European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2501

24.9.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2501

tad-19 ta’ Settembru 2024

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2024/2132 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Greċja

(notifikata bid-dokument C(2024) 6665)

(It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regulation (EU) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar hija marda infettiva li taffettwa lill-annimali kaprini u ovini u li jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tal-biedja, u dan jikkawża tfixkil fil-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi.

(2)

F’każ ta’ tifqigħa tal-infezzjoni tal-virus bil-pesta tar-ruminanti żgħar fl-annimali kaprini u ovini, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra tal-annimali kaprini jew ovini.

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa tal-mard tal-kategorija A, inkluż infezzjoni tal-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar, u ċerti miżuri li jridu jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta jrid ikollha żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom.

(4)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2132 (4) ġiet adottata abbażi tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni tal-virus bil-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Greċja. B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2132 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri li jrid jistabbilixxi dak l-Istat Membru, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, wara t-tifqigħat ta’ dak il-mard, iridu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(5)

Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2132, il-Greċja nnotifikat lill-Kummissjoni b’tifqigħat addizzjonali tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fi stabbilimenti li kienu jżommu l-annimali ovini u kaprini. B’riżultat ta’ dan, l-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni ġiet emendata kif xieraq biex jitqiesu dawk it-tifqigħat addizzjonali. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2132 ġiet emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2204 (5).

(6)

Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2204, il-Greċja nnotifikat lill-Kummissjoni bi 13-il tifqigħa ġdida tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fi stabbilimenti li kienu jżommu l-annimali ovini u kaprini: tnejn fl-unità reġjonali ta’ Aetolia-Acarnania; wieħed fl-unità reġjonali ta’ Rodopi; wieħed fl-unità reġjonali ta’ Ilia; sitta fl-unità reġjonali ta’ Corinthia; u tlieta fl-unità reġjonali ta’ Larisa. Dawk it-tifqigħat il-ġodda jinsabu kollha fil-limiti tal-perimetri taż-żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri li diġà ġew stabbiliti bħala riżultat ta’ tifqigħat preċedenti fl-istess żoni.

(7)

Għalhekk, iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri għall-Greċja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2132 jenħtieġ li jiġu aġġustati aktar, sabiex ikun evitat aktar tixrid tal-marda fil-Greċja u fil-bqija tal-Unjoni, u d-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom jenħtieġ li tiġi aġġustata. Għaldaqstant, jeħtieġ jiġu emendati l-lista taż-żoni ristretti u d-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, li huma stabbiliti fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(8)

Id-daqs u l-post taż-żoni ta’ protezzjoni, taż-żoni ta’ sorveljanza u taż-żoni ristretti ulterjuri, u t-tul tal-perjodu tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 u fuq ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluż is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fiż-żoni affettwati minn dik il-marda u s-sitwazzjoni epidemjoloġika ġenerali tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fl-Istat Membru kkonċernat minn din il-marda kif ukoll il-livell tar-riskju ta’ aktar tixrid tagħha. It-tul tal-perjodu tal-miżuri jenħtieġ li jqis ukoll l-istandards internazzjonali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH). Fis-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali, hemm riskju kbir ta’ tixrid ulterjuri tal-marda għax dawn it-tifqigħat il-ġodda ġew irrapportati aktar minn ġimagħtejn jew tliet ġimgħat wara l-konferma tal-ewwel tifqigħat fl-istess unitajiet reġjonali, u dan il-fatt jindika persistenza taċ-ċirkolazzjoni tal-marda.

(9)

Minħabba s-severità u l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika u sabiex jiġi limitat minnufih it-tixrid tal-marda, jeħtieġ ikun żgurat li ma jkunx hemm movimenti tal-annimali miż-żoni ta’ protezzjoni, miż-żoni ta’ sorveljanza u miż-żoni ristretti ulterjuri lejn destinazzjonijiet barra mill-perimetru estern taż-żoni ristretti ulterjuri, u li jiġu esklużi d-derogi possibbli mill-projbizzjoni fuq il-movimenti tal-annimali miż-żoni ristretti stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687 għal ċertu perjodu taż-żmien sabiex ikun evitat it-tixrid tal-marda fuq distanzi twal.

(10)

Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-infezzjoni tal-virus bil-pesta tar-ruminanti żgħar u l-ħtieġa li l-marda ma tinxteridx mill-istabbilimenti affettwati fil-Greċja lejn partijiet oħra ta’ dak l-Istat Membru jew lejn Stati Membri oħra, l-emendi li jridu jsiru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2024/2132 b’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li japplikaw malajr kemm jista’ jkun.

