<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTA.0600533101.case.xml"><NO.CASE>C-105/08</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62008C0105</NO.CELEX><NO.SEQ>0017.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-5333</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-5345</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET KOKOTT — KAWŻA C-105/08</LEFT><RIGHT>IL-KUMMISSJONI vs IL-PORTUGALL</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20100325">25 ta’ Marzu 2010</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>F’dan ir-rikors dwar nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, il-Kummissjoni tikkontesta l-impożizzjoni mir-Repubblika Portugiża ta’ taxxa ogħla fuq l-interessi riċevuti mill-istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti fil-Portugall meta mqabbla mad-dħul mill-interessi tal-benefiċjarji residenti hemmhekk. Fuq il-pagamenti ta’ interessi transkonfinali qed tiġi applikata taxxa f’ras il-għajn sa 20 % fuq id-dħul gross. L-ispejjeż ta’ rifinanzjament konnessi mal-għoti ta’ self ma jistgħux jitnaqqsu. Min-naħa l-oħra, fil-każ ta’ benefiċjarji residenti fit-territorju nazzjonali, huwa biss id-dħul nett li jiġi suġġett għat-taxxa tal-kumpanniji ta’ 25 %.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li, b’dan il-mod, il-Portugall jikser il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-moviment liberu tal-kapital, iggarantiti fit-Trattat KE u fit-Trattat dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea tat-<DATE ISO="19920502">2 ta’ Mejju 1992</DATE> (iktar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>il quddiem it-<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>Trattat ŻEE)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="001" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="1994">ĠU 1994, L 1, p. 3</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Portugiża tiddefendi ruħha l-ewwel nett, billi ssostni li l-Kummissjoni ma ressqitx prova konkreta dwar l-impożizzjoni ogħla fuq l-istituzzjonijiet mhux residenti. Sussidjarjament, hija tosserva li l-istituzzjonijiet finanzjarji residenti u dawk mhux residenti ma jinsabux f’sitwazzjoni analoga. L-istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti li jikkonċedu self ikunu suġġetti b’mod limitat għat-taxxa għad-dħul mill-interessi miksub fil-Portugall. Għalhekk, l-Istat minn fejn joriġinaw l-interessi, skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzj<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="20030612">12 ta’ Ġunju 2003</DATE>, Geriste (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-234/01" PAGE.ECR="I-5933" YEAR="2003">C-234/01, Ġabra p. I-5933</REF.DOC.ECR>, punt 27); tas-<DATE ISO="20060706">6 ta’ Lulju 2006</DATE>, Conijn (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-346/04" PAGE.ECR="I-6137" YEAR="2006">C-346/04, Ġabra p. I-6137</REF.DOC.ECR>, punt 20); tat-<DATE ISO="20061003">3 ta’ Ottubru 2006</DATE>, FKP Scorpio Konzertproduktionen (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-290/04" PAGE.ECR="I-9461" YEAR="2006">C-290/04), Ġabra p. I-9461</REF.DOC.ECR>, punt 52); tal-<DATE ISO="20070215">15 ta’ Frar 2007</DATE>, Centro Equestre da Lezíria Grande (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-345/04" PAGE.ECR="I-1425" YEAR="2007">C-345/04, Ġabra p. I-1425</REF.DOC.ECR>, punti 23 sa 25), u tal-<DATE ISO="20080911">11 ta’ Settembru 2008</DATE>, Eckelkamp <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-11/07" PAGE.ECR="I-6845" YEAR="2008">C-11/07, Ġabra p. I-6845</REF.DOC.ECR>, punt 50).</P></NOTE>, għandu jieħu inkunsiderazzjoni biss l-ispejjeż direttament konnessi mal-attività ekonomika eżerċitata f’dan l-Istat. Madankollu l-ispejjeż ta’ rifinanzjament ma jistgħux jiġu attribwiti għal self speċifiċi. Għalhekk ma jkunx possibbli li jiġu ddeterminati l-ispejjeż konnessi direttament mad-dħul mill-interessi fil-Portugall mill-banek mhux residenti miksuba fil-Portugall.</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ persuna taxxabbli residenti, id-dħul nett jista’ min-naħa l-oħra jiġi stabbilit mingħajr diffikultà. Peress li dawn il-persuni taxxabbli huma suġġetti għall-pagament<?PAGE NO="I-5334"?> tat-taxxa fil-Portugall għad-dħul tagħhom irrispettivament minn fejn jirriżulta, huma jistgħu jnaqqsu minn dan id-dħul l-ispejjeż professjonali tagħhom komplessivi, mingħajr il-ħtieġa li l-ispejjeż jiġu attribwiti għal dħul partikolari.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkunsidra li din il-kawża hija proċedura pilota u ssostni li anki Stati Membri oħra jimponu taxxa fuq id-dħul mill-interessi ta’ banek mhux residenti abbażi ta’ regoli simili, ispirati mill-mudell tal-Konvenzjoni għall-prevenzjoni tat-taxxa doppja f’materja ta’ taxxi fuq id-dħul u fuq il-proprjetà tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Mudell ta’ Konvenzjoni fiskali tal-OKŻE<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Sa issa l-Qorti tal-Ġustizzja għadha ma ħaditx pożizzjoni speċifika rigward l-impożizzjoni tat-taxxa fuq il-pagament ta’ interessi transkonfinali fl-Istat minn fejn joriġinaw l-interessi, b’differenza mill-każ ta’ impożizzjoni tat-taxxa fuq it-tqassim ta’ dividendi transkonfinali. Fi kwalunkwe każ wieħed għandu jsemmi s-sentenza Truck Centre<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-282/07" PAGE.ECR="I-10767" YEAR="2008">C-282/07, Truck Center, Ġabra p. I-10767</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, rigward il-pagamenti ta’ interessi bejn impriżi konnessi ma’ xulxin. Dawn il-pagamenti għandhom ikunu fl-istess ħin eżentati mit-taxxa f’ras il-għajn skont id-Direttiva 2003/49/KE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/49/KE, tat-<DATE ISO="20030603">3 ta’ Ġunju 2003</DATE>, dwar sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta’ imgħax u royalties bejn kumpanniji assoċjati ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 380).