<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-772/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0772</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:341">EU:C:2020:341</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20200430">30.4.2020</DATE> – Kawża C‑772/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">A (Kontrafazzjoni permezz tal-importazzjoni ta’ ball bearings)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20200430">30 ta’ April 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Trade marks</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2008/95/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5(1)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5(3)(b) u (c)</KEYWORD><KEYWORD>Kontrafazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>użu fil-kummerċ<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Prodott irrilaxxat għal ċirkulazzjoni libera</KEYWORD><KEYWORD>Importazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Ħażna</KEYWORD><KEYWORD>Żamma ta’ prodotti għall-finijiet ta’ tqegħid fis-suq</KEYWORD><KEYWORD>Esportazzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑772/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema, il-Finlandja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20181128">28 ta’ Novembru 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20181203">3 ta’ Diċembru 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">A</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">B,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn I. Jarukaitis, President tal-Awla, E. Juhász (Relatur) u M. Ilešič, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal A, minn J. Kaulo, luvan saanut oikeudenkäyntiavustaja,</P></ITEM><ITEM><P>għal B, minn M. Jakobsson, asianajaja,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Finlandiż, minn S. Hartikainen, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn É. Gippini Fournier u I. Koskinen, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20081022">22 ta’ Ottubru 2008</DATE> biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="25" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 299, p. 25</REF.DOC.OJ>), moqri flimkien mal-Artikolu 5(3)(b) u (c) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn A u B dwar azzjoni għal kontrafazzjoni ta’ trade mark imressqa kontra B.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/95, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Drittijiet mogħtija minn trade mark<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>It-<HT TYPE="ITALIC">trade mark</HT> reġistrata għandha tagħti lill-proprjetarju drittijiet esklussivi fuqha. Il-proprjetarju għandu jkollu d-dritt li jimpedixxi lit-terzi persuni kollha li ma jkollhomx il-kunsens tiegħu milli jużaw fl-eżerċizzju tal-kummerċ:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>kwalunkwe sinjal li jkun identiku għat-trade mark relattivament għall-merkanzija jew servizzi li huma identiċi għal dawk li għalihom it-trade mark tkun reġistrata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>kwalunkwe sinjal fejn, minħabba l-identità, jew similarità, tiegħu għat-<HT TYPE="ITALIC">trade mark</HT> u l-identità jew similarità tal-merkanzija jew servizzi koperti mit-trade mark u s-sinjal, teżisti l-possibbiltà ta’ konfużjoni min-naħa tal-pubbliku; il-possibbiltà ta’ konfużjoni tinkludi l-possibbiltà ta’ assoċjazzjoni bejn is-sinjal u t-trade mark.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Is-segwenti, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, jistgħu jkunu projbiti taħt il-paragrafi 1 u 2:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>li jitwaħħal is-sinjal mal-merkanzija jew ma’ l-imballaġġ ta’ dan;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>li l-merkanzija tiġi offerta, jew li titqiegħed fis-suq jew li tinħażen għal dawn l-għanijiet taħt dak is-sinjal, jew li jiġu offerti jew provduti servizzi taħtu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>l-importazzjoni jew esportazzjoni tal-merkanzija taħt is-sinjal;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Finlandiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(1) tat-tavaramerkkilaki (7/1964) (il-Liġi dwar it-Trade Marks (7/1964)), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali, id-dritt għal sinjal għandu l-effett li, fil-kummerċ, ħadd ħlief il-proprjetarju ta’ trade mark ma jista’ juża sinjal għal prodott li jista’ jiġi konfuż ma’ din it-trade mark, kemm jekk fuq l-imballaġġ tiegħu, fir-reklamar, f’dokumenti kummerċjali jew b’xi mod ieħor, inkluż verbalment.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni tapplika indipendentement mill-fatt jekk il-prodotti humiex imqiegħda fis-suq jew intiżi sabiex jitqiegħdu fis-suq fil-Finlandja jew barra mill-pajjiż, jew jekk humiex importati fit-territorju Finlandiż għall-finijiet tal-użu tagħhom fil-kummerċ jew sabiex jiġu miżmuma, maħżuna, jew esportati mill-ġdid lejn pajjiż terz.