|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/5438 |
20.10.2026 |
Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)
(C/2026/5438)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)
“Prosciutto di Norcia”
Numru ta’ referenza tal-UE: PGI-IT-1554-AM01 — 30.7.2026
1. Isem il-prodott
“Prosciutto di Norcia”
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☐ |
DOP |
|
☑ |
IĠP |
3. Settur
|
☑ |
Prodotti agrikoli |
|
☐ |
Inbejjed |
|
☐ |
Xarbiet spiritużi |
4. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
L-Italja
5. Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard
Isem
Il-Ministeru għall-Agrikoltura, għas-Sovranità tal-Ikel u għall-Forestrija - id-Dipartiment għas-Sovranità tal-Ikel u għall-Isports Ekwestri
6. Kwalifika bħala emenda standard
L-emendi tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għall-IĠP “Prosciutto di Norcia” ma humiex emendi tal-Unjoni peress li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) Nru 2024/1143, jiġifieri:
|
— |
ma jinkludux bidla fl-isem jew fl-użu tal-isem; |
|
— |
ma jirriskjawx li jxejnu r-rabta maż-żona ġeografika msemmija fid-dokument uniku; u |
|
— |
ma jinvolvux restrizzjonijiet ulterjuri fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott. |
7. Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i
Titolu
Emenda tal-Artikolu 3 - Definizzjoni tal-istadju tat-tkabbir
Deskrizzjoni
Emenda 1
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 3, il-paragrafu 6, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tiddefinixxi bħala “tkabbir” l-istadju li ġie deskritt fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott bħala l-istadju tat-tmigħ tal-ħnieżer b’piż ħaj ta’ bejn 30 kg u 80 kg, u huwa speċifikat li t-tkabbir huwa l-istadju wara l-irdigħ u l-ftim.
Raġuni: L-iċċarar tal-istadju tat-“tkabbir” huwa xieraq biex tiġi ċċarata l-eżistenza ta’ dan l-istadju importanti tal-metodu ta’ produzzjoni, li matulu l-ħnieżer jistgħu jintemgħu l-materja prima kollha permessa mir-regoli fis-seħħ sabiex jiġi żgurat li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet nutrizzjonali, tal-benesseri tal-annimali u tas-saħħa tagħhom, u dan l-istadju jiġi wara żmien l-irdigħ u l-ftim.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 3 - Piż ħaj tal-ħnieżer fl-istadju tat-tkabbir
Deskrizzjoni
Emenda 2
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 3, il-paragrafu 6, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda żżid il-piż massimu fi tmiem l-istadju li issa jissejjaħ “tkabbir” minn 80 kg għal 85 kg.
Raġuni: Din iż-żieda hija marbuta mal-iżviluppi fil-ġenetika u fin-nutrizzjoni, u mal-applikazzjoni tal-istandards tal-benesseri tal-annimali (id-Direttiva 2008/120/KE), li wasslu għal titjib ġeneralizzat fil-kapaċità tal-ħnieżer għat-tkabbir.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 3 - Tmigħ tal-ħnieżer fl-istadju tat-tkabbir
Deskrizzjoni
Emenda 3
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 3, il-paragrafi 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13 u 14, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tgħaqqad it-tliet tabelli fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott dwar l-għalf permess matul l-ewwel stadju (30-80 kg) u matul it-tieni stadju (aktar minn 80 kg) kif ukoll ir-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti, u tikkombinahom fit-“Tabella tal-materja prima permessa”, li ġiet introdotta għall-istadju tat-tkabbir u għandha tintuża wkoll għall-istadju tal-finitura.