</P></NOTE>. It-tassazzjoni fuq il-pagament ta’ interessi lil persuni fiżiċi mhux residenti hija wkoll regolata mid-dritt Komunitarju<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/48/KE, tat-<DATE ISO="20030603">3 ta’ Ġunju 2003</DATE>, dwar tassazzjoni ta’ riżervi fuq id-dħul fil-forma ta’ pagamenti ta’ imgħax (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 369).</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra ma jeżistu ebda dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju sekondarju dwar it-trattament fiskali ta’ pagamenti ta’ interessi lill-istituzzjonijiet finanzjarji li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat fi Stat Membru ieħor, li ma humiex konnessi mad-debitur.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikoli 49 u 56 KE, li jiggarantixxu l-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-moviment liberu tal-kapital jirrappreżentaw il-kuntest ġuridiku Komunitarju għal din il-kawża. L-Artikoli 36 u 40 tal-Ftehim taż-ŻEE li wkoll ġew iċċitati jikkorrispondu essenzjalment mad-dispożizzjonijiet imsemmija fit-Trattat KE.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(2) tal-<HT TYPE="ITALIC">Código do Imposto sobre o Rendimento Pessoas Colectivas</HT> Portugiż<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Digriet Liġi Nru 442-B/88, tat-<DATE ISO="19881130">30 ta’ Novembru 1988</DATE>, kif emendat bid-Digriet Liġi Nru 211/2005, tas-<DATE ISO="20051207">7 ta’ Diċembru 2005</DATE> <HT TYPE="ITALIC">(Diàrio da República I,</HT> A, Nru 234 tas-<DATE ISO="20051207">7 ta’ Diċembru 2005</DATE>).</P></NOTE> (Kodiċi dwar it-tassazzjoni ta’ kumpanniji, iktar ’il quddiem, iċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>CIRC<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) il-persuni ġuridiċi u l-entitajiet l-oħrajn li ma humiex residenti fit-territorju nazzjonali huma suġġetti għat-taxxa biss fir-rigward ta’ dħul miksub fit-territorju nazzjonali. Skont l-Artikolu 4(3)(c) taċ-CIRC huma suġġetti<?PAGE NO="I-5335"?> għal taxxa is-segwenti dħul ta’ persuni mhux residenti li joriġina fil-Portugall: id-dħul minn kapitali li dawk li jqassmuh għandhom ir-residenza tagħhom fit-territorju nazzjonali, jew li għandhom hemmhekk is-sede jew it-tmexxija tagħhom, kif ukoll il-pagamenti li għandhom jiġu attribwiti lill-organizzazzjonijiet nazzjonali permanenti.</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 88(1), (3)(b) u (5) taċ-CIRC, fil-każ ta’ benefiċjarji mhux residenti, it-taxxa tiġi applikata bħala tnaqqis definittiv f’ras il-għajn. Abbażi tal-Artikolu 80(2)(c) taċ-CIRC, ir-rata ta’ tassazzjoni hija ekwivalenti għal 20 %. Il-konvenzjonijiet fiskali bilaterali dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>KFB<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), konklużi bejn il-Portugall u l-Istati Membri kollha, ħlief Ċipru, u mal-Istati kollha partijiet għaż-ŻEE, ħlief il-Liechtenstein, jistipulaw tnaqqis tar-rata tat-taxxa applikata mill-Istat li minnu joriġinaw l-interessi ta’ 10, 12 u 15 %. Il-KFB jistipulaw f’dak il-każ, skont il-Mudell tal-Konvenzjoni fiskali tal-OKŻE, li t-tnaqqis f’ras il-għajn jiġi applikat fuq id-dħul gross tal-benefiċjarju mhux residenti.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, id-dħul tal-benefiċjarji residenti huma suġġetti għar-rata ġenerali tat-taxxa fuq il-qligħ ta’ 25 % (l-Artikolu 80(1) taċ-CIRC). Madankollu, fil-każ tagħhom, it-taxxa hija applikata biss fuq id-dħul nett, jiġifieri fuq id-dħul mill-interessi wara t-tnaqqis ta’ spejjeż professjonali, inklużi l-ispejjeż ta’ rifinanzjament.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fażi prekontenzjuża u r-rikors</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fil-fażi prekontenzjuża, li saret b’mod regolari, il-Kummissjoni kkritikat lill-Portugall fuq il-fatt li jintaxxa l-interessi minn self ipotekarju u minn self ieħor, li tħallsu minn debituri residenti fit-territorju nazzjonali lil istituzzjonijiet finanzjarji li għandhom lis-sede tagħhom fi Stat Membru ieħor jew fi Stat assoċjat fiż-ŻEE, b’mod iktar oneruż meta mqabbla mal-interessi mħallsa lil benefiċjarji residenti. Dan jikser l-Artikoli 49 u 56 KE u d-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Ftehim taż-ŻEE. Peress li l-argumenti mressqin mill-Portugall għad-difiża tiegħu ma kkonvinċewx lill-Kummissjoni, fis-<DATE ISO="20080306">6 ta’ Marzu 2008</DATE> din ippreżentat r-rikors preżenti u titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tikkonstata li r-Repubblika Portugiża, meta tintaxxa l-pagamenti ta’ interessi minn barra l-pajjiż b’mod iżjed oneruż meta mqabbla ma’ pagamenti ta’ interessi lil istituzzjonijiet finanzjarji residenti fit-territorju Portugiż, u b’hekk tillimita l-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta’ self ipotekarju u ta’ self ieħor, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 49 u 56 KE, u taħt l-Artikoli 36 u 40 tal-Ftehim ŻEE.</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><?PAGE NO="I-5336"?><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Portugiża qed titlob li jiġi miċħud ir-rikors u li l-Kummissjoni tiġi kkundannata għall-ispejjeż.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal-<DATE ISO="20080804">4 ta’ Awwissu 2008</DATE>, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja aċċetta li r-Repubblika tal-Litwanja tintervjeni insostenn tat-talbiet tar-Repubblika Portugiża.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi ġuridika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">A —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-ilment ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 49 u 56 KE</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Libertà fundamentali applikabbli</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita sabiex jiġi ddeterminat jekk liġi nazzjonali taqax taħt waħda jew oħra mil-libertajiet ta’ moviment, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-għan tal-liġi inkwistjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Sentenzi tat-<DATE ISO="20060912">12 ta’ Settembru 2006</DATE>, Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-196/04" PAGE.ECR="I-7995" YEAR="2006">C-196/04, Ġabra p. I-7995</REF.DOC.ECR>, punti 31 sa 33); tat-<DATE ISO="20061003">3 ta’ Ottubru 2006</DATE>, Fidium Finanz (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-452/04" PAGE.ECR="I-9521" YEAR="2006">C-452/04, Ġabra p. I-9521</REF.DOC.ECR>, punti 34 u 44 sa 49), u tal-<DATE ISO="20100121">21 ta’ Jannar 2010</DATE>, SGI (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-311/08" PAGE.ECR="I-0487" YEAR="2010">C-311/08, Ġabra p. I-0487</REF.DOC.ECR>, punt 25).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Abbażi tal-liġijiet ikkontestati, kull dħul minn kapital li jkun ġej minn persuni ġuridiċi barranin hu suġġett għal tnaqqis f’ras il-għajn. Għalhekk dawn jiġu applikati, abbażi tal-formulazzjoni tagħhom, ukoll għall-interessi fir-rigward ta’ self jew dħul ta’ kapital ieħor bejn impriżi li l-għan prinċipali tagħhom ma jikkonsistix fil-provvista ta’ servizzi finanzjarji.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Madankollu s-suġġett tar-rikors tal-Kummissjoni huwa biss it-trattament fiskali tal-interessi li l-istituzzjonijiet finanzjarji jirċievu minn self mogħti minnhom. Skont ġurisprudenza stabbilita, l-attività ta’ għoti tal-kreditu ta’ stabbiliment ta’ kreditu tikkostitwixxi servizz fis-sens tal-Artikolu 49 KE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenzi tal-<DATE ISO="19951114">14 ta’ Novembru 1995</DATE>, Svensson u Gustavsson (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-484/93" PAGE.ECR="I-3955" YEAR="1995">C-484/93, Ġabra p. I-3955</REF.DOC.ECR>, punt 11); tad-<DATE ISO="19970709">9 ta’ Lulju 1997</DATE>, Parodi (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-222/95" PAGE.ECR="I-3899" YEAR="1997">C-222/95, Ġabra p. I-3899</REF.DOC.ECR>, punt 17), u Fidium Finanz (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8, punt 25).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Ċertament, fil-kuntest tal-provvista ta’ servizzi finanzjarji, l-ammont tas-self u tal-interessi għandhom għalhekk jiġu ttrasferiti minn Stat Membru għal ieħor. Dawn il-movimenti finanzjarji transkonfinali jikkostitwixxu wkoll, fil-prinċipju, operazzjonijiet ta’ moviment ta’ kapital u ta’ pagamenti. Madankollu dawn għandhom il-funzjoni biss li jiġi eżegwit il-kuntratt tal-għoti tal-kreditu li jikkostitwixxi essenzjalment provvista ta’ servizzi.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Għalhekk għandu jiġi kkonstatat, fir-rigward tal-applikabbilità tal-Artikolu 56 KE, li l-effetti restrittivi eventwali tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni dwar il-moviment liberu tal-kapital u dwar il-libertà tal-pagamenti huma biss ir-riżultat inevitabbli<?PAGE NO="I-5337"?> tar-restrizzjonijiet eventwali imposti fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Meta miżura nazzjonali tkun marbuta fl-istess ħin ma’ diversi libertajiet fundamentali, il-Qorti tal-Ġustizzja teżaminaha, bħala prinċipju, fid-dawl ta’ waħda biss minn dawn il-libertajiet jekk jirriżulta li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża, l-oħrajn ikunu biss sekondarji meta mqabbla mal-oħra u jistgħu jkunu marbuta magħha<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenzi Fidium Finanz (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8, punt 34), tat-<DATE ISO="20090908">8 ta’ Settembru 2009</DATE>, u Liga Portuguesa de Futebol Profissional u Bwin International (C-42/07, p. I-7633, punt 47).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Għalhekk, id-dispożizzjonijiet ikkontestati jeħtieġ li jiġu eżaminati biss fir-rigward tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Fidium Finanz, il-Qorti tal-Ġustizzja attribwixxiet l-għoti ta’ self fuq livell professjonali għall-kamp ta’ applikazzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, u b’hekk ġie kkunsidrat bħala sekondarju, meta mqabbel ma’ din il-libertà, il-moviment liberu tal-kapital, involut biss bħala rifless tagħha, anki jekk il-Fidium Finanz, bħala impriża ta’ pajjiż terz, setgħet tinvoka biss din il-libertà fundamentali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenza Fidium Finanz (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8, punti 47 sa 49).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li dawn il-konstatazzjonijiet li jikkonċernaw ir-relazzjoni bejn il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-moviment liberu tal-kapital jirrigwardjaw biss il-każ, li ma huwiex il-każ f’din il-kawża, ta’ impriża li jkollha s-sede tagħha f’pajjiż terz. Il-Qorti tal-Ġustizzja riedet teskludi li l-limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi liċ-ċittadini tal-Komunità tkun tista’ tiġi evitata permezz ta’ applikazzjoni parallela tal-moviment liberu tal-kapital.