(11)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2132

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2132 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Settembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2132 tat-30 ta’ Lulju 2024 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni tal-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Greċja u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2014 (ĠU L 2024/2132, 31.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2132/oj).

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2204 tad-29 ta’ Awwissu 2024 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2132 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni tal-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Greċja (ĠU L 2024/2204, 30.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2204/oj).


ANNESS

A.   Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati

Unità reġjonali u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żona ristretta fil-Greċja kif imsemmi fl-Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Unità reġjonali ta’ Larisa

GR-PPR-2024-00005

GR-PPR-2024-00008

GR-PPR-2024-00009

GR-PPR-2024-00010

GR-PPR-2024-00011

GR-PPR-2024-00012

GR-PPR-2024-00013

GR-PPR-2024-00014

GR-PPR-2024-00016

GR-PPR-2024-00018

GR-PPR-2024-00019

GR-PPR-2024-00020

GR-PPR-2024-00021

GR-PPR-2024-00022

GR-PPR-2024-00024

GR-PPR-2024-00025

GR-PPR-2024-00039

GR-PPR-2024-00043

GR-PPR-2024-00048

GR-PPR-2024-00049

GR-PPR-2024-00050

GR-PPR-2024-00051

GR-PPR-2024-00052

GR-PPR-2024-00061

GR-PPR-2024-00062

GR-PPR-2024-00064

Protection zone:

Those parts of the regional units of Larisa and Trikala, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 39.80302, Long.22.09358 (2024/5), Lat.39.79371, Long 22.09587 (2024/8), Lat.39.78486, Long. 22.09857(2024/9), Lat.39.78106, Long. 22.09151 (2024/10), Lat.39.78088, Long.22.09469 (2024/11), Lat.39.72800, Long.22.14268 (2024/12), Lat.39.71114, Long.22.56483 (2024/13), Lat.39.71725, Long. 22.55791(2024/14), Lat 39.75311, Long.22.53438 (2024/16), Lat. 39.73416, Long. 22.39829 (2024/18), Lat 39.70568, Long. 22.54803 (2024/19), Lat 39.72117, Long. 22.55795 (2024/20), Lat 39.71224, Long. 22.55537 (2024/21), Lat 39.72519, Long. 22.55152 (2024/22), Lat 39.71893611, Long. 22.55735556 (2024/24), Lat 39.71858331, Long. 22.55214023 (2024/25), Lat 39.68830556, Long. 22.54872222 (2024/39), Lat 39.77855287, Long. 22.09637457 (2024/43), Lat 39.79906389, Long. 22.09781667 (2024/48), Lat 39.723063, Long. 22.56726 (2024/49), Lat 39.715987, Long. 22.544177 (2024/50), Lat 39.77315833, Long. 22.56333889 (2024/51), Lat 39.77315833, Long. 22.56333889 (2024/52), Lat 39.741209, Long. 22.540522 (2024/61), Lat 39.722158, Long. 22.539035 (2024/62), Lat 39.744467, Long. 22.453942 (2024/64)

28.9.2024

Surveillance zone:

Those parts of the regional units of Larisa and Trikala, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 39.80302, Long.22.09358 (2024/5), Lat.39.79371, Long.22.09587 (2024/8), Lat.39.78486, Long.22.09857(2024/9), Lat.39.78106, Long. 22.09151 (2024/10), Lat.39.78088, Long.22.09469 (2024/11), Lat.39.72800, Long.22.14268 (2024/12), Lat.39.71114, Long.22.56483 (2024/13), Lat.39.71725, Long.22.55791(2024/14), Lat 39.75311, Long.22.53438 (2024/16), Lat. 39.73416 Long. 22.39829 (2024/18), Lat 39.70568, Long. 22.54803 (2024/19), Lat 39.72117, Long. 22.55795 (2024/20), Lat 39.71224, Long. 22.55537 (2024/21), Lat 39.72519, Long. 22.55152 (2024/22), Lat 39.71893611, Long. 22.55735556 (2024/24), Lat 39.71858331, Long. 22.55214023 (2024/25), Lat 39.68830556, Long. 22.54872222 (2024/39), Lat 39.77855287, Long. 22.09637457 (2024/43), Lat 39.79906389, Long. 22.09781667 (2024/48), Lat 39.723063, Long. 22.56726 (2024/49), Lat 39.715987, Long. 22.544177 (2024/50), Lat 39.77315833, Long. 22.56333889 (2024/51), Lat 39.77315833, Long. 22.56333889 (2024/52), Lat 39.741209, Long. 22.540522 (2024/61), Lat 39.722158, Long. 22.539035 (2024/62), Lat 39.744467, Long. 22.453942 (2024/64)

excluding the areas contained in the protection zone

7.10.2024

Surveillance zone:

Those parts of the regional units of Larisa and Trikala, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat.39.80302, Long.22.09358 (2024/5), Lat.39.79371, Long.22.09587 (2024/8), Lat.39.78486, Long.22.09857(2024/9), Lat.39.78106, Long.22.09151 (2024/10), Lat.39.78088, Long.22.09469 (2024/11), Lat.39.72800, Long.22.14268 (2024/12), Lat.39.71114, Long.22.56483 (2024/13), Lat.39.71725, Long.22.55791(2024/14), Lat.39.75311, Long.22.53438 (2024/16), Lat.39.73416

Long.22.39829 (2024/18), Lat.39.70568, Long.22.54803 (2024/19), Lat.39.72117, Long.22.55795 (2024/20), Lat.39.71224, Long.22.55537 (2024/21), Lat.39.72519, Long.22.55152 (2024/22), Lat.39.71893611, Long.22.55735556 (2024/24), Lat.39.71858331, Long.22.55214023 (2024/25), Lat.39.68830556, Long.22.54872222 (2024/39), Lat.39.77855287, Long.22.09637457 (2024/43) Lat.39.79906389, Long.22.09781667 (2024/48), Lat.39.723063, Long.22.56726 (2024/49), Lat.39.715987, Long.22.544177 (2024/50), Lat.39.77315833, Long.22.56333889 (2024/51), Lat.39.77315833, Long.22.56333889 (2024/52), Lat.39.741209, Long.22.540522 (2024/61), Lat.39.722158, Long.22.539035 (2024/62), Lat.39.744467, Long.22.453942 (2024/64)

29.9.2024 – 7.10.2024

Unità reġjonali ta’ Corinthia

GR-PPR-2024-00017

GR-PPR-2024-00026

GR-PPR-2024-00030

GR-PPR-2024-00036

GR-PPR-2024-00037

GR-PPR-2024-00038

GR-PPR-2024-00040

GR-PPR-2024-00041

GR-PPR-2024-00042

GR-PPR-2024-00053

GR-PPR-2024-00055

GR-PPR-2024-00056

GR-PPR-2024-00057

GR-PPR-2024-00059

GR-PPR-2024-00065

GR-PPR-2024-00066

Protection zone:

Those parts of the regional unit of Corinthia, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 37.90655, Long. 22.32409 (2024/17), Lat. 37.90738197, Long. 22.32509902 (2024/26), Lat. 37.90916879, Long. 22.32662611 (2024/30), Lat. 37.90743928, Long. 22.3292836 (2024/36), Lat. 37.90524584, Long. 22.32466505 (2024/37), Lat. 37.90346352, Long. 22.32520695 (2024/38), Lat. 37.84748286, Long. 22.4120991 (2024/40), Lat. 37.84859, Long. 22.41390 (2024/41), Lat. 37.8460599, Long. 22.40909057 (2024/42), Lat. 37.91329163, Long. 22.32857931 (2024/53) ,

Lat. 37.906098, Long. 22.335104 (2024/55), Lat. 37.899091, Long. 22.324823 (2024/56), Lat. 37.906063, Long. 22.330503 (2024/57), Lat. 37.9088889, Long. 22.32611111 (2024/59), Lat. 37.904721, Long. 22.317336 (2024/65), Lat. 37.9097114, Long. 22.3310094 (2024/66)

26.9.2024

Surveillance zone:

Those parts of the regional unit of Corinthia, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 37.90655, Long. 22.32409 (2024/17), Lat. 37.90738197, Long. 22.32509902 (2024/26), Lat. 37.90916879, Long. 22.32662611 (2024/30), Lat. 37.90743928, Long. 22.3292836 (2024/36), Lat. 37.90524584, Long. 22.32466505 (2024/37), Lat. 37.90346352, Long. 22.32520695 (2024/38), Lat. 37.84748286, Long. 22.4120991 (2024/40), Lat. 37.84859, Long. 22.41390 (2024/41), Lat. 37.8460599, Long. 22.40909057 (2024/42), Lat. 37.91329163, Long. 22.32857931 (2024/53), Lat. 37.906098, Long. 22.335104 (2024/55), Lat. 37.899091, Long. 22.324823 (2024/56), Lat. 37.906063, Long. 22.330503 (2024/57), Lat. 37.9088889, Long. 22.32611111 (2024/59), Lat. 37.904721, Long. 22.317336 (2024/65), Lat. 37.9097114, Long. 22.3310094 (2024/66)

excluding the areas contained in the protection zone

5.10.2024

Surveillance zone:

Those parts of the regional unit of Corinthia, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 37.90655, Long. 22.32409 (2024/17), Lat. 37.90738197, Long. 22.32509902 (2024/26), Lat. 37.90916879, Long. 22.32662611 (2024/30), Lat. 37.90743928, Long. 22.3292836 (2024/36), Lat. 37.90524584, Long. 22.32466505 (2024/37), Lat. 37.90346352, Long. 22.32520695 (2024/38), Lat. 37.84748286, Long. 22.4120991 (2024/40), Lat. 37.84859, Long. 22.41390 (2024/41), Lat. 37.8460599, Long. 22.40909057 (2024/42), Lat. 37.91329163, Long. 22.32857931 (2024/53), Lat. 37.906098, Long. 22.335104 (2024/55), Lat. 37.899091, Long. 22.324823 (2024/56), Lat. 37.906063, Long. 22.330503 (2024/57), Lat. 37.9088889, Long. 22.32611111 (2024/59), Lat. 37.904721, Long. 22.317336 (2024/65), Lat. 37.9097114, Long. 22.3310094 (2024/66)

27.9.2024 –5.10.2024

Unità reġjonali ta’ Aetolia-Acarnania

GR-PPR-2024-00031

GR-PPR-2024-00045

GR-PPR-2024-00046

GR-PPR-2024-00060

GR-PPR-2024-00063

Protection zone:

Those parts of the regional unit of Aetolia-Acarnania, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 38.87143056, Long. 20.90533611 (2024/31) Lat. 38.50446, Long. 21.14739722 (2024/45), Lat. 38.59527778, Long. 21.37666667 (2024/46), Lat. 38.594603, Long. 21.376363 (2024/60), Lat. 38.594983, Long. 21.374816 (2024/63)

26.9.2024

Surveillance zone:

Those parts of the regional unit of Aetolia-Acarnania, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 38.87143056, Long. 20.90533611 (2024/31) Lat. 38.50446, Long. 21.14739722 (2024/45), Lat. 38.59527778, Long. 21.37666667 (2024/46), Lat. 38.594603, Long. 21.376363 (2024/60), Lat. 38.594983, Long. 21.374816 (2024/63) excluding the areas contained in the protection zone

5.10.2024

Surveillance zone:

Those parts of the regional unit of Aetolia-Acarnania, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 38.87143056, Long. 20.90533611 (2024/31) Lat. 38.50446, Long. 21.14739722 (2024/45), Lat. 38.59527778, Long. 21.37666667 (2024/46), Lat. 38.594603, Long. 21.376363 (2024/60), Lat. 38.594983, Long. 21.374816 (2024/63)

27.9.2024-5.10.2024

Unità reġjonali ta’ Ilia

GR-PPR-2024-00033

GR-PPR-2024-00034

GR-PPR-2024-00054

GR-PPR-2024-00067

Protection zone:

Those parts of the regional units of Ilia and Arcadia, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 37.854873, Long. 21.229961 (2024/33), Lat. 37.704207, Long. 21.774086 (2024/34), Lat. 37.85390172, Long. 21.23147573 (2024/54), Lat. 37.85456809, Long. 21.23477736 (2024/67)

3.10.2024

Surveillance zone:

Those parts of the regional unit of Ilia and Arcadia, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 37.854873, Long. 21.229961 (2024/33), Lat. 37.704207, Long. 21.774086 (2024/34) , Lat. 37.85390172, Long. 21.23147573 (2024/54), Lat. 37.85456809, Long. 21.23477736 (2024/67)

excluding the areas contained in the protection zone

12.10.2024

Surveillance zone:

Those parts of the regional unit of Ilia and Arcadia, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 37.854873, Long. 21.229961 (2024/33), Lat. 37.704207, Long. 21.774086 (2024/34), Lat. 37.85390172, Long. 21.23147573 (2024/54), Lat. 37.85456809, Long. 21.23477736 (2024/67)

