal żmien fiss ta’ anqas minn sena jew wara li spiċċat involontarjament bla xogħol matul l-ewwel tnax‑il xahar u rreġistrat bħala persuna li qed tfittex xogħol ma’ l-uffiċċju ta’ l-impjieg rilevanti. F’dan il-każ, l-istatus ta’ ħaddiem għandu jinżamm għal perjodu li mhux inqas minn sitt xhur;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>il-persuna kkonċernata tibda taħriġ professjonali. Sakemm ma tispiċċax involontarjament bla xogħol, iż-żamma ta’ l-istatus ta’ ħaddiem teħtieġ li t-taħriġ ikun jirrelata max-xogħol preċedenti.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/38, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Żamma tad-dritt ta’ residenza<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="014.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ċittadini ta’ l l-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom għandhom id-dritt ta’ residenza kif previst fl-Artikolu 6, sakemm ma jkunux ta’ piż fuq is-sistema ta’ għajnuna soċjali ta’ l-Istat Membru ospitanti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Ċittadini ta’ l-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom għandhom id-dritt ta’ residenza kif previst fl-Artikoli 7, 12 u 13 sakemm jaderixxu mal-kondizzjonijiet stabbiliti fihom.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 24 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Trattament ugwali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Bla ħsara għal disposizzjonijiet speċifiċi kif previsti b’mod ċar fit-Trattat u fil-liġi sekondarja, iċ-ċittadini kollha ta’ l-Unjoni li jgħixu skond din id-Direttiva fit-territorju ta’ l-Istat Membru ospitanti għandhom igawdu trattament ugwali bħaċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru fl-iskop tat-Trattat. Il-benefiċċju ta’ dan id-dritt għandu jkun estiż għall-membri tal-familja li mhumiex ċittadini ta’ Stat Membru u li għandhom id-dritt ta’ residenza jew għandhom residenza permanenti.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Irlandiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(2)(a) u (c) tal-European Communities (Free Movement of Persons) (n<HT TYPE="SUP">o</HT>2) Regulations 2006 (ir-Regolament tal-2006 dwar il-Komunitajiet Ewropej (Moviment Liberu tal-Persuni) (Nru°2), iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Regolament tal‑2006<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), li ttraspona l-Artikolu 7(3) tad‑Direttiva 2004/38 fid‑dritt Irlandiż, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>a)</NO.P><TXT>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20, ċittadin tal-Unjoni jista’ jirrisjedi fit-territorju tal-Istat għal perijodu ta’ iktar minn tliet xhur:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>jekk huwa impjegat jew persuna li taħdem għal rasha fl‑Istat;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20, persuna li għaliha japplika l-punt (a)(i) tista’ tibqa’ fl-Istat meta jispiċċa x-xogħol indikat fl‑imsemmi punt jekk</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>ikun ikkonstatat li tkun tilfet xogħolha b’mod involontarju wara li tkun ġiet impjegata għal iktar minn sena u tirreġistra bħala persuna li qed tfittex xogħol mal‑awtorità kompetenti tad-(Department of Social and Family Affairs (il-Ministeru tal-Affarijiet Soċjali u tal-Familja, l-Irlanda)) u mal-FÁS (Foras Áiseanna Saothair (l-Awtorità għat-taħriġ u l-impjieg, l-Irlanda)) […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>iii)</NO.P><TXT>mingħajr preġudizzju għall-punt (d), ikun ikkonstatat li tkun tilfet xogħolha b’mod involontarju fi tmiem il-kuntratt tax-xogħol għal żmien determinat tagħha ta’ inqas minn sena jew wara li tkun tilfet xogħolha b’mod involontarju matul it-tnax-il xahar preċedenti u tirreġistra bħala persuna li qed tfittex xogħol mal‑awtorità kompetenti tad-Department of Social and Family Affairs (il-Ministeru tal-Affarijiet Soċjali u tal-Familja) u mal-FÁS […]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali huwa ċittadin Rumen li wasal għall-ewwel darba fl-Irlanda fix-xahar ta’ Mejju 2007, fejn ġie impjegat mill‑5 sat‑<DATE ISO="20070730">30 ta’ Lulju 2007</DATE>, u sussegwentement mill‑15 ta’ Awwissu sal‑<DATE ISO="20070914">14 ta’ Settembru 2007</DATE>. Filwaqt li ma ġiex stabbilit li rrisjeda fl-Irlanda bejn is-sena 2007 u s-sena 2013, min-naħa l-oħra huwa paċifiku li ġie impjegat fl-Irlanda mit‑22 ta’ Lulju sal‑<DATE ISO="20130924">24 ta’ Settembru 2013</DATE>, u sussegwentement mit‑8 sat‑<DATE ISO="20140722">22 ta’ Lulju 2014</DATE>, u li, għal dan l-aħħar impjieg, irċieva remunerazzjoni li tammonta għal EUR <FT TYPE="NUMBER">1309</FT>. Barra minn hekk, huwa ħadem ukoll bħala subkuntrattur indipendenti mis‑17 ta’ Novembru sal‑<DATE ISO="20141205">5 ta’ Diċembru 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20130921">21 ta’ Settembru 2013</DATE>, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ressaq talba għall-allowance għall-persuni li qed ifittxu xogħol (<HT TYPE="ITALIC">jobseeker’s allowance</HT>), quddiem il-Ministru għall-Protezzjoni Soċjali, li ġiet miċħuda