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Madankollu din it-teżi tal-Kummissjoni ġiet miċħuda f’għadd ta’ sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja li kienu jikkonċernaw biss fatti intra-Komunitarji u li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja evalwat ir-relazzjoni kompetittiva bejn id-diversi libertajiet fundamentali bl-istess mod kif għamlet fis-sentenza Fidium Finanz<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara s-sentenzi Cadbury Schweppes u Cadbury Overseas (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8, punt 33); tat-<DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, Oy AA (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-231/05" PAGE.ECR="I-6373" YEAR="2007">C-231/05, Ġabra p. I-6373</REF.DOC.ECR>, punt 24); tas-<DATE ISO="20090917">17 ta’ Settembru 2009</DATE>, Glaxo Wellcome (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-182/08" PAGE.ECR="I-8591" YEAR="2009">C-182/08, Ġabra p. I-8591</REF.DOC.ECR>, punti 37 u 50), u SGI (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8, punti 23 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Restrizzjoni fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, kull liġi nazzjonali li għandha bħala effett li tagħmel il-provvista tas-servizzi bejn l-Istati Membri iktar diffiċli minn provvista ta’ servizzi<?PAGE NO="I-5338"?> purament interna fi Stat Membru tikser l-Artikolu 49 KE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenzi tal-<DATE ISO="19941005">5 ta’ Ottubru 1994</DATE>, Il-Kummissjoni vs Franza (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-381/93" PAGE.ECR="I-5145" YEAR="1994">C-381/93, Ġabra p. I-5145</REF.DOC.ECR>, punt 17); tat-<DATE ISO="20010712">12 ta’ Lulju 2001</DATE>, Smits u Peerbooms (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-157/99" PAGE.ECR="I-5473" YEAR="2001">C-157/99, Ġabra p. I-5473</REF.DOC.ECR>, punt 61); tat-<DATE ISO="20071218">18 ta’ Diċembru 2007</DATE>, Jundt (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-281/06" PAGE.ECR="I-12231" YEAR="2007">C-281/06, Ġabra p. I-12231</REF.DOC.ECR>, punt 52), u tad-<DATE ISO="20091119">19 ta’ Novembru 2009</DATE>, Filipiak (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-314/08" PAGE.ECR="I-5473" YEAR="2009">C-314/08, Ġabra p. I-5473</REF.DOC.ECR>, punt 61).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Restrizzjoni pprojbita mill-Artikolu 49 KE teżisti b’mod partikolari meta d-dispożizzjonijiet fiskali ta’ Stat Membru li japplikaw għal attivitajiet ekonomiċi transkonfinali huma inqas vantaġġużi minn dawk li japplikaw għal attività ekonomika li ssir ġewwa l-fruntieri ta’ dan l-Istat Membru<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza Filipiak ( iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13, punt 62).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Barra dan il-libertà li jiġu pprovduti servizzi timplika, b’mod partikolari, l-eliminazzjoni ta’ kull diskriminazzjoni eżerċitata kontra l-fornitur minħabba ċ-ċittadinanza tiegħu jew minħabba l-fatt li huwa stabbilit fi Stat Membru ieħor barra dak fejn is-servizz għandu jiġi eżegwit<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara b’mod partikoalri, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-490/04" PAGE.ECR="I-6095" YEAR="2007">C-490/04, Ġabra p. I-6095</REF.DOC.ECR>, punt 83), u tal-<DATE ISO="20100121">21 ta’ Jannar 2010</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (C-46/07 p. I-0439, punt 39).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Il-partijiet jaqblu fuq il-fatt li d-dħul mill-interessi ta’ oriġini Portugiża jiġu ttrattati b’mod differenti skont jekk il-persuna taxxabbli hijiex residenti fil-Portugall jew f’xi Stat Membru ieħor jew f’xi Stat assoċjat fiż-ŻEE.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Għalhekk it-trattament differenti jirrelata direttament mas-sede tal-persuna taxxabbli, li, fir-rigward tal-kumpanniji, iservi sabiex, skont l-Artikolu 48 KE, jistabbilixxi, bħaċ-ċittadinanza fil-każ ta’ persuni fiżiċi, ir-rabta tagħhom ma’ ordinament ġuridiku ta’ xi Stat Membru<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza Truck Center (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4, punt 32).</P></NOTE>. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk id-dispożizzjonijiet Portugiżi kkontestati jikkostitwixxux diskriminazzjoni pprojbita. Dan ikun il-każ jekk it-trattament fiskali ta’ dħul mill-interessi minn istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti jkun iżjed sfavorevoli meta mqabbel mat-tassazzjoni ta’ dħul korrispondenti ta’ persuni residenti.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward il-Kummissjoni tosserva li r-Repubblika Portugiża timponi, effettivament, taxxa ogħla fuq dħul mill-interessi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti peress li t-tassazzjoni tiġi applikata fuq il-valur gross, filwaqt li fil-każ ta’ persuni taxxabbli residenti l-bażi taxxabbli jkun d-dħul nett. Il-banek jagħmlu biss marġni ta’ qligħ imnaqqas fis-suq Ewropew, li minħabba l-munita komuni u l-liġijiet armonizzati għall-banek huwa trasparenti ħafna. Għalhekk il-bażi taxxabbli differenti tista’ twassal għal piż fiskali sostanzjalment ogħla fil-każ ta’ benefiċjarji mhux residenti.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tispjega din il-konnessjoni abbażi ta’ eżempju ta’ kalkolu, li fih tippreżumi li l-qligħ ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jammonta għal 10 % tad-dħul gross, biex b’hekk fil-każ ta’ rata ta’ taxxa f’ras il-għajn ekwivalenti għal 10 %, ladarba jitnaqqsu t-taxxi, ma jifdal ebda qligħ.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5339"?