10.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 100/86


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 144/2007

tas-26 ta' Ottubru 2007

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 122/2007 tat-28 ta' Settembru 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 62/2006 tat-23 ta' Diċembru 2005 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għal interoperabbiltà relatata ma' applikazzjonijiet telematiċi għas-subsistema tat-tagħbija tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/679/KE tat-28 ta' Marzu 2006 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għal interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema ta' kontroll u ta' sinjalar tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/860/KE tas-7 ta' Novembru 2006 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għal interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema ta' kontroll u ta' sinjalar tas-sistema ferrovjarja ta' veloċità għolja trans-Ewropea u li timmodifika l-Anness A tad-Deċiżjoni 2006/679/KE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għal interoperabilità fir-rigward tas-subsistema ta' kontroll u ta' sinjalar tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/153/KE tas-6 ta' Marzu 2007 li timmodifika l-Anness A għad-Deċiżjoni 2006/679/KE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema ta' kontroll u ta' sinjalar tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea u l-Anness A għad-Deċiżjoni 2006/860/KE l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema ta' kontroll u ta' sinjalar tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta' veloċità għolja (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punti li ġejjin għandhom jiġu miżjuda wara il-punt 37g (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/66/KE):

“37h.

32006 R 0062: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 62/2006 tat-23 ta' Diċembru 2005 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għal interoperabbiltà relatata ma' applikazzjonijiet telematiċi għas-subsistema tat-tagħbija tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali tranż-Ewropea (ĠUL 13, 18.1.2006, p. 1).

37i.

32006 D 0679: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/679/KE tat-28 ta' Marzu 2006 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għal interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema ta' kontroll u ta' sinjalar tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (ĠU L 284, 16.10.2006, p. 1), kif emendata minn:

—

32006 D 0860: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/860/KE tas-7 ta' Novembru 2006 (ĠU L 342, 7.12.2006, p. 1),

—

32007 D 0153: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/153/KE tas-7 ta' Marzu 2007 (ĠU L 67, 7.3.2007, p. 13).

37j.

32006 D 0860: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/860/KE tas-7 ta' Novembru 2006 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għal interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema ta' kontroll u ta' sinjalar tas-sistema ferrovjarja ta' veloċità għolja trans-Ewropea u li timmodifika l-Anness A tad-Deċiżjoni 2006/679/KE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għal interoperabilità fir-rigward tas-subsistema ta' kontroll u ta' sinjalar tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (ĠU L 342, 7.12.2006, p. 1), kif emendata minn:

—

32007 D 0153: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/153/KE tas-6 ta' Marzu 2007 (ĠU L 67, 7.3.2007, p. 13).”

2.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 37e (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/446/KE):

“, kif emendata b'li ġej:

—

32006 R 0062: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 62/2006 tat-l 23 ta' Diċembru 2005 (ĠU L 13, 18.1.2006, p. 1).”

3.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 37f (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/447/KE):

“, kif emendat b'li ġej:

—

32006 D 0679: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/679/KE tat-28 ta' Marzu 2007 (ĠU L 284, 16.10.2006, p. 1).”

4.

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 37ab (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/731/KE):

“—

32006 D 0860: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/860/KE tas-7 ta' Novembru 2006 (ĠU L 342, 7.12.2006, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 62/2006 u tad-Deċiżjonijiet 2006/679/KE, 2006/860/KE u 2007/153/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-27 ta' Ottubru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 26 ta' Ottubru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 47, 21.2.2008, p. 47.

(2)   ĠU L 13, 18.1.2006, p. 1.

(3)   ĠU L 284, 16.10.2006, p. 1.

(4)   ĠU L 342, 7.12.2006, p. 1.

(5)   ĠU L 67, 7.3.2007, p. 13.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.