minħabba li ma kien ipproduċa l-prova la tar-residenza abitwali tiegħu fl-Irlanda u lanqas tar-riżorsi tiegħu għall-perijodu mill‑<DATE ISO="20070915">15 ta’ Settembru 2007</DATE> sat‑<DATE ISO="20130722">22 ta’ Lulju 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20131126">26 ta’ Novembru 2013</DATE>, huwa għalhekk ressaq talba għall-għoti tal-allowance għal benefiċċju soċjali supplimentari (<HT TYPE="ITALIC">supplementary welfare allowance</HT>), li ġiet miċħuda wkoll minħabba l-fatt li ma kienx f’pożizzjoni li jipproduċi provi li jistabbilixxu l-mod kif kien ħaseb għall-bżonnijiet tiegħu u ħallas il-kirja tiegħu minn Settembru 2013 sal‑<DATE ISO="20140414">14 ta’ April 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20141106">6 ta’ Novembru 2014</DATE>, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ressaq it-tieni talba għall-għoti ta’ allowance għal persuni li qed ifittxu xogħol, li ġiet miċħuda fis‑<DATE ISO="20141126">26 ta’ Novembru 2014</DATE>, minħabba li, sa mill-wasla tiegħu fl-Irlanda, huwa ma kienx ħadem għal iktar minn sena u l-provi li kien ipproduċa ma kinux suffiċjenti biex juri li kellu r-residenza abitwali tiegħu f’dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ppreżenta rikors għal reviżjoni tad-deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20141126">26 ta’ Novembru 2014</DATE>, quddiem il-Ministru għall-Protezzjoni Soċjali, li ġie miċħud minħabba li l-perijodu qasir ta’ xogħol li kien wettaq fix-xahar ta’ Lulju 2014 ma kienx tali li jqiegħed inkwistjoni l-konstatazzjoni li huwa ma kellux ir-residenza abitwali tiegħu fl-Irlanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20150310">10 ta’ Marzu 2015</DATE>, huwa talab lill-Ministru għall-Protezzjoni Soċjali sabiex jeżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tiegħu tas‑<DATE ISO="20141126">26 ta’ Novembru 2014</DATE>, billi sostna b’mod partikolari li, bis-saħħa tal-Artikolu 7(3)(c) tad-Direttiva 2004/38, huwa kellu dritt jirrisjedi fl-Irlanda ġaladarba kien ħaddiem matul il-perijodu ta’ sitt xhur konsekuttiv għall-waqfien mill-attività professjonali tiegħu fix-xahar ta’ Lulju 2014. Din it-talba ġiet miċħuda permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20150331">31 ta’ Marzu 2015</DATE> minħabba li, sa mill-wasla tiegħu fl-Irlanda, huwa ma kienx ħadem għal iktar minn sena u ma kellux riżorsi proprji suffiċjenti biex imantni lilu nnifsu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ippreżenta rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-High Court (il-Qorti Għolja, l-Irlanda), li ġie miċħud fl‑<DATE ISO="20160420">20 ta’ April 2016</DATE> minħabba li ma kienx jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 6(2)(c)(iii) tar-Regolament tal‑2006. Il-High Court (il-Qorti Għolja) iddeċidiet li r-rikorrent fil-kawża prinċipali ma setax jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> u, konsegwentement, li jirrisjedi b’mod abitwali fl-Irlanda, għal kull pretensjoni ta’ benefiċċji soċjali f’dan is-sens. Fil-fatt, hija qieset li din id-dispożizzjoni kienet tirrigwarda esklużivament lill-persuni li ħadmu taħt kuntratt tax-xogħol għal żmien determinat ta’ inqas minn sena. Hija qieset ukoll li l-perijodu ta’ xogħol imwettaq mir-rikorrent fil-kawża prinċipali mit‑8 sat‑<DATE ISO="20140722">22 ta’ Lulju 2014</DATE> ma setax jitqies li kien jaqa’ taħt kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni u li dan tal-aħħar kien jaqa’ taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2)(c)(ii) tar-Regolament tal‑2006. Minn dan hija kkonkludiet li r-rikorrent fil-kawża prinċipali ma kienx f’pożizzjoni li jipproduċi l-prova li kien ħadem b’mod mhux interrott matul perijodu ta’ sena qabel ma ressaq it-talba tiegħu għal benefiċċji soċjali, b’tali mod li ċ-ċaħda ta’ din it-talba min-naħa tal-Ministru għall-Protezzjoni Soċjali kienet fondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20160505">5 ta’ Mejju 2016</DATE>, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ppreżenta appell kontra ċ-ċaħda tar-rikors tiegħu quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Court of Appeal (il-Qorti tal-Appell, l-Irlanda), li tqis li l-kwistjoni ċentrali tal-kawża prinċipali hija dik dwar jekk persuna li ħadmet għal inqas minn sena żżommx l-istatus ta’ ħaddiem fis-sens tal-Artikolu 7(3)(c) tad-Direttiva 2004/38.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Qabel kollox din tal-aħħar tosserva li, fid-dritt tal-Unjoni, r-responsabbiltà fil-konfront tal-persuni li jiddependu minn servizzi soċjali taqa’ fuq l-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom, hekk kif jirriżulta mill-premessa 10 kif ukoll mill-Artikolu 7(3)(c) tad-Direttiva 2004/38. Fil-fatt, il-persuni li jeżerċitaw id-dritt ta’ residenza tagħhom ma għandhomx ikunu ta’ oneru irraġonevoli għas-sistema ta’ benefiċċji soċjali tal-Istat Membru ospitanti matul perijodu inizjali ta’ residenza, filwaqt li l-eżerċizzju tal-imsemmi dritt għal perijodi ogħla minn tliet xhur għandu jkun suġġett għal ċerti kundizzjonijiet. Madankollu, hija tenfasizza li l-Artikolu 7 tal-imsemmija direttiva jimplimenta l-Artikolu 45 TFUE, b’tali mod li hija applikabbli l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kunċett ta’ ħaddiem, li dejjem ġiet interpretata b’mod wiesa’.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Konsegwentement, hija tistaqsi jekk għandux jiġi kkunsidrat li r-rikorrent fil-kawża prinċipali żamm l-istatus tiegħu ta’ ħaddiem, fis-sens tal-Artikolu 7(3)(c) tad-Direttiva 2004/38, minħabba l-fatt li ħadem matul perijodu ta’ ġimagħtejn fix-xahar ta’ Lulju 2014, b’tali mod li, bħala prinċipju, huwa għandu d-dritt li jirċievi l-allowance għal persuna li qed tfittex xogħol inkwantu jinsab f’sitwazzjoni ta’ qgħad involontarju u rreġistra lilu nnifsu bħala persuna li qed tfittex xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward il-qorti tar-rinviju tenfasizza li, għalkemm ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ma jsostnix iżjed quddiemha, kif kien għamel quddiem il-High Court (il-Qorti Għolja), li ħadem bis-saħħa ta’ kuntratt għal żmien determinat matul dan il-perijodu, madankollu huwa jsostni li peress li l-Artikolu 7(3)(c) tad-Direttiva 2004/38 juża l-konġunzjoni ta’ koordinazzjoni diżġuntiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>jew<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> din id-dispożizzjoni tkopri żewġ każijiet distinti. Fil-fatt, l-ewwel parti ta’ din id-dispożizzjoni (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>[jkun ġie debitament ikkonstatat li] spiċċat involontarjament bla xogħol wara li lestiet kuntratt ta’ xogħol għal żmien fiss ta’ anqas minn sena<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) tirrigwarda l-waqfien ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat ta’ inqas minn sena, filwaqt li t-tieni parti (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>wara li spiċċat involontarjament bla xogħol matul l-ewwel tnax‑il xahar<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>) ma tirrigwardax il-waqfien ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat, iżda l-waqfien ta’ kuntratti ta’ xogħol għal perijodu ta’ iktar minn sena li jseħħ matul l-ewwel tnax‑il xahar tal-impjieg tal-persuna kkonċernata. Din id-distinzjoni hija kkorroborata bil-fatt li l-ewwel parti ta’ din id-dispożizzjoni tirreferi għal qgħad li ġie <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>[debitament ikkonstatat]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, filwaqt li t-tieni parti tirrikjedi li l-ħaddiem ikun irreġistra <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>bħala persuna li qed tfittex xogħol ma’ l-uffiċċju ta’ l-impjieg rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. Issa, ma jkunx hemm sens li jitqiegħed tali rekwiżit fil-każ ta’ qgħad debitament ikkonstatat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Madankollu, hija għanda dubji fir-rigward tal-eżattezza ta’ din l-interpretazzjoni. Qabel kollox hija tosserva li l-interpretazzjoni sostnuta mir-rikorrent fil-kawża prinċipali ma tippermettix li jiġi ddeterminat jekk l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>l-ewwel tnax‑il xahar<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> tirreferix għall-perijodu ta’ wara l-wasla fl-Istat Membru ospitanti jew il-perijodu ta’ impjieg fl-imsemmi Stat Membru. Barra minn hekk, hija tenfasizza li din l-interpretazzjoni ma tassoċjax tajjeb ma wieħed mill-għanijiet li d-Direttiva 2004/38 hija intiża li tikseb, jiġifieri, minn naħa, dak li tasal għal ekwilibriju ġust bejn is-salvagwardja tal-moviment liberu tal-ħaddiema, u, min-naħa l-oħra, il-garanzija li s-sistemi ta’ sigurtà soċjali tal-Istat Membru ospitanti ma jkollhomx isostnu oneru li ma jkunx raġonevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Court of Appeal (il-Qorti tal-Appell) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lid-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Fejn ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE ieħor, wara l-ewwel tnax-il xahar tiegħu jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu, jasal fl-Istat ospitanti u jaħdem (mhux b’kuntratt b’terminu fiss [għal żmien determinat]) għal perijodu ta’ ġimgħatejn li għalih huwa mħallas u sussegwentement jispiċċa involontarjament bla xogħol, dan iċ-ċittadin iżomm l-istatus ta’ ħaddiem għal mill-inqas sitt xhur oħra għall-finijiet tal-Artikolu 7(3)(c) u tal‑Artikolu 7(1)(a) tad‑Direttiva [2004/38], fis-sens li jkun intitolat li jirċievi pagamenti ta’ assistenza soċjali jew, skont il-każ, benefiċċji ta’ sigurtà soċjali fuq l-istess bażi daqs li kieku kien ċittadin residenti tal-Istat ospitanti?