><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Il-Gvern Portugiż jikkontesta d-dikjarazzjoni li l-istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti huma suġġetti għal taxxa iżjed sfavorevoli minn dik applikabbli għar-residenti u anki hu jsostni t-teżi tiegħu bl-għajnuna ta’ eżempju ta’ kalkolu fejn jitlaq minn spejjeż professjonali iżjed imnaqqsa u b’hekk minn marġni ta’ qligħ ogħla. Il-Gvern Portugiż, sostnut mill-Gvern tal-Litwanja, jikkritika lill-Kummissjoni talli ma pprovatx l-eżistenza effettiva ta’ restrizzjoni imma li din ibbażat ruħha biss fuq suppożizzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Abbażi tat-tabella li ġejja, li tinkludi wkoll l-eżempji tal-Kummissjoni u tal-Gvern Portugiż, qed tiġi ċċarata r-rabta bejn il-bażi taxxabbli u r-rata ta’ taxxa.</TXT></NP><TBL NO.SEQ="0001" CLASS="GEN" COLS="7"><GR.NOTES><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="TABLE" NOTE.ID="E0017"><P>Eżempju tal-Gvern Portugiż,</P></NOTE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="TABLE" NOTE.ID="E0018"><P>Eżempju tal-Kummissjoni</P></NOTE></GR.NOTES><CORPUS><ROW TYPE="HEADER"><CELL ROWSPAN="2" TYPE="HEADER" COL="1">Dħul mill-interessi gross</CELL><CELL ROWSPAN="2" TYPE="HEADER" COL="2">Spejjeż professjonali</CELL><CELL ROWSPAN="2" TYPE="HEADER" COL="3">Dħul nett</CELL><CELL COLSPAN="3" TYPE="HEADER" COL="4">Persuni mhux residenti: taxxa fuq id-dħul gross</CELL><CELL ROWSPAN="2" TYPE="HEADER" COL="7"><HT TYPE="BOLD">Persuni residenti</HT>: 25 % fuq id-dħul nett</CELL></ROW><ROW TYPE="HEADER"><CELL TYPE="HEADER" COL="4">10 % bil-KFB</CELL><CELL TYPE="HEADER" COL="5">15 % bil-ABD</CELL><CELL TYPE="HEADER" COL="6"><P>20 % mingħajr</P><P>il-KFB</P></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="NUMBER">10000</FT> €</CELL><CELL COL="2">0 €</CELL><CELL COL="3"><FT TYPE="NUMBER">10000</FT>€</CELL><CELL COL="4"><FT TYPE="NUMBER">1000</FT> €</CELL><CELL COL="5"><FT TYPE="NUMBER">1500</FT> €</CELL><CELL COL="6"><FT TYPE="NUMBER">2000</FT> €</CELL><CELL COL="7"><FT TYPE="NUMBER">2500</FT> €</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="NUMBER">10000</FT> €</CELL><CELL COL="2"><FT TYPE="NUMBER">1000</FT> €</CELL><CELL COL="3"><FT TYPE="NUMBER">9000</FT> €</CELL><CELL COL="4"><FT TYPE="NUMBER">1000</FT> €</CELL><CELL COL="5"><FT TYPE="NUMBER">1500</FT> €</CELL><CELL COL="6"><FT TYPE="NUMBER">2000</FT> €</CELL><CELL COL="7"><FT TYPE="NUMBER">2250</FT> €</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="NUMBER">10000</FT> €</CELL><CELL COL="2"><FT TYPE="NUMBER">2000</FT> €</CELL><CELL COL="3"><FT TYPE="NUMBER">8000</FT> €</CELL><CELL COL="4"><FT TYPE="NUMBER">1000</FT> €</CELL><CELL COL="5"><FT TYPE="NUMBER">1500</FT> €</CELL><CELL COL="6"><FT TYPE="NUMBER">2000</FT> €</CELL><CELL COL="7"><FT TYPE="NUMBER">2000</FT> €</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="NUMBER">10000</FT> €</CELL><CELL COL="2"><FT TYPE="NUMBER">3000</FT> €</CELL><CELL COL="3"><FT TYPE="NUMBER">7000</FT> €</CELL><CELL COL="4"><FT TYPE="NUMBER">1000</FT> €</CELL><CELL COL="5"><FT TYPE="NUMBER">1500</FT> €</CELL><CELL COL="6"><FT TYPE="NUMBER">2000</FT> €</CELL><CELL COL="7"><FT TYPE="NUMBER">1750</FT> €</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="NUMBER">10000</FT> €</CELL><CELL COL="2"><FT TYPE="NUMBER">4000</FT> €</CELL><CELL COL="3"><FT TYPE="NUMBER">6000</FT> €</CELL><CELL COL="4"><FT TYPE="NUMBER">1000</FT> €</CELL><CELL COL="5"><FT TYPE="NUMBER">1500</FT> €</CELL><CELL COL="6"><FT TYPE="NUMBER">2000</FT> €</CELL><CELL COL="7"><FT TYPE="NUMBER">1500</FT> €</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="NUMBER">10000</FT> €<NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="TABLE" NOTE.REF="E0017"/></CELL><CELL COL="2"><FT TYPE="NUMBER">5000</FT> €</CELL><CELL COL="3"><FT TYPE="NUMBER">5000</FT> €</CELL><CELL COL="4"><FT TYPE="NUMBER">1000</FT> €</CELL><CELL COL="5"><FT TYPE="NUMBER">1500</FT> €</CELL><CELL COL="6"><FT TYPE="NUMBER">2000</FT> €</CELL><CELL COL="7"><FT TYPE="NUMBER">1250</FT> €</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="NUMBER">10000</FT> €</CELL><CELL COL="2"><FT TYPE="NUMBER">6000</FT> €</CELL><CELL COL="3"><FT TYPE="NUMBER">4000</FT> €</CELL><CELL COL="4"><FT TYPE="NUMBER">1000</FT> €</CELL><CELL COL="5"><FT TYPE="NUMBER">1500</FT> €</CELL><CELL COL="6"><FT TYPE="NUMBER">2000</FT> €</CELL><CELL COL="7"><FT TYPE="NUMBER">1000</FT> €</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="NUMBER">10000</FT> €</CELL><CELL COL="2"><FT TYPE="NUMBER">7000</FT> €</CELL><CELL COL="3"><FT TYPE="NUMBER">3000</FT> €</CELL><CELL COL="4"><FT TYPE="NUMBER">1000</FT> €</CELL><CELL COL="5"><FT TYPE="NUMBER">1500</FT> €</CELL><CELL COL="6"><FT TYPE="NUMBER">2000</FT> €</CELL><CELL COL="7">750 €</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="NUMBER">10000</FT> €</CELL><CELL COL="2"><FT TYPE="NUMBER">8000</FT> €</CELL><CELL COL="3"><FT TYPE="NUMBER">2000</FT> €</CELL><CELL COL="4"><FT TYPE="NUMBER">1000</FT> €</CELL><CELL COL="5"><FT TYPE="NUMBER">1500</FT> €</CELL><CELL COL="6"><FT TYPE="NUMBER">2000</FT> €</CELL><CELL COL="7">500 €</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="NUMBER">10000</FT> €<NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="TABLE" NOTE.REF="E0018"/></CELL><CELL COL="2"><FT TYPE="NUMBER">9000</FT> €</CELL><CELL COL="3"><FT TYPE="NUMBER">1000</FT> €</CELL><CELL COL="4"><FT TYPE="NUMBER">1000</FT> €</CELL><CELL COL="5"><FT TYPE="NUMBER">1500</FT> €</CELL><CELL COL="6"><FT TYPE="NUMBER">2000</FT> €</CELL><CELL COL="7">250 €</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="NUMBER">10000</FT> €</CELL><CELL COL="2"><FT TYPE="NUMBER">10000</FT> €</CELL><CELL COL="3">0 €</CELL><CELL COL="4"><FT TYPE="NUMBER">1000</FT> €</CELL><CELL COL="5"><FT TYPE="NUMBER">1500</FT> €</CELL><CELL COL="6"><FT TYPE="NUMBER">2000</FT> €</CELL><CELL COL="7">0 €</CELL></ROW></CORPUS></TBL><?PAGE NO="I-5340"?