European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/710

6.11.2023

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11304 – TJC / WARBURG PINCUS / iNRCORE)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2023/710)

1.   

Fil-25 ta’ Ottubru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Warburg Pincus LLC (“Warburg Pincus”, L-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn Charles R. Kaye,

—

TJC LP (“TJC”, L-Istati Uniti tal-Amerka).

L-affiljati ta’ Warburg Pincus u TJC se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ iNRCORE, LCC (“iNRCORE”, l-Istati Uniti tal-Amerka), li bħalissa hija taħt il-kontroll esklużiv ta’ TJC.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ stokk.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Warburg Pincus hija ditta globali ta’ ekwità privata permezz tal-kumpaniji fil-portafoll tagħha. attiva f’varjetà ta’ setturi, fosthom l-enerġija, is-servizzi finanzjarji, is-saħħa u l-konsumatur, is-servizzi industrijali u kummerċjali, u t-teknoloġija, il-media u t-telekomunikazzjonijiet.

—

TJC hija kumpanija ta’ ekwità privata b’kumpaniji fil-portafoll tagħha attivi f’varjetà ta’ setturi, inklużi l-konsumatur u l-kura tas-saħħa, il-loġistika u l-katina tal-provvista, it-teknoloġija u t-telekomunikazzjonijiet.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali ta’ EGPH huma dawn li ġejjin: iNRCORE hija attiva fid-disinn, il-manifattura u l-bejgħ ta’ komponenti elettroniċi. B’mod speċifiku, iNRCORE timmanifattura komponenti passivi u elettromekkaniċi, inklużi l-manjetika, il-kapaċitaturi, ir-reżistenzi u l-filtri.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11304 – TJC / WARBURG PINCUS / iNRCORE

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/710/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)