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 7(1)(a) u (3)(c) tad-Direttiva 2004/38 għandux jiġi interpretat fis-sens li ċittadin ta’ Stat Membru li eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu, li ħadem fi Stat Membru ieħor matul perijodu ta’ ġimagħtejn, mhux bis-saħħa ta’ kuntratt għal żmien determinat, qabel ma sab lilu nnifsu f’sitwazzjoni ta’ qgħad involontarju, iżommx l-istatus ta’ ħaddiem matul perijodu supplimentari ta’ mill-inqas sitt xhur fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u għandux, konsegwentement, id-dritt li jirċievi benefiċċji ta’ sigurtà soċjali bħallikieku kien ċittadin tal-Istat Membru ospitanti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Hemm lok li jitfakkar li d-Direttiva 2004/38, kif jirriżulta mill-premessi 1 sa 4 tagħha, għandha l-għan li tiffaċilita l-eżerċizzju tad-dritt fundamentali u individwali għal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza fit-territorju tal-Istati Membri li jingħata direttament liċ-ċittadini tal-Unjoni permezz tal-Artikolu 21(1) TFUE u li din għandha b’mod partikolari l-għan li ssaħħaħ l-imsemmi dritt (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080725">25 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Metock <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑127/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:449">EU:C:2008:449</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180605">5 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Coman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑673/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:385">EU:C:2018:385</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1)(a) tad-Direttiva 2004/38 jipprevedi, għalhekk, li kull ċittadin tal-Unjoni għandu d-dritt li jirrisjedi, minbarra fl-Istat Membru li tiegħu għandu n-nazzjonalità, fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għal perijodu ta’ iktar minn tliet xhur meta jkun ħaddiem jew ta’ persuna li taħdem għal rasha fl-Istat Membru ospitanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni ta’ rinviju jirriżulta li l-qorti tar-rinviju, li ma għamlitx mistoqsijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja f’dan ir-rigward, tqis li r-rikorrent fil-kawża prinċipali huwa ħaddiem fis-sens ta’ din l-aħħar dispożizzjoni, minħabba l-attività li eżerċita fl-Istat Membru ospitanti matul perijodu ta’ ġimagħtejn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(3) ta’ din id-direttiva jipprovdi, min-naħa tiegħu, li, għall-finijiet tal-Artikolu 7(1)(a) tal-imsemmija direttiva, iċ-ċittadin tal-Unjoni li ma għadux jeżerċita attività bħala ħaddiem jew bħala persuna li taħdem għal rasha fl-Istat Membru ospitanti xorta waħda jżomm l-istatus ta’ ħaddiem, taħt ċerti ċirkustanzi, li skont kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja ma kinux elenkati b’mod eżawrjenti mill-imsemmi paragrafu 3 (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140619">19 ta’ Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Saint Prix</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑507/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2007">EU:C:2014:2007</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u b’mod partikolari meta dan iċ-ċittadin ikun jinsab f’sitwazzjoni ta’ qgħad involontarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(3)(b) tad-Direttiva 2004/38 jipprevedi, f’dan ir-rigward, li ċ-ċittadin tal-Unjoni li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>wara li [jkun ġie debitament ikkonstatat li] spiċċat involontarjament bla xogħol wara li ħadmet għal aktar minn sena<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fl-Istat Membru ospitanti tibqa’ titqies bħala ħaddiem, mingħajr kundizzjoni ta’ żmien, sakemm dan jirreġistra lilu nnifsu bħala persuna li qed tfittex xogħol mal-uffiċċju tal-impjieg rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Madankollu mill-kliem innifsu tad-domanda preliminari u mill-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li din id-domanda tirrigwarda biss l-attività eżerċitata mir-rikorrent fil-kawża prinċipali fl-Istat Membru ospitanti matul perijodu ta’ ġimagħtejn, b’tali mod li, fi kwalunkwe każ, ma humiex applikabbli għalih id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(3)(b) tad-Direttiva 2004/38.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Madankollu l-Artikolu 7(3)(c) tad-Direttiva 2004/38 jipprevedi li ċ-ċittadin tal-Unjoni li spiċċa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>involontarjament bla xogħol wara li [lesta] kuntratt ta’ xogħol għal żmien fiss ta’ anqas minn sena jew wara li [spiċċa] involontarjament bla xogħol matul l-ewwel tnax‑il xahar<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> jibqa’ jitqies ukoll bħala ħaddiem, matul mill-inqas sitt xhur, sakemm dan jirreġistra lilu nnifsu bħala persuna li qed tfittex xogħol mal-uffiċċju tal-impjieg rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Mill-kliem innifsu tal-Artikolu 7(3)(c) tad-Direttiva 2004/38, b’mod partikolari mill-użu tal-konġunzjoni ta’ koordinazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>jew<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, jirriżulta li din id-dispożizzjoni tipprevedi ż-żamma tal-istatus ta’ ħaddiem jew ta’ persuna li taħdem għal rasha, matul mill-inqas sitt xhur, f’żewġ ipoteżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>L-ewwel ipoteżi tirrigwarda s-sitwazzjoni tal-ħaddiem li kellu impjieg bis-saħħa ta’ kuntratt għal żmien determinat ta’ inqas minn sena u li jinsab f’sitwazzjoni ta’ qgħad involontarju meta dan il-kuntratt jiġi fi tmiemu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Madankollu huwa paċifiku, hekk kif jirriżulta mill-kliem innifsu tad-domanda preliminari u mill-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju, li r-rikorrent fil-kawża prinċipali ma ħadimx fl-Istat Membru ospitanti, matul il-perijodu ta’ attività inkwistjoni fil-kawża prinċipali, bis-saħħa ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat, b’tali mod li, bħala prinċipju, l-ewwel ipoteżi ma tapplikax għalih.