><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>It-tabella tindika li t-taxxa, fil-każ ta’ persuni mhux residenti minkejja t-total differenti ta’ spejjeż operazzjonali, tibqa’ l-istess, filwaqt li t-taxxa dovuta minn persuni residenti titnaqqas proporzjonalment skont it-total tal-ispejjeż professjonali. Meta tiġi applikata r-rata ta’ taxxa ta’ 10 % stipulata bl-KFB, il-piż fiskali għal persuni mhux residenti huwa ikbar hekk kif l-ispejjeż professjonali jeċċedu s-60 % tad-dħul gross, u rispettivament id-dħul nett jammonta għal 40 % jew inqas mid-dħul gross. B’rata ta’ tassazzjoni mnaqqsa f’ras il-għajn ta’ 15 % jew ta’ 20 % it-tassazzjoni tibda tkun ta’ żvantaġġ għal persuni mhux residenti anki fil-każ ta’ spejjeż professjonali ta’ 40 % jew ta’ 20 % tad-dħul gross.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Kif jirrilevaw ġustament il-Gvernijiet intervenjenti, skont ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest ta’ rikors għan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 226 KE, hija l-Kummissjoni li trid tipprova l-eżistenza tal-allegat nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. Il-Kummissjoni trid tipprovdi lill-Qorti tal-Ġustizzja l-provi meħtieġa biex din tivverifika l-eżistenza tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, mingħajr ma jkollha għalfejn tibbaża fuq l-ebda suppożizzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenzi tal-<DATE ISO="19900320">20 ta’ Marzu 1990</DATE>, Il-Kummissjoni vs Franza (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-62/89" PAGE.ECR="I-925" YEAR="1990">C-62/89, Ġabra p. I-925</REF.DOC.ECR>, punt 37); tal-<DATE ISO="20050414">14 ta’ April 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Germanja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-341/02" PAGE.ECR="I-2733" YEAR="2005">C-341/02, Ġabra p. I-2733</REF.DOC.ECR>, punt 35), u tas-<DATE ISO="20071206">6 ta’ Diċembru 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-401/06" PAGE.ECR="I-10609" YEAR="2007">C-401/06, Ġabra p. I-10609</REF.DOC.ECR>, punt 27).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Waqt il-proċedura orali, l-Kummissjoni enfasizzat li hi kienet tat prova li persuni mhux residenti jiġu ttrattati b’mod iktar żvantaġġuż minn persuni residenti, peress li ma jkunux jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż professjonali mill-bażi taxxabbli. Huwa l-konvenut li għandu jispjega li, minħabba r-rati ta’ tassazzjoni iżjed baxxi, din id-differenza ma twassalx effettivament għal taxxa ogħla għall-persuni mhux residenti.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Madankollu f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ma tiħux inkunsiderazzjoni t-tqassim tal-oneru biex jiġu esposti u pprovati il-fatti. Bħala rikorrenti, hija trid tindika l-fatti kollha li jipprovaw b’mod deċiżiv l-allegat nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kif ifformulat f’dan ir-rikors. Il-Kummissjoni ma talbitx li jiġi vverifikat jekk ir-Repubblika Portugiża kisritx it-Trattat billi stabbiliet bażi taxxabbli differenti. L-ilment tagħha jikkonċerna pjuttost il-fatt li l-dħul mill-interessi tal-persuni mhux residenti jiġu ntaxxati b’mod iżjed oneruż mid-dħul mill-interessi tal-persuni residenti. Konsegwentement hi trid tesponi u tipprova l-fatti li fuqhom huwa bbażat dan l-ilment.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Kif tindika t-tabella fil-punt 31, l-ammont tal-piż fiskali jiddependi fuq żewġ fatturi, jiġifieri fuq ir-rata ta’ tassazzjoni u fuq il-bażi taxxabbli. Ir-rati ta’ tassazzjoni fuq pagamenti ta’ interessi lil istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti huma mingħajr ebda dubju inqas mir-rata ġenerali tat-tassazzjoni tal-kumpanniji li tiġi imposta fuq dħul mill-interessi ta’ persuni residenti. Il-bażi taxxabbli għall-għanijiet ta’ tassazzjoni f’ras il-għajn fuq pagamenti ta’ interessi transkonfinali hija għal kuntrarju usa’, peress<?PAGE NO="I-5341"?> li ma tistax titnaqqas permezz ta’ tnaqqis tal-ispejjeż professjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Jekk din iċ-ċirkustanza, minkejja l-applikazzjoni ta’ rati ta’ tassazzjoni iżjed baxxi, twassalx għal tassazzjoni iżjed oneruża tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jkollhom is-sede rreġistrat tagħhom fi Stat Membru ieħor tiddependi fuq kemm effettivament hija wiesgħa l-bażi taxxabbli tal-istituzzjonijiet finanzjarji residenti, meta jitqiesu għal għanijiet ta’ paragun. Dan il-valur ivarja, b’mod differenti mill-bażi taxxabbli tal-benefiċjarji ta’ interessi mhux residenti, skont l-ammont tal-ispejjeż professjonali fir-rigward tad-dħul. In-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu jiġi pprovat biss jekk il-bażi taxxabbli, fil-każ ta’ persuni taxxabbli residenti, titnaqqas sal-punt, permezz tat-tnaqqis tal-ispejjeż professjonali, li t-taxxa relattiva li għandha titħallas, minkejja r-rata ta’ taxxa ogħla, tirriżulta li tkun inqas mit-taxxa mnaqqsa f’ras il-għajn fuq id-dħul gross.