L-ismijiet tal-materja prima li ġejja ġew emendati, filwaqt li tqieset in-nomenklatura prevista fir-regoli tal-Unjoni Ewropea stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 68/2013, kif aġġornat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1017:
|
— |
“qamħirrum” ma għadux jissejjaħ bħala “mais” bit-Taljan, iżda minflok bħala “granturco”; |
|
— |
“semolina” issa tissejjaħ “grixa”; |
|
— |
“nifel deidrat” issa jissejjaħ “nifel (imnixxef f’temperaturi għoljin)”; |
|
— |
“espellent taż-żerriegħa tal-kittien” ma għadux jissejjaħ bħala “lino, expeller” bit-Taljan iżda minflok “panello di lino”, u miegħu żdiedu dawn li ġejjin: “għalf tal-espellent taż-żerriegħa tal-kittien”, “grixa taż-żerriegħa tal-kittien” u “għalf tal-grixa taż-żerriegħa tal-kittien”; |
|
— |
“karfa tat-tuffieħ u tal-lanġas, qxur tal-għeneb jew tat-tadam bħala trasportaturi għal supplimenti nutrizzjonali” issa jissejħu “polpa tal-frott u polpa tat-tadam (karfa tat-tadam) bħala trasportaturi premixxeli”; |
|
— |
“ħmira tal-birrerija u/jew ħmira tat-torula” issa jissejħu “ħmira”; |
|
— |
“grixa tal-estrazzjoni min-nebbieta tal-qamħirrum” (bl-użu tal-kelma “mais” bit-Taljan) issa tissejjaħ “grixa min-nebbieta tal-qamħirrum” (bl-użu tal-kelma “granturco” bit-Taljan); |
|
— |
“ħabba tad-distillerija” issa tissejjaħ “ħbub u partikoli solubbli mnixxfa tad-distillerija”, filwaqt li huwa speċifikat li dawn huma “mifhuma bħala prodotti miksuba meta jiġi prodott l-alkoħol permezz tal-fermentazzjoni u d-distillazzjoni tal-maxx tal-qmuħ taċ-ċereali u/jew prodotti oħrajn li fihom il-lamtu u z-zokkor”; |
|
— |
“pitravi, polpa deidrata” issa tissejjaħ “polpa deidrata tal-pitravi”; |
|
— |
“grixa tal-aringa” issa tissejjaħ “grixa tal-ħut”. |
Tneħħiet il-materja prima li ġejja:
|
— |
“ħarrub mingħajr għadma”; |
|
— |
“liżati tal-proteina”; |
|
— |
“patata deidrata”; |
|
— |
“manjoka”; |
|
— |
“pitravi, polpa mxarrba ppressata u insilata”; |
|
— |
“grixa estratta mill-ġunġlien”; |
|
— |
“proteini tal-annimali, fejn permessi mil-leġiżlazzjoni Komunitarja”. |
Tħassret ir-referenza speċifika għall-“ħafur”.
Il-kwantità tal-materja prima li ġejja nbidlet:
|
— |
“xorrox tal-butir” għall-istadju tat-tkabbir biss (li tinbidel għal massimu ta’ 250 g materja niexfa għal kull annimal kuljum); |
|
— |
“grixa tal-glutina tal-qamħirrum u/jew għalf tal-glutina tal-qamħirrum” (minn mhux aktar minn 5 % sa mhux aktar minn 10 %); |
|
— |
“qamħirrum” (minn mhux aktar minn 55 % sa mhux aktar minn 65 %); |
|
— |
“sorgu” (minn mhux aktar minn 40 % sa mhux aktar minn 55 %); |
|
— |
“xgħir” (minn mhux aktar minn 40 % sa mhux aktar minn 55 %); |
|
— |
“qamħ” (minn mhux aktar minn 25 % sa mhux aktar minn 55 %); |
|
— |
“tritikal” (minn mhux aktar minn 25 % sa mhux aktar minn 55 %); |
|
— |
“polpa tal-pitravi deidrata” (minn mhux aktar minn 4 % sa mhux aktar minn 10 %); |
|
— |
“nifel, imnixxef f’temperaturi għoljin” (minn mhux aktar minn 2 % sa mhux aktar minn 4 %); |
|
— |
“lipidi b’punt tat-tidwib ta’ aktar minn 36 oC” (minn mhux aktar minn 2 % sa mhux aktar minn 3 %). |
Żdiedet il-materja prima li ġejja:
|
— |
“grixa tal-glutina tal-qamħirrum u/jew għalf tal-glutina tal-qamħirrum”, anke matul l-istadju tal-finitura; |
|
— |
“silaġġ tal-qamħirrum”, anke matul l-istadju tal-finitura; |
|
— |
“grixa tas-sbula sħiħa tal-qamħirrum”; |
|
— |
“ħbub u partikoli solubbli mnixxfa tad-distillerija”, anke matul l-istadju tal-finitura; |
|
— |
“għalf tal-espellent taż-żerriegħa tal-kittien, grixa taż-żerriegħa tal-kittien, għalf tal-grixa taż-żerriegħa tal-kittien”; |
|
— |
“lipidi b’punt tat-tidwib ta’ aktar minn 36 oC”, anke matul l-istadju tal-finitura; |
|
— |
“prodotti miksuba matul l-estrazzjoni tal-lift”; |
|
— |
“fażola tas-sojja sħiħa mixwija u/jew espellent tas-sojja”, għall-istadju tat-tkabbir biss. |
Il-materja prima “piżelli u/jew żrieragħ leguminużi oħrajn” inqasmet f’żewġ entrati: “piżelli” u “żrieragħ leguminużi oħrajn”, u l-kwantitajiet żdiedu (“piżelli” sa mhux aktar minn 25 % u “żrieragħ leguminużi oħrajn” sa mhux aktar minn 10 %).