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk ħaddiem bħalma huwa r-rikorrent fil-kawża prinċipali, li ġie impjegat fl-Istat Membru ospitanti matul perijodu ta’ ġimagħtejn, taħt kuntratt li ma kienx kuntratt għal żmien determinat, fejn sussegwentement spiċċa f’sitwazzjoni ta’ qgħad involontarju, jaqax taħt it-tieni ipoteżi, li taħtha taqa’ s-sitwazzjoni ta’ kull ħaddiem li jinsab <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>involontarjament bla xogħol matul l-ewwel tnax il xahar<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Issa, kif enfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punt 30 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-formulazzjoni tal-Artikolu 7(3)(c) tad-Direttiva 2004/38 ma tippermettix li jiġi ddeterminat jekk ir-rikorrent fil-kawża prinċipali jaqax taħt din it-tieni ipoteżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-fatt, din id-dispożizzjoni ma tispeċifikax jekk tapplikax għall-ħaddiema jew għall-persuni li jaħdmu għal rashom jew ulterjorment għaż-żewġ kategoriji ta’ ħaddiema, u lanqas jekk hija tirrigwardax il-kuntratti għal żmien determinat ta’ tul ogħla minn sena, il-kuntratti għal żmien indeterminat jew ulterjorment kull tip ta’ kuntratt jew attività, u lanqas, fl-aħħar nett, jekk it-tnax‑il xahar li għalihom tirreferi jirrigwardawx il-perijodu ta’ residenza jew il-perijodu ta’ impjieg tal-ħaddiem ikkonċernat fl-Istat Membru ospitanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward,jeħtieġ li jiġi osservat, qabel kollox, li, skont ġurisprudenza stabbilita, mir-rekwiżiti kemm tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll tal-prinċipju ta’ ugwaljanza jirriżulta li t-termini ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li ma tagħmel ebda riferiment espliċitu għad-dritt tal-Istati Membri sabiex jiġu stabbiliti t-tifsira u l-portata tagħha, għandhom normalment jiġu interpretati awtonomament u b’mod uniformi fl-Unjoni kollha (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Ziolkowski u Szeja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑424/10 u C‑425/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:866">EU:C:2011:866</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130919">19 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Brey</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑140/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:565">EU:C:2013:565</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jitfakkar li, għall-finijiet tal-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, hemm lok li ma jittiħdux inkunsiderazzjoni biss kliemha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha hija tagħmel parti (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101007">7 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Lassal</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑162/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:592">EU:C:2010:592</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). L-oriġini ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni tista’ wkoll tipprovdi elementi rilevanti għall-interpretazzjoni tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121127">27 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Pringle</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑370/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:756">EU:C:2012:756</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0135">135</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Inuit Tapiriit Kanatami <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Parlement u Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑583/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:625">EU:C:2013:625</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150624">24 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>T.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑373/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:413">EU:C:2015:413</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fid-dawl tal-kuntest li fih tidħol id-Direttiva 2004/38 u tal-għanijiet li din tal-aħħar tixtieq tilħaq, id-dispożizzjonijiet tagħha ma jistgħux jiġu interpretati b’mod restrittiv u ma għandhomx, fi kwalunkwe każ, jiġu mċaħħda mill-effettività tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071211">11 ta’ Diċembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Eind</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑291/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:771">EU:C:2007:771</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080725">25 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Metock <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑127/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:449">EU:C:2008:449</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0084">84</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180605">5 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Coman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑673/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:385">EU:C:2018:385</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan il-każ, qabel kollox minn interpretazzjoni magħquda tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(1)(a) u tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2004/38 jirriżulta li l-benefiċċju taż-żamma tal-istatus ta’ ħaddiem previst f’din l-aħħar dispożizzjoni huwa rikonoxxut lil kull ċittadin tal-Unjoni li eżerċita attività fl-Istat Membru ospitanti, tkun liema tkun in-natura ta’ din tal-aħħar, jiġifieri li jkun wettaq attività bħala ħaddiem jew bħala persuna li taħdem għal rasha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Gusa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑442/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:1004">EU:C:2017:1004</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, f’dan ir-rigward, li l-possibbiltà għal ċittadin tal-Unjoni, li waqaf b’mod temporanju milli jeżerċita attività bħala ħaddiem jew bħala persuna li taħdem għal rasha, li jżomm l-istatus tiegħu bħala ħaddiem fuq il-bażi tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2004/38 kif ukoll id-dritt ta’ residenza korrispondenti, bis-saħħa tal-Artikolu 7(1) ta’ din id-direttiva, hija bbażata fuq il-premessa li<?PAGE NO="9"?> dan iċ-ċittadin huwa disponibbli u idoneu sabiex jerġa’ jidħol fis-suq tax-xogħol tal-Istat Membru ospitanti f’terminu raġonevoli (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180913">13 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Prefeta</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑618/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:719">EU:C:2018:719</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Sussegwentement, jeħtieġ li jitfakkar li d-Direttiva 2004/38, li, konformement mal-Artikolu 1(a) tagħha, għandha b’mod partikolari l-għan li tiffissa l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tad-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom għal moviment u għal residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri tistabbilixxi livelli differenti tat-tul tad-dritt ta’ residenza rrikonoxxut lil kull ċittadin fl-Istat Membru ospitanti, bejn id-dritt ta’ residenza ta’ inqas minn tliet xhur imsemmi fl-Artikolu 6 tagħha u d-dritt ta’ residenza permanenti msemmi fl-Artikolu 16 tagħha, dritt ta’ residenza ta’ iktar minn tliet xhur li huwa rregolat mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għalhekk l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2004/38 jiggarantixxi lil kull ħaddiem jew persuna li taħdem għal rasha, b’mod partikolari, dritt ta’ residenza ta’ iktar minn tliet xhur fl-Istat Membru ospitanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(3) ta’ din l-istess direttiva jiggarantixxi, min-naħa tiegħu, lil kull ċittadin tal-Unjoni li jinsab f’sitwazzjoni ta’ inattività temporanja, iż-żamma tal-istatus tiegħu ta’ ħaddiem u, konsekuttivament, tad-dritt tiegħu ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti, billi jistabbilixxi wkoll livelli differenti taċ-ċirkustanzi għall-imsemmija żamma ta’ status skont, hekk kif fakkar l-Avukat Ġenerali fil-punt 33 tal-konklużjonijiet tiegħu, minn naħa, ir-raġuni għall-inattività tiegħu, f’dan il-każ skont jekk jinsabx f’inkapaċità li jaħdem minħabba mard jew inċident, qgħad involontarju jew f’taħriġ professjonali, u, min-naħa l-oħra, it-tul inizjali tal-perijodu tiegħu ta’ attività fl-Istat Membru ospitanti, jiġifieri skont jekk dan it-tul huwiex ogħla jew inqas minn sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>B’hekk, iċ-ċittadin tal-Unjoni li eżerċita attività bħala ħaddiem jew bħala persuna li taħdem għal rasha fl-Istat Membru ospitanti żżomm l-istatus tagħha ta’ ħaddiem mingħajr limiti <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>, l-ewwel nett, jekk ikun intlaqat minn inkapaċità temporanja li tirriżulta minn marda jew minn inċident, konformement mal-Artikolu 7(3)(a) tad-Direttiva 2004/38, it-tieni nett, jekk ikun eżerċita attività bħala ħaddiem jew bħala persuna li taħdem għal rasha fl-Istat Membru ospitanti matul iktar minn sena qabel ma sab lilu nnifsu f’sitwazzjoni ta’ qgħad involontarju, konformement mal-Artikolu 7(3)(b) tal-imsemmija direttiva (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Gusa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑442/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:1004">EU:C:2017:1004</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), jew, it-tielet nett jekk huwa