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20110404">4 ta’ April 2011</DATE>, B, persuna fiżika ddomiċiljata fil-Finlandja, irċieva, miċ-Ċina, kunsinna ta’ 150 ball bearings, b’massa totali ta’ 710 kg, użati bħala partijiet ta’ bdil f’mekkaniżmi ta’ trażmissjoni, f’ġeneraturi u f’muturi kif ukoll fil-kostruzzjoni ta’ pontijiet u ta’ trammijiet. Kien hemm sinjal imwaħħal fuq dawn il-bearings li jikkorrispondi għat-trade mark internazzjonali verbali INA li A huwa l-proprjetarju tagħha b’mod partikolari għall-prodotti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Bearings<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Ladarba twettaq l-iżdoganament f’isem B, dan, fit‑<DATE ISO="20110412">12 ta’ April 2011</DATE>, neħħa l-kunsinna mill-maħżen doganali fl-ajruport ta’ Helsinki-Vantaa (il-Finlandja) fejn din kienet maħżuna u ħadha d-dar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Ftit ġimgħat wara, il-bearings ingħataw lil terz sabiex jiġu esportati lejn ir-Russja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Bħala ħlas għal dawn is-servizzi, B irċieva pakkett sigaretti u flixkun cognac.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali miftuħa għal kontrafazzjoni kontra B quddiem il-Helsingin käräjäoikeus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Ħelsinki, il-Finlandja), li magħhom ingħaqad A fir-rigward tal-interessi ċivili, din il-qorti ħelset lil B minħabba li ma setax jiġi stabbilit li dan kien wettaq reat intenzjonali. L-imsemmija qorti, madankollu, ipprojbixxiet lil B milli jkompli jew jirrepeti tali aġir u kkundannatu jsewwi u jikkumpensa d-dannu mġarrab minn A.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>B ikkontesta l-kundanna tiegħu quddiem il-Helsingin hovioikeus (il-Qorti tal-Appell ta’ Helsinki, il-Finlandja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Din il-qorti, billi rreferiet għas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>TOP Logistics <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑379/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:497">EU:C:2015:497</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), qieset, minn naħa, li l-attività ta’ B kienet, sa ċertu punt, ekwivalenti għal attività ta’ ħażna u ta’ tranżitu, u li l-persuna kkonċernata ma kellhiex l-għan li tikseb xi vantaġġ ekonomiku minn din tal-aħħar u, min-naħa l-oħra, li r-remunerazzjoni rċevuta f’din l-okkażjoni ma kinitx ibbażata fuq l-isfruttament ekonomiku ta’ merkanzija fil-kuntest ta’ attività kummerċjali iżda kienet tikkostitwixxi biss il-korrispettiv tal-ħażna ta’ merkanzija f’isem terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, il-Helsingin hovioikeus (il-Qorti tal-Appell ta’ Ħelsinki) qieset li B ma kienx uża fil-kummerċ sinjal simili għat-trade mark irreġistrata inkwistjoni fil-kawża prinċipali u, konsegwentement, iddeċidiet li t-talba għal kumpens u għad-danni mressqa minn A ma kinitx fondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>A ppreżenta appell minn din is-sentenza quddiem il-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema, il-Finlandja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema) issostni li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżultax b’mod ċar jekk l-ammont tal-vantaġġ ekonomiku li tikseb persuna privata minħabba l-allegata kontrafazzjoni ta’ trade mark jikkostitwixxix element rilevanti sabiex tiġi ddeterminata jekk hemmx l-użu ta’ trade mark fil-kummerċ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm huwa evidenti li l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/95 japplika meta l-persuna tuża trade mark fil-kuntest tal-attività ekonomika tagħha stess, ikun hemm dubju f’dan ir-rigward meta din il-persuna tagħmel użu minnha għall-benefiċċju ta’ terz.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema) issostni li, fis-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>TOP Logistics <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑379/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:497">EU:C:2015:497</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ġie deċiż li l-proprjetarju ta’ maħżen fiskali u doganali li jillimita ruħu li jżomm f’isem terz prodotti li għandhom sinjal identiku jew simili għal trade mark ma jagħmilx użu minn dan is-sinjal. Hija tistaqsi dwar jekk tali ġurisprudenza tistax tiġi applikata b’analoġija f’kawża, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha persuna, bi skambju ta’ flixkun cognac u ta’ pakkett sigaretti, importat merkanzija f’isem terz u żammitha u ħażnitha, qabel ma din tneħħiet sabiex tiġi mibgħuta mill-ġdid lejn Stat terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, hija tistaqsi dwar jekk huwiex possibbli li l-fatt li persuna tikkomunika l-indirizz tagħha lil grossist ta’ merkanzija, li tirċeviha mingħajr ma din il-merkanzija tintbagħat fuq talba tagħha u li ma tadottax attitudni attiva oħra jitqies li jikkostitwixxi importazzjoni ta’ prodotti, fis-sens tal-Artikolu 5(3)(c) tad-Direttiva 2008/95.