Il-“grixa tal-estrazzjoni tas-sojja” nbidlet għal “prodotti miksuba matul l-estrazzjoni tal-fażola tas-sojja”, u l-perċentwal tal-użu matul kemm l-istadju tat-tkabbir kif ukoll l-istadju tal-finitura ġie stabbilit għal mhux aktar minn 20 %.
Il-“grixa mill-estrazzjoni tal-ġirasol” inbidlet għal “prodotti miksuba matul l-estrazzjoni taż-żrieragħ tal-ġirasol”, li l-użu tagħhom żdied sa mhux aktar minn 10 %.
In-nota 4 tat-tabella tistabbilixxi kontenut massimu ta’ xaħam mhux raffinat li ma jaqbiżx it-2,5 % tal-materja niexfa għall-prodotti miksuba matul l-estrazzjoni tal-fażola tas-sojja, taż-żrieragħ tal-ġirasol u tal-lift.
Ir-referenza għat-tolleranzi fir-rigward tal-materja prima individwali f’konformità mal-Artikolu 17(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 ġiet emendata, u tħassret ir-referenza għall-perċentwal ta’ 10 %.
Żdiedet l-għażla li jintużaw l-addittivi.
Ġiet introdotta referenza speċifika għall-possibbiltà li l-porzjon tal-għalf jingħata jew f’forma likwida, bl-użu tal-ilma u/jew tax-xorrox u/jew tax-xorrox tal-butir, jew niexef.
Il-limitu massimu tax-xaħam fil-materja niexfa tad-dieta ġie stabbilit għal 7 % għaż-żewġ stadji.
Tneħħew il-parametri kimiċi għall-fibra mhux raffinata, għall-proteina mhux raffinata, għall-irmied u għall-ħmira, espressi bħala perċentwal tal-materja niexfa fil-porzjon tal-għalf.
Raġuni: Id-dħul tat-“Tabella tal-materja prima permessa” magħquda kemm għall-istadju tat-tkabbir kif ukoll għall-istadju tal-finitura, u t-tneħħija tat-tliet tabelli preċedenti, jagħmlu l-ispeċifikazzjoni tal-prodott aktar faċli biex tinqara u tiġi applikata, u jiffaċilitaw il-monitoraġġ.
L-ismijiet tal-materja prima nbidlu biex jinġiebu wkoll f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 2017/1017. L-aġġornament tat-terminoloġija huwa neċessarju biex tingħata indikazzjoni aktar ċara tat-tip ta’ materja prima li qed issir referenza għalih.
Tneħħiet il-materja prima “ħarrub mingħajr għadma”, “liżati tal-proteina”, “patata deidrata”, “manjoka”, “pitravi, polpa mxarrba ppressata u insilata” u “grixa mill-estrazzjoni tal-ġunġlien”, peress li din il-materja prima ftit li xejn tintuża fl-għalf tal-ħnieżer ta’ piż tqil minħabba raġunijiet tekniċi jew relatati mal-kwalità jew minħabba li hija diffiċli biex tinkiseb, jew ta’ valur nutrizzjonali baxx.
Il-“proteini tal-annimali” tneħħew peress li ma għadhomx jintużaw minħabba r-restrizzjonijiet regolatorji fuq il-grixa mil-laħam introdotti fil-passat reċenti.