jkun ħa sehem f’taħriġ professjonali, konformement mal-Artikolu 7(3)(d) tal-istess direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, iċ-ċittadin tal-Unjoni li wettaq attività bħala ħaddiem jew bħala persuna li taħdem għal rasha fl-Istat Membru ospitanti matul perijodu ta’ inqas minn sena jibbenefika mill-istatus tiegħu ta’ ħaddiem biss għal perijodu stabbilit mill-isemmi Stat Membru, sakemm dan il-perijodu ma għandux ikun inqas minn sitt xhur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fil-fatt, it-tul taż-żamma tal-istatus ta’ ħaddiem taċ-ċittadin tal-Unjoni li wettaq attività bħala ħaddiem jew bħala persuna li taħdem għal rasha fl-Istat Membru ospitanti jista’ jkun limitat minn dan tal-aħħar, madankollu mingħajr ma jista’ jkun inqas minn sitt xhur, konformement mal-Artikolu 7(3)(c) tad-Direttiva 2004/38, meta l-imsemmi ċittadin jkun f’sitwazzjoni ta’ qgħad, għal raġunijiet indipendenti mir-rieda tiegħu, qabel ma kien seta’ jwettaq sena xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Dan huwa l-każ, skont l-ewwel ipoteżi taħt din id-dispożizzjoni, meta l-waqfien mill-attività tal-ħaddiem iseħħ mal-iskadenza ta’ kuntratt għal żmien determinat li jkun ta’ inqas minn sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Dan għandu jkun il-każ ukoll, skont it-tieni ipoteżi taħt din id-dispożizzjoni, fis-sitwazzjonijiet kollha fejn ħaddiem kien imġiegħel, għal raġunijiet indipendenti mir-rieda tiegħu, li jieqaf mill-attività tiegħu fl-Istat Membru ospitanti qabel l-iskadenza ta’ sena, tkun liema tkun in-natura tal-attività eżerċitata u t-tip ta’ kuntratt ta’ xogħol konkluż f’dan ir-rigward, jiġifieri li jkun eżerċita attività bħala ħaddiem jew bħala persuna li taħdem għal rasha u li tkun ikkonkludiet kuntratt għal żmien determinat ta’ iktar minn sena, kuntratt għal żmien indeterminat jew kull tip ta’ kuntratt ieħor.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija konformi mal-għan prinċipali li d-Direttiva 2004/38 tixtieq tilħaq li huwa, kif tfakkar fil-punt 23 ta’ din is-sentenza, li ssaħħaħ id-dritt għal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni kif ukoll l-għan li l-Artikolu 7(3) jixtieq jilħaq li huwa li, biż-żamma tal-istatus ta’ ħaddiem jiġi protett id-dritt ta’ residenza tal-persuni li waqfu jeżerċitaw l-attività professjonali tagħhom minħabba nuqqas ta’ xogħol dovut għal ċirkustanzi indipendenti mir-rieda tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150915">15 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Alimanovic</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑67/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:597">EU:C:2015:597</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160225">25 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>García-Nieto <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑299/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:114">EU:C:2016:114</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Gusa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑442/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:1004">EU:C:2017:1004</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ma jistax jitqies li din l-interpretazzjoni hija tali li tippreġudika t-twettiq ta’ wieħed mill-għanijiet li d-Direttiva 2004/38 tixtieq tilħaq, jiġifieri dak li jintlaħaq ekwilibriju ġust bejn is-salvagwardja tal-moviment liberu tal-ħaddiema, minn naħa, u l-garanzija li s-sistemi ta’ sigurtà soċjali tal-Istat Membru ospitanti ma jkollhomx isostnu oneru eċċessiv, min-naħa l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Ċertament, il-premessa 10 tad-Direttiva 2004/38 tindika li din id-Direttiva għandha l-intenzjoni li tevita li l-persuni li jeżerċitaw id-dritt ta’ residenza tagħhom ma jsirux oneru eċċessiv għas-sistemi ta’ assistenza soċjali tal-Istat Membru ospitanti matul perijodu inizjali ta’ residenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Madankollu jeħtieġ li jiġi osservat, f’dan ir-rigward, li ż-żamma tal-istatus ta’ ħaddiem skont l-Artikolu 7(3)(c) tad-Direttiva 2004/38 tirrikjedi, kif tfakkar fil-punti 24 sa 29 ta’ din is-sentenza, minn naħa, li ċ-ċittadin ikkonċernat, qabel il-perijodu ta’ qgħad involontarju tiegħu, effettivament kellu l-istatus ta’ ħaddiem fis-sens tal-imsemmija direttiva u, min-naħa l-oħra, li huwa kien ġie rreġistrat bħala persuna li qed tfittex impjieg fl-uffiċċju tal-impjieg rilevanti. Barra minn hekk, iż-żamma ta’ dan l-istatus matul perijodu ta’ qgħad involontarju jista’ jkun limitat għal sitt xhur mill-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-eżami tax-xogħlijiet preparatorji għad-Direttiva 2004/38, b’mod partikolari tal-Proposta emendata għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet taċ‑ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (COM(2003) 199 finali), kif ukoll tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill (KE) Nru 6/2004 tal‑<DATE ISO="20031205">5 ta’ Diċembru 2003</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="054E" PAGE.FIRST="12" DATE.PUB="2004">ĠU 2004, C 54 E, p. 