02011R0212 — MT — 05.01.2017 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 212/2011

tat-3 ta' Marzu 2011

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ li jbidu (detentur tal-awtorizzazzjoni ►M1  Danstar Ferment AG ◄ )

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 059 4.3.2011, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2260 tal-15 ta' Diċembru 2016

  L 342

14

16.12.2016




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 212/2011

tat-3 ta' Marzu 2011

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ li jbidu (detentur tal-awtorizzazzjoni ►M1  Danstar Ferment AG ◄ )

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li taqa’ taħt il-kategorija “addittivi żootekniċi” u mal-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.




ANNESS



Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ prodott tal-għalf komplet b'kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana

4d1712

►M1  Danstar Ferment AG rappreżentata minn Lallemand SAS ◄

Pediococcus acidilactici

CNCM MA 18/5M

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M li fiha minimu ta' 1 × 1010 CFU/g

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli ta' Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M

Metodi analitiċi (1)

Enumerazzjoni: metodu tat-tifrix bl-użu tal-MSR agar (EN 15786:2009)

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE)

Tiġieġ li jbidu

—

1 × 109

—

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita ta’ qabel, indika t-temperatura tal-ħżin, it-tul tal-ħżin u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.  Għas-sigurtà: għandhom jintlibsu xi ħaġa għall-protezzjoni tal-imnifsejn, nuċċali u ingwanti waqt l-immaniġġjar

l-24 ta’ Marzu 2021

(1)   Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju Komunitarju ta' Referenza: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives