|
2.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 207/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 35/2012
tat-30 ta’ Marzu 2012
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I ta’ mal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 3/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 350/2011 tal-11 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1251/2008 rigward ir-rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq ta’ kunsinni ta’ gajdri tal-Paċifiku maħsuba għall-Istati Membri jew partijiet minnhom b’miżuri nazzjonali rigward il-virus tal-erpete tal-gajdri ostreid herpes 1 μνar (OsHV-1 μνar) approvati bid-Deċiżjoni 2010/221/UE (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/358/UE tas-17 ta’ Ġunju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2009/719/KE li tawtorizza ċerti Stati Membri jirrevedu l-programm ta’ monitoraġġ annwali tagħhom tal-BSE (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(4) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tolqot kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-Adattamenti Settorjali għall-Anness I ta’ mal-Ftehim. Għalhekk, din id-deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu I tal-Anness I ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 86 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008) fil-Parti 4.2:
|
|
2. |
Taħt l-intestatura “L-ATTI LI L-ISTATI TAL-EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA JQISU KIF MISTĦOQQ”, jiżdied l-inċiż li ġej mal-punt 41b (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/719/KE) fil-Parti 7.2:
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 350/2011 u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/358/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Marzu 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
L-Aġent President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 161, 21.6.2012, p. 5.
(3) ĠU L 161, 21.6.2011, p. 29.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.