|
23.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 337/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 225/2018
tal-5 ta’ Diċembru 2018
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1492]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2174 tal-20 ta' Novembru 2017 li temenda l-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE fir-rigward taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-kummerċ tan-naħal u n-naħal bagħli (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar annimali ħajjin li mhumiex ħut u annimali tal-akkwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma għandhiex tapplika għall-Iżlanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Iżlanda. |
|
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 9 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) fil-Parti 4.1:
|
|
2. |
Dan li ġej jiżdied fit-test tal-adattament fil-punt 9 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) fil-Parti 4.1:
|
|
3. |
It-test tal-punt 15 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) fil-Parti 8.1 tinbidel b'dan li ġej:
Dan l-att ma għandux japplika għall-Iżlanda. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom, għall-għanijiet tal-Ftehim, jinqraw bl-addattamenti li ġejjin:
|
Artikolu 2
It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2174 bil-lingwa Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
Is-Segretarji
Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Hege M. HOFF
Mikołaj KARŁOWSKI
(1) ĠU L 306, 22.11.2017, p. 28.
(*) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.