Tħassret ir-referenza għall-“ħafur” peress li taqa’ taħt il-kategorija ta’ “ċereali minuri”.
Il-perċentwal li fih tista’ tintuża l-“grixa tal-glutina tal-qamħirrum u/jew għalf tal-glutina tal-qamħirrum” żdied peress li huma materja prima b’kontenut għoli ta’ proteina, li huwa utli fid-dieta (proteina mhux raffinata) u huwa diġestibbli ħafna.
L-użu tax-“xorrox tal-butir” (matul l-istadju tat-tkabbir), tal-“qamħirrum”, tas-“sorgu”, tal-“qamħ”, tat-“tritikal”, tal-“polpa tal-pitravi deidrata”, tan-“nifel (imnixxef f’temperaturi għoljin)” u ta’ “prodotti miksuba matul l-estrazzjoni taż-żrieragħ tal-ġirasol” żdied peress li din il-materja prima dejjem kienet il-pedament tad-dieti tradizzjonali tal-ħnieżer ta’ piż tqil u, barra minn hekk, fid-dawl tat-titjib li sar mis-settur tal-għalf matul l-aħħar 10 snin, tgħin biex ittejjeb il-konsum tal-fibra u l-funzjonijiet vitali tal-ħnieżer.
L-użu ta’ “lipidi b’punt tat-tidwib ta’ aktar minn 36 oC” ġie introdott għal 3 % kemm għall-istadju tat-tkabbir kif ukoll għall-istadju tal-finitura peress li, bil-limitu ta’ 7 % fuq ix-xaħam fil-materja niexfa fid-dieta u bil-limitu ta’ 2 % fuq l-aċidu linolejku, jiġi żgurat li, jekk jintuża x-xaħam matul il-fażi tal-finitura, il-ħnieżer tat-tipi ġenetiċi varji msemmija fl-Artikolu 3 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ikollhom livell adegwat ta’ kopertura tax-xaħam.
Żdiedu l-“fażola tas-sojja sħiħa mixwija u/jew espellent tas-sojja” peress li, matul l-istadju tat-tkabbir, jipprovdu enerġija li hija essenzjali biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-enerġija tal-ħnieżer.
Il-“grixa tas-sbula sħiħa tal-qamħirrum”, li fiha ħafna fibra, tintuża bħala alternattiva għan-nuħħala għat-tmigħ tal-fibra lill-annimali.
Iż-żieda fil-perċentwal ta’ “piżelli” tiżgura li l-ħnieżer ikollhom livell adegwat ta’ kopertura tax-xaħam u, għall-kuntrarju ta’ legumi oħrajn, dawn fihom konċentrazzjoni baxxa ta’ fatturi antinutrizzjonali.
Żdiedu l-“għalf tal-espellent taż-żerriegħa tal-kittien”, il-“grixa taż-żerriegħa tal-kittien” u l-“għalf tal-grixa taż-żerriegħa tal-kittien” peress li huma materja prima simili għall-“espellent taż-żerriegħa tal-kittien”, li nżamm fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, u huma inklużi fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1017.
Is-“silaġġ tal-qamħirrum” u l-“ħbub u partikoli solubbli mnixxfa tad-distillerija”, b’dawn tal-aħħar li huma rikki fil-vitamina B, issa żdiedu għall-istadju tal-finitura wkoll, u huma materja prima ideali li tiżgura livell adegwat ta’ kopertura tax-xaħam fil-ħnieżer u, minħabba l-kontenut għoli ta’ fibra tagħhom, jiġu ddiġeriti ħafna aħjar mill-ħnieżer adulti milli mill-ħnieżer żgħar fl-età.
Fir-rigward tal-“prodotti miksuba matul l-estrazzjoni tal-lift”, il-“lift” ġie introdott għall-ewwel darba fil-lista ta’ materja prima minħabba li l-progress fil-ġenetika ppermetta l-għażla ta’ varjetajiet ġodda li huma ħielsa mill-glukosinolati u mill-aċidu eruċiku (fatturi antinutrizzjonali); l-entrata ġiet ifformulata biex taqbel mal-istruttura użata għall-prodotti tas-sojja u tal-ġirasol.
Il-prodotti qabel kienu koperti minn entrata waħda, eż. “grixa tal-lift” fir-Regolament (UE) Nru 575/2011, u mbagħad inqasmu f’żewġ entrati, “grixa tal-lift” u “għalf tal-grixa tal-lift”, fl-2013 fir-Regolament (UE) Nru 68/2013, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1017. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1017 jelenka ħafna prodotti differenti miksuba matul l-estrazzjoni tal-lift; ma huwiex fattibbli li jiġu elenkati l-materjali tal-għalf kollha u dawn jistgħu jinbidlu jekk isiru aġġornamenti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1017. Ġie stabbilit kontenut massimu ta’ xaħam mhux raffinat ta’ 2,5 % tal-materja niexfa fin-noti tat-tabella tal-materja prima permessa sabiex tiġi żgurata kopertura tax-xaħam xierqa.
Fir-rigward tal-“prodotti miksuba matul l-estrazzjoni tal-fażola tas-sojja”, il-perċentwal ġie stabbilit għal 20 % kemm fl-istadju tat-tkabbir kif ukoll fl-istadju tal-finitura, sabiex jiġi żgurat li l-ħnieżer ikollhom kopertura tax-xaħam xierqa għall-produzzjoni tal-“Prosciutto di Norcia”. Peress li l-kontenut ta’ xaħam mhux raffinat tal-materja prima huwa karatteristika ewlenija, ġie stabbilit kontenut massimu ta’ xaħam mhux raffinat ta’ 2,5 % tal-materja niexfa u ġie inkluż fin-noti mdaħħla wara t-tabella. Il-prodotti qabel kienu koperti minn entrata waħda, eż. “grixa (tal-fażola) tas-sojja” fir-Regolament (UE) Nru 575/2011, u mbagħad inqasmu f’żewġ entrati, “grixa (tal-fażola) tas-sojja” u “għalf tal-grixa (tal-fażola) tas-sojja”, fl-2013 fir-Regolament (UE) Nru 68/2013, kif emendat bir-Regolament (UE) 1017/2017. Ir-Regolament (UE) 2017/1017 jelenka ħafna prodotti differenti miksuba matul l-estrazzjoni tal-fażola tas-sojja; ma huwiex fattibbli li jiġu elenkati kollha u dawn jistgħu jinbidlu jekk isiru aġġornamenti/emendi tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/1017.
Fir-rigward tal-“prodotti miksuba matul l-estrazzjoni taż-żrieragħ tal-ġirasol”, li issa huma stabbiliti għal 10 %: il-kontenut ta’ xaħam mhux raffinat tal-materja prima huwa importanti sabiex jiġi żgurat li l-ħnieżer ikollhom kopertura tax-xaħam xierqa adattata għall-produzzjoni tal-“Prosciutto di Norcia”; għalhekk, fin-noti tat-tabella, ġie inkluż kontenut massimu ta’ xaħam mhux raffinat ta’ 2,5 % tal-materja niexfa. Il-prodotti qabel kienu koperti minn entrata waħda, eż. “grixa taż-żerriegħa tal-ġirasol” fir-Regolament (UE) Nru 575/2011, u mbagħad maqsuma f’żewġ entrati, “grixa taż-żerriegħa tal-ġirasol” u “għalf tal-grixa taż-żerriegħa tal-ġirasol”, fl-2013 fir-Regolament (UE) Nru 68/2013, kif emendat bir-Regolament (UE) 1017/2017. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1017 jelenka ħafna prodotti differenti miksuba waqt l-estrazzjoni taż-żrieragħ tal-ġirasol; ma huwiex fattibbli li jiġu elenkati kollha u dawn jistgħu jinbidlu jekk isiru aġġornamenti/emendi tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/1017.
Ir-referenza għat-tolleranzi fir-rigward tal-materja prima individwali tagħmilha possibbli li jinġiebu f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea fis-seħħ dwar l-għalf, jiġifieri l-Artikolu 17(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009.
Ir-referenza għall-modi kif jista’ jingħata l-porzjon tal-għalf tippermetti lill-bidwi jagħżel liema metodu juża.
L-użu ta’ addittivi jista’ jgħin fid-diġestjoni u fl-assorbiment tan-nutrijenti.
Id-definizzjoni ta’ “ħbub u partikoli solubbli mnixxfa tad-distillerija” ġiet iċċarata billi ntużat il-formulazzjoni fil-punt 1.12.9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1017.