12</REF.DOC.OJ>), jippermetti li jiġi kkonfermat, hekk kif espona l-Avukat Ġenerali fil-punti 51 u 52 tal-konklużjonijiet tiegħu, ir-rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jestendi l-benefiċċju taż-żamma, jekk ikun il-każ limitat għal mill-inqas sitt xhur, tal-istatus ta’ ħaddiem lill-persuni li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ qgħad involontarju wara li jkunu ħadmu inqas minn sena taħt kuntratt li ma kienx kuntratt tax-xogħol għal żmien determinat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Għaldaqstant l-Artikolu 7(1) u (3)(c) tad-Direttiva 2004/38 għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin tal-Unjoni, f’sitwazzjoni bħal dik tar-rikorrent fil-kawża prinċipali, li kiseb l-istatus ta’ ħaddiem fis-sens tal-Artikolu 7(1)(a) ta’ din id-direttiva fi Stat Membru, minħabba l-attività li huwa eżerċita matul perijodu ta’ ġimagħtejn qabel ma spiċċa f’sitwazzjoni ta’ qgħad involontarju, jibbenefika miż-żamma tal-istatus tiegħu ta’ ħaddiem matul perijodu ta’ mill-inqas sitt xhur, jekk ikun irreġistra lilu nnifsu bħala persuna li qed tfittex impjieg fl-uffiċċju tal-impjieg kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jeħtieġ li jitfakkar li, konformement mal-premessa 20 u mal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2004/38, kull ċittadin tal-Unjoni li jirrisjedi fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti bis-saħħa ta’ din id-direttiva, b’mod partikolari ċ-ċittadin li jżomm l-istatus tiegħu ta’ ħaddiem jew ta’ persuna li taħdem għal rasha bis-saħħa tal-Artikolu 7(3)(c) ta’ din l-istess direttiva, jibbenefika mill-ugwaljanza fit-trattament bħaċ-ċittadini ta’ dan l-Istat Membru fil-qasam tal-applikazzjoni tat-Trattat FUE, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi previsti minn dan tal-aħħar u mid-dritt idderivat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hekk kif espona l-Avukat Ġenerali fil-punt 55 tal-konklużjonijiet tiegħu, meta d-dritt nazzjonali jeskludi mid-dritt għall-benefiċċji soċjali lill-persuni li eżerċitaw attività bħala ħaddiema jew bħala persuni li jaħdmu għal rashom għal perijodu qasir biss, din l-esklużjoni tapplika bl-istess mod għall-ħaddiema ta’ Stati Membri oħra li eżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Għalhekk, hija l-qorti tar-rinviju, li għandha ġurisdizzjoni esklużiva sabiex tinterpreta u tapplika d-dritt nazzjonali, li għandha tiddetermina jekk, b’applikazzjoni l-imsemmi dritt u konformement mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali għandux dritt għall-benefiċċji soċjali jew għall-assistenza soċjali li huwa jitlob fil-kuntest tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Mill-punti preċedenti jirriżulta li l-Artikolu 7(1)(a) u (3)(c) tad-Direttiva 2004/38 għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin ta’ Stat Membru li eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu, li kiseb fi Stat Membru ieħor l-istatus ta’ ħaddiem fis-sens tal-Artikolu 7(1)(a) ta’ din id-direttiva, minħabba l-attività li huwa eżerċita matul perijodu ta’ ġimagħtejn, taħt kuntratt li ma kienx kuntratt tax-xogħol għal żmien determinat, qabel ma spiċċa f’sitwazzjoni ta’ qgħad involontarju, iżomm l-istatus ta’ ħaddiem matul perijodu supplimentari ta’ mill-inqas sitt xhur fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, jekk ikun irreġistra lilu nnifsu bħala persuna li qed tfittex impjieg fl-uffiċċju tal-impjieg kompetenti. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina jekk, b’applikazzjoni tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament iggarantit mill-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2004/38, l-imsemmi ċittadin għandux, konsegwentement, id-dritt li jirċievi benefiċċji ta’ assistenza soċjali jew, jekk ikun il-każ, benefiċċji ta’ sigurtà soċjali bħallikieku kien ċittadin tal-Istat Membru ospitanti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 7(1)(a) u (3)(c) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin ta’ Stat Membru li eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu, li kiseb fi Stat Membru ieħor l-istatus ta’ ħaddiem fis-sens tal-Artikolu 7(1)(a) ta’ din id-direttiva, minħabba l-attività li huwa eżerċita matul perijodu ta’ ġimagħtejn, taħt kuntratt li ma kienx kuntratt tax-xogħol għal żmien determinat, qabel ma spiċċa f’sitwazzjoni ta’ qgħad involontarju, iżomm l-istatus ta’ ħaddiem matul perijodu supplimentari ta’ mill-inqas sitt xhur fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, jekk ikun irreġistra lilu nnifsu bħala persuna li qed tfittex impjieg fl-uffiċċju tal-impjieg kompetenti.</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina jekk, b’applikazzjoni tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament iggarantit mill-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2004/38, l-imsemmi ċittadin għandux, konsegwentement, id-dritt li jirċievi benefiċċji ta’ assistenza soċjali jew, jekk ikun il-każ, benefiċċji ta’ sigurtà soċjali bħallikieku kien ċittadin tal-Istat Membru ospitanti.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>