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija tenfasizza li, fis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051018">18 ta’ Ottubru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Class International</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑405/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:616">EU:C:2005:616</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti huwa suġġett għar-rilaxx tagħhom għal ċirkulazzjoni libera fis-sens tal-Artikolu 29 TFUE, li jimplika li d-dazji doganali u t-taxxi b’effett ekwivalenti eżiġibbli ġew miġbura f’dan l-Istat Membru. Hija ssostni li teżisti inċertezza dwar jekk jistax jitqies li hemm importazzjoni meta l-persuna kkonċernata sempliċement taċċetta merkanzija mibgħuta fl-indirizz tagħha mingħajr ma din tkun intbagħtet fuq talba tagħha u li ma teżistix parteċipazzjoni attiva oħra ta’ din il-persuna fit-trasport tal-merkanzija fil-pajjiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi kollha, il-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1)</NO.P><TXT>Il-livell ta’ vantaġġ li tgawdi minnu persuna privata minħabba allegata kontrafazzjoni ta’ trade mark huwa rilevanti għall-evalwazzjoni ta’ jekk l-aġir ta’ dik il-persuna jikkostitwixxix użu tat-trade mark fl-eżerċizzju tal-kummerċ fis-sens tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/95 jew aġir purament privat? Meta persuna privata tuża t-trade mark, użu fl-eżerċizzju tal-kummerċ jippresupponi li kriterji oħra minbarra dak li jinkiseb vantaġġ ekonomiku mit-tranżazzjoni inkwistjoni li tikkonċerna t-trade mark ġew issodisfatti?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li huwa meħtieġ li l-vantaġġ ekonomiku jkun ta’ xi importanza u persuna, minħabba li l-vantaġġ ekonomiku miksub huwa insinjifikattiv u li kriterji oħra mitluba għal użu fl-eżerċizzju tal-kummerċ ma humiex issodisfatti, ma tistax titqies li hija użat trade mark fl-attività ekonomika tagħha, il-kundizzjoni ta’ użu fl-eżerċizzju tal-kummerċ fis-sens tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva [2008/95] hija ssodisfatta jekk il-persuna privata għamlet użu mit-trade mark f’isem terz fil-kuntest tal-attività ekonomika ta’ dan it-terz, anki fil-każ fejn din il-persuna ma hijiex impjegata minn dan it-terz?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Persuna li żżomm merkanzija tagħmel użu minn trade mark għal prodotti fis-sens tal-Artikolu 5(1) u (3)(b) tad-Direttiva 2008/95 meta merkanzija, li fuqha hemm trade mark, li ġiet mibgħuta fi Stat Membru u rrilaxxata għal ċirkulazzjoni libera, hija rċevuta u miżmuma minn persuna, li l-merkanzija tkun ġiet fil-pussess tagħha, f’isem kumpannija li tbiegħ mill-ġdid din il-merkanzija, u li din il-persuna ma teżerċitax attività ta’ importazzjoni u ta’ ħażna tal-merkanzija u ma għandhiex awtorizzazzjoni sabiex topera maħżen doganali jew fiskali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Jista’ jiġi kkunsidrat li persuna timporta merkanzija li fuqha hemm trade mark fis-sens tal-Artikolu 5(3)(c) tad-Direttiva 2008/95 jekk il-merkanzija ma kinitx importata fuq talba ta’ dik il-persuna, imma din tal-aħħar ipprovdiet l-indirizz tagħha lill-bejjiegħ mill-ġdid ta’ dawn il-prodotti, li l-prodotti li ġew irrilaxxati għal ċirkulazzjoni libera fl-Istat Membru ġew irċevuti minnha f’isem il-bejjiegħ mill-ġdid, li żammithom fil-pussess tagħha għal ftit ġimgħat u ttrasferitihom għat-trasport lejn pajjiż terz barra mill-Unjoni [Ewropea] sabiex jerġgħu jinbiegħu hemmhekk?<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tal-erba’ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/95, moqri flimkien mal-Artikolu 5(3)(b) u (c) ta’ din id-direttiva, għandux jiġi interpretat fis-sens li persuna li ma teżerċitax attività kummerċjali b’titolu professjonali li tirċievi, tirrilaxxa għal ċirkulazzjoni libera fi Stat Membru u żżomm prodotti manifestament mhux intiżi għall-użu privat li kienu ntbagħtu fl-indirizz tagħha minn pajjiż terz u li fuqhom, mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju, hemm trade mark għandha titqies li użat it-trade mark fil-kummerċ, fis-sens tal-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi osservat li l-kwistjoni dwar jekk il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/95 humiex issodisfatti għandha tiġi ddeterminata biss abbażi ta’ elementi oġġettivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>[użu] fl-eżerċizzju tal-kummerċ<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, li tinsab f’din id-dispożizzjoni, timplika li d-drittijiet esklużivi mogħtija minn trade mark jistgħu bħala prinċipju jiġu invokati mill-proprjetarju ta’ din it-trade mark biss fil-konfront tal-operaturi ekonomiċi u, konsegwentement, biss fil-kuntest ta’ attività kummerċjali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110712">12 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>L’Oréal <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑324/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:474">EU:C:2011:474</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, jekk it-tranżazzjonijiet imwettqa jaqbżu, minħabba l-volum tagħhom, il-frekwenza tagħhom jew minħabba karatteristiċi oħra, l-isfera ta’ attività privata, dak li jwettaqhom jidħol fil-kuntest tal-kummerċ (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110712">12 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>L’Oréal <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑324/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:474">EU:C:2011:474</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-proċess li għandha quddiemha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma ball bearings li jiżnu b’kollox 710 kg, li huma ġeneralment użati fl-industrija peżanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Għalhekk, peress li dawn il-prodotti, fid-dawl tan-natura u tal-volum tagħhom, ma humiex manifestament intiżi għal użu privat, it-tranżazzjonijiet relatati magħhom għandhom jitqiesu li jaqgħu taħt attività kummerċjali, liema fatt madankollu għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Barra minn hekk, persuna li tikkomunika l-indirizz tagħha bħala l-post fejn il-prodotti kkonċernati għandhom jintbagħtu, li twettaq jew li tqabbad lil aġent sabiex iwettaq l-iżdoganament ta’ dawn il-prodotti u li tirrilaxxahom għal ċirkulazzjoni libera twettaq importazzjoni fis-sens tal-Artikolu 5(3)(c) tad-Direttiva 2008/95.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-punt dwar jekk il-persuna kkonċernata tistax titqies li hija stess għamlet użu minn sinjal identiku għal trade mark, minkejja li hija kienet qiegħda taġixxi fl-interess ekonomiku ta’ terz, għandu jiġi rrilevat li, għall-konstatazzjoni ta’ użu fil-kummerċ, is-sjieda tal-prodotti li fuqhom hemm trade mark hija irrilevanti. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-fatt li operatur juża sinjal li jikkorrispondi għal trade mark għal prodotti li ma jkunux il-prodotti tiegħu stess, fis-sens li huwa ma jkollux titolu fuq dawn tal-aħħar, ma jipprekludix fih innifsu li dak l-użu jaqa’ taħt l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/95 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110712">12 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>L’Oréal <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑324/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:474">EU:C:2011:474</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0091">91</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-fatt li persuna importat u rrilaxxat għal ċirkulazzjoni libera tali prodotti huwa biżżejjed sabiex jiġi kkonstatat li hija aġixxiet fil-kummerċ mingħajr ma jkun neċessarju li jiġi eżaminat it-trattament ulterjuri ta’ dawn il-prodotti, b’mod partikolari jekk kinux maħżuna mill-importatur jew tqiegħdux fis-suq fl-Unjoni jew ġewx esportati lejn pajjiżi terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-importanza tar-remunerazzjoni li l-importatur irċieva bħala korrispettiv għall-attività tiegħu hija wkoll irrilevanti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi magħmula hija li l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/95, moqri flimkien mal-Artikolu 5(3)(b) u (c) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li ma teżerċitax attività kummerċjali b’titolu professjonali li tirċievi, tirrilaxxa għal ċirkulazzjoni libera fi Stat Membru u żżomm prodotti manifestament mhux intiżi għall-użu privat, li kienu ntbagħtu fl-indirizz tagħha minn pajjiż terz u li fuqhom, mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju, hemm trade mark għandha titqies li użat it-trade mark fil-kummerċ, fis-sens tal-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20081022">22 ta’ Ottubru 2008</DATE> biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks, moqri flimkien mal-Artikolu 5(3)(b) u (c) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li ma teżerċitax attività kummerċjali b’titolu professjonali li tirċievi, tirrilaxxa għal ċirkulazzjoni libera fi Stat Membru u żżomm prodotti manifestament mhux intiżi għall-użu privat, li kienu ntbagħtu fl-indirizz tagħha minn pajjiż terz u li fuqhom, mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju, hemm trade mark għandha titqies li użat it-trade mark fil-kummerċ, fis-sens tal-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>