4.10.2024-12.10.2024

Unità reġjonali ta’ Rodopi

GR-PPR-2024-00029

GR-PPR-2024-00044

GR-PPR-2024-00058

Protection zone:

Those parts of the regional unit of Rodopi, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 41.14330077, Long. 25.30596084 (2024/29), Lat. 41.14492222, Long. 25.30926 (2024/44), Lat. 41.141527, Long. 25.30605 (2024/58)

18.9.2024

Surveillance zone:

Those parts of the regional unit of Rodopi, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 41.14330077, Long. 25.30596084 (2024/29), Lat. 41.14492222, Long. 25.30926 (2024/44), Lat. 41.141527, Long. 25.30605 (2024/58) excluding the areas contained in the protection zone

27.9.2024

Surveillance zone:

Those parts of the regional unit of Rodopi, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 41.14330077, Long. 25.30596084 (2024/29), Lat. 41.14492222, Long. 25.30926 (2024/44), Lat. 41.141527, Long. 25.30605 (2024/58)

19.9.2024-27.9.2024

B.   Żoni ristretti ulterjuri

Reġjun

Żoni inklużi fiż-żona ristretta ulterjuri stabbilita fil-Greċja kif imsemmi Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Reġjun ta’ Thessaly

The following regional units:

—

Trikala

—

Larisa

—

Karditsa

excluding the areas included in any protection or surveillance zone.

7.10.2024

The following regional units:

—

Trikala

—

Larisa

—

Karditsa

8.10.2024-6.11.2024

Reġjun tal-Maċedonja tal-Punent

The regional unit of Grevena

6.11.2024

Reġjun ta’ Attica

—

The following regional units:

—

West Athens

—

West Attica

—

Piraeus

—

In the regional unit of East Attica, the following municipalities:

—

Acharnes

—

Oropos

6.10.2024

Reġjun tal-Greċja Ċentrali

In the regional unit of Boeotia, the municipality of Tanagra.

6.10.2024

Reġjun ta’ Peloponnese

—

In the regional unit of Corinthia, the following municipalities:

—

Sikyona

—

Xylokastro-Evrostina

—

Velo-Vocha

—

Nemea

—

In the regional unit of Arcadia, the municipal unit of Levidi and the municipality of Gortynia

—

In the regional unit of Argolis, the municipal unit of Alea

excluding the areas included in any protection or surveillance zone.

5.10.2024

—

In the regional unit of Corinthia, the following municipalities:

—

Sikyona

—

Xylokastro-Evrostina

—

Velo-Vocha

—

Nemea

—

In the regional unit of Arcadia, the municipal unit of Levidi and the municipality of Gortynia

—

In the regional unit of Argolis, the municipal unit of Alea

6.10.2024-4.11.2024

Reġjun tal-Greċja tal-Punent

In the regional unit of Achaea the following municipal units:

—

Aigeira

—

Akrata

—

Kleitoria

excluding the areas included in any protection or surveillance zone.

5.10.2024

In the regional unit of Achaea the following municipal units:

—

Aigeira

—

Akrata

—

Kleitoria

6.10.2024-4.11.2024

The regional unit of Aetolia-Acarnania excluding the areas included in any protection or surveillance zone.

5.10.2024

The regional unit of Aetolia-Acarnania

6.10.2024-4.11.2024

The regional unit of Ilia excluding the areas included in any protection or surveillance zone.

12.10.2024

The regional unit of Ilia

13.10.2024-11.11.2024

Reġjun ta’ Kreta

The regional unit of Iraklio

4.10.2024

Reġjun tal-Maċedonja tal-Lvant u ta’ Thrace

In the regional unit of Rodopi the following municipalities:

—

Iasmos

—

Komotini

excluding the areas included in any protection or surveillance zone.

27.9.2024

In the regional unit of Rodopi the following municipalities:

—

Iasmos

—

Komotini

28.9.2024-27.10.2024

In the regional unit of Drama :

—

The municipalities of Doxato and Prosotsani

—

The municipal units of Drama and Nikiforos

6.10.2024

In the regional unit of Serres the municipal units of:

—

Alistrati

—

Rodolivous

—

Kormista

6.10.2024

In the regional unit of Kavala the municipal units of :

—

Filippoi

—

Eleftheroupoli

—

Piereon

—

Paggaio

6.10.2024


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2501/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)