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, fir-rigward tal-portata tal-bażi taxxabbli, osservat li l-marġni tal-qligħ tal-banek, minħabba s-sitwazzjoni kompetittiva fis-suq intern, madankollu jilħaq il-bażi totali fl-eżempju ta’ kalkolu tagħha (10 % tad-dħul gross). Jekk dan ikun il-każ, ir-rata ta’ taxxa l-iżjed baxxa, li għandha tiġi applikata għall-interessi meta jitħallsu, ma tkunx biżżejjed biex tikkumpensa għall-iżvantaġġ li jinħoloq għall-istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti, mill-esklużjoni tat-tnaqqis tal-ispejjeż professjonali. Pjuttost, it-tassazzjoni f’ras il-għajn tassorbi l-qligħ kollu u l-għoti ta’ self transkonfinali ikun <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> bla sens mil-lat ekonomiku<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara t-tabella fil-punt 31 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Il-Gvern Portugiż jikkontesta din id-dikjarazzjoni. Huwa veru li l-eżempju tiegħu ta’ kalkolu mhux għal kollox ċar, peress li jirreferi għall-ispejjeż ta’ rifinanzjament li fil-każ biss li tiġi applikata r-rata ta’ taxxa l-iżjed vantaġġjuża stipulata mill-KFB tiġi eskluża diskriminazzjoni kontra l-banek mhux residenti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara s-sitt linja tat-tabella fil-punt 31 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Madankollu permezz ta’ dan l-eżempju l-Gvern Portugiż ma rrikonoxxiex li effettivament huwa previst li jkun hemm spejjeż minħabba r-rifinanzjament fl-ammont indikat minnu.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Għalhekk, ladarba d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni huma kkontestati, din kellha tressaq provi konkreti dwar ir-relazzjoni effettiva bejn id-dħul gross mill-interessi u l-ispejjeż professjonali ta’ istituzzjonijiet finanzjarji fil-Portugall. Madankollu, matul il-proċeduri kollha, inkluża l-fażi orali, il-Kummissjoni bbażat ruħha biss fuq kalkoli ipotetiċi. Anki jekk il-Kummissjoni ma hijiex obbligata tipprova li t-tassazzjoni ta’ persuni mhux residenti f’kull każ individwali hija ogħla mit-tassazzjoni ta’ persuni residenti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-406/07" PAGE.ECR="I-62" YEAR="2009">C-406/07, Ġabra p. I-62</REF.DOC.ECR>, punt 27).</P></NOTE>, din ċertament trid tipprova li n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu huwa realistikament possibbli. Din setgħet<?PAGE NO="I-5342"?> pereżempju, ippreżentat data statistika jew tagħti indikazzjonijiet tal-livell tal-interessi għal self bankarju u tal-kundizzjonijiet ta’ rifinanzjament għall-banek, biex issostni l-plawżibbiltà tad-dikjarazzjonijiet tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Peress li l-Kummissjoni ma ħaditx azzjoni f’dan is-sens, it-tassazzjoni ogħla tal-pagamenti ta’ interessi lil benefiċjarji mhux residenti tibqa’ sempliċi suppożizzjoni li ma hijiex korroborata minn fatti. Il-Kummissjoni għalhekk ma pprovatx in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li lmentat dwaru.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Barra dan, huwa possibbli li l-ilment dwar in-nuqqas tat-twettiq ta’ obbligu jiġi bbażat fuq argumenti differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Irrispettivament mill-ammont konkret tal-ispejjeż ta’ rifinanzjament, il-liġi Portugiża għalhekk tagħmilha iżjed diffiċli għal istituzzjonijiet finanzjarji bis-sede tagħhom fi Stat Membru ieħor sabiex jikkompetu ma’ istituzzjonijiet finanzjarji li jkollhom is-sede tagħhom fit-territorju nazzjonali u sabiex jaċċedu għas-suq Portugiż.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fil-każ li bank ta’ Stat Membru ieħor, abbażi tal-ispejjeż ta’ rifinanzjament, ibaxxi r-rati tal-interessi tiegħu u jaċċetta li jagħmel inqas qligħ biex jikseb klijenti fil-Portugall, l-ammont ta’ taxxa li għandha titħallas fil-Portugall ma jonqosx proporzjonalment għall-marġni mnaqqas, imma biss għall-ammont gross tal-interessi mnaqqas. Il-piż fiskali fir-rigward tal-qligħ jiżdied.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra l-impriżi nazzjonali jħallsu t-taxxa biss fuq id-dħul nett tagħhom. Jekk jonqos il-qligħ tagħhom, it-taxxa titbaxxa proporzjonalment. Għalhekk it-tassazzjoni relattiva mal-qligħ tibqa’ l-istess. Finalment, b’dan il-mod ikun sinjifikattivament iżjed diffiċli għall-banek barranin li jikkompetu mal-banek nazzjonali fir-rigward ta’ prezzijiet, peress li, jekk jibqgħu taħt ċertu marġni ta’ qligħ stabbilit, huma jkollhom isostnu piż fiskali ogħla għall-pagamenti tal-interessi transkonfinali minn dak li jkollhom isostnu l-banek nazzjonali għal dħul simili<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara, f’dan il-kuntest, is-sentenza tal-<DATE ISO="20041005">5 ta’ Ottubru 2004</DATE>, CaixaBank Frankreich (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-442/02" PAGE.ECR="I-8961" YEAR="2004">C-442/02, Ġabra p. I-8961</REF.DOC.ECR>, punti 12 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja qieset bħala ostakolu għall-aċċess għas-suq anki l-projbizzjoni li jingħataw interessi fuq depożiti kurrenti.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, jista’ jingħad, li sabiex ma jagħmlux telf, il-banek barranin għandhom jagħmlu qligħ minimu li jikkorrispondi mal-ammont tat-taxxa mħallsa f’ras il-għajn. Il-banek Portugiżi jistgħu jagħmlu offerti b’rati iktar baxxi u xorta waħda jagħmlu qligħ, ladarba jitnaqqsu t-taxxi.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ma lmentatx dwar dan l-effett b’mod ċar biżżejjed. Konsegwentement, il-Portugall ma setax jiddefendi ruħu b’mod adegwat kontra l-ilment li ġie rrilevat iktar ’il fuq dwar restrizzjoni għall-aċċess fis-suq għal<?PAGE NO="I-5343"?> istituzzjonijiet finanzjarji barranin. Għalhekk il-konstatazzjoni dwar in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, fil-proċeduri preżenti, ma tistax tibbaża fuq dan l-aspett.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Għalhekk ir-rikors għandu jiġi miċħud għal dak li jikkonċerna ksur tal-Artikolu 49 KE, peress li l-Kummissjoni ma pproduċietx provi suffiċjenti li r-Repubblika Portugiża effettivament qed timponi taxxa iżjed oneruża fuq il-pagamenti ta’ interessi lil istituzzjonijiet finanzjarji li jkollhom is-sede tagħhom fi Stat Membru ieħor meta mqabbla mal-pagament ta’ interessi lil istituzzjonijiet bis-sede tagħhom fit-territorju Portugiż.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">B —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-ilment dwar ksur tal-Artikoli 36 u 40 tal-Ftehim ŻEE</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà stabbiliet li l-garanziji mogħtija rispettivament mill-Artikolu 36 tal-Ftehim ŻEE u mill-Artikolu 49 KE huma identiċi u għandhom jiġu interpretati b’mod uniformi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20070705">5 ta’ Lulju 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-522/04" PAGE.ECR="I-5701" YEAR="2007">C-522/04, Ġabra p. I-5701</REF.DOC.ECR>, punt 44).</P></NOTE>. Hija esprimiet ruħha bl-istess sens anki fir-rigward tal-Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 56 KE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenza tad-<DATE ISO="20091119">19 ta’ Novembru 2009</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-540/07" PAGE.ECR="I-10983" YEAR="2009">C-540/07, Ġabra p. I-10983</REF.DOC.ECR>, punt 65 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>. Għalhekk, japplika bl-istess mod għall-Artikoli 36 u 40 tal-Ftehim ŻEE dak li ġie ddikjarat fir-rigward tal-allegat ksur tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Madankollu tista’ toħroġ differenza fir-rigward ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn amministrazzjonijiet finanzjarji, sa fejn id-Direttiva tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="19771219">19 ta’ Diċembru 1977</DATE>, 77/799/KEE, dwar għajnuna reċiproka minn awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 63) kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-<DATE ISO="19920225">25 ta’ Frar 1992</DATE>, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179), ma tiġix applikata għall-Istati assoċjati taż-ŻEE (ara s-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 23, punti 70 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>, kif ukoll il-punti 74 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tal-konklużjonijiet tiegħi tas-<DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE> fil-kawża ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Anki f’dan ir-rigward il-Kummissjoni ma rnexxilhiex, minħabba nuqqas ta’ data effettiva fuq l-ammonti tad-dħul u tal-ispejjeż professjonali, li turi piż fiskali iżjed oneruż fuq il-pagamenti tal-interessi lil istituzzjonijiet finanzjarji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Stat assoċjat maż-ŻEE.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">C —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Konklużjonijiet parzjali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni ma pproduċiet l-ebda prova dwar ksur tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ggarantita bl-Artikoli 49 KE u 36 ŻEE, li tikkostitwixxi l-uniku punt ta’ riferiment għall-valutazzjoni tal-fatti kkontestati. Għalhekk ir-rikors għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5344"?><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Madankollu ma għandux jiġi injorat il-fatt li l-istruttura tat-taxxa fuq id-dħul mill-interessi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti tista’ tirrappreżenta ostakolu sinjifikattiv għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, fil-każ li d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar kemm jammontaw l-ispejjeż ta’ rifinanzjament jiġu kkonfermati.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma tistax tittieħed pożizzjoni dwar il-kwistjoni prinċipali tal-kawża, jiġifieri jekk il-piż fiskali sinjifikattivament iżjed oneruż, u anki projbittiv fuq istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti għandux jiġi ġġustifikat minħabba l-fatt li dawn l-istituzzjonijiet, fir-rigward tal-ispejjeż ta’ rifinanzjament ma jsibux ruħhom fl-istess pożizzjoni bħal dik tal-istituzzjonijiet nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>B’mod partikolari għandha tibqa’ miftuħa l-kwistjoni jekk l-ispejjeż ta’ persuna mhux residenti jippreżentawx konnessjoni ekonomika diretta<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara, f”dan ir-rigward, is-sentenzi Gerritse (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punt 27), u Centro Equestre da Lezíria Grande (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punti 23 u 25).</P></NOTE> mad-dħul tagħha fl-Istat Membru ospitanti fil-każ biss li dawn ikunu attribwiti, anki <HT TYPE="ITALIC">individwalment</HT>, għad-dħul, inkella jekk, abbażi taċ-ċirkustanzi, tingħatax kunsiderazzjoni proporzjonali għall-ispejjeż globali. Madankollu f’dan l-aħħar każ tqum il-kwisjtoni komplessa ta’ kif għandhom jiġu ddeterminati bħala regola dawn l-ispejjeż proporzjonali, fid-dawl tal-ispeċifiċità tal-attività bankarja.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Spejjeż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li r-Repubblika Portugiża talbet l-ispejjeż, u peress li l-Kummissjoni tilfet il-kawża, hemm lok li din tiġi kkundannata għall-ispejjeż. Skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 tal-istess artikolu, l-Istati Membri intervenjenti f’din il-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-5345"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċied kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.P><TXT>Ir-rikors huwa miċħud.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tal-kawża ħlief dawk tar-Repubblika tal-Litwanja.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Litwanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>