Il-limitu massimu tax-xaħam ta’ 7 % kemm għall-istadju tat-tkabbir kif ukoll għall-istadju tal-finitura, flimkien mal-limitu fuq l-aċidu linolejku, jiżgura livell ottimali ta’ kopertura tax-xaħam għall-ħnieżer użati għall-produzzjoni tal-“Prosciutto di Norcia”; dawn iż-żewġ kriterji huma essenzjali, peress li l-materja prima li hija sors potenzjali ta’ xaħmijiet li kapaċi jkollhom impatt negattiv fuq il-kwalità tal-kopertura tax-xaħam tal-ħnieżer jew żdiedet (qamħirrum) jew ġiet introdotta (lipidi b’punt tat-tidwib ta’ aktar minn 36 oC anke għall-istadju tal-finitura).
It-tneħħija tal-parametri kimiċi għall-fibra mhux raffinata, għall-proteina mhux raffinata, għall-irmied u għall-ħmira, espressi bħala perċentwal tal-materja niexfa fil-porzjon tal-għalf, hija xierqa peress li l-bidliet fil-lista u fil-kwantitajiet ta’ materja prima, flimkien mal-parametri speċifiċi introdotti, jiżguraw li l-porzjonijiet tal-għalf huma xierqa għall-ħnieżer maħsuba għall-produzzjoni tal-“Prosciutto di Norcia”.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 3 - Tmigħ tal-ħnieżer fl-istadju tat-tkabbir
Deskrizzjoni
Emenda 4
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 3, il-paragrafi 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13 u 14, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda, fir-regoli dwar l-għalf tal-ħnieżer relatat mat-tieni stadju, issa magħruf bħala l-istadju tal-“finitura”, iżżid referenza għat-“Tabella tal-materja prima permessa” li ġiet introdotta għall-istadju tat-tkabbir, b’ċerti speċifikazzjonijiet neċessarji għall-istadju tal-finitura.
Raġuni: L-emenda tipprovdi stampa ċara tal-għalf permess matul l-istadju tal-finitura wkoll.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 3 - Piż tal-karkassa tal-ħanżir
Deskrizzjoni
Emenda 5
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 3, il-paragrafu 17, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tissostitwixxi l-kriterju ta’ piż ħaj medju għal kull lott ta’ 160 kg +/- 10 % b’piż tal-karkassa ta’ ħanżir ta’ piż tqil individwali ta’ bejn 110,1 kg u 180,0 kg.
Raġuni: L-eliminazzjoni tal-piż ħaj u l-inklużjoni tal-kriterju tal-piż tal-karkassa individwali jippermettu verifika aktar preċiża tar-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà għal kull ħanżir skarnat, peress li huwa metodu aktar trasparenti, akkurat, immirat u ġeneralment aħjar. Iż-żieda fil-piż tal-ħanżir hija marbuta max-xejra kurrenti fit-trobbija tal-ħnieżer fl-Ewropa li tirriżulta minn titjib fil-ġenetika, fil-benesseri tal-annimali u fin-nutrizzjoni.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 3 - Tneħħija tad-dispożizzjoni dwar l-attestazzjoni għall-ħnieżer trasferiti
Deskrizzjoni
Emenda 6
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 3, il-paragrafu 18, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tneħħi d-dispożizzjoni dwar il-kwistjonijiet li għandhom jiġu attestati mill-bdiewa fir-rigward tal-ħnieżer ittrasferiti bejn il-merħliet jew ikkunsinnati lill-biċċeriji.
Raġuni: It-tneħħija ta’ din id-dispożizzjoni hija neċessarja peress li tikkonċerna s-sistema ta’ kontroll.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 3 - Klassijiet kummerċjali li jappartjenu għalihom il-karkassi tal-ħnieżer
Deskrizzjoni
Emenda 7
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 3, il-paragrafu 19, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tissostitwixxi l-espressjoni “bħala medja jaqgħu fi” b’“jappartjenu għal”, fir-rigward tal-klassijiet li l-karkassi tal-ħnieżer ta’ piż tqil jappartjenu għalihom.
Raġuni: L-emenda hija neċessarja sabiex jiġu indikati b’mod aktar preċiż il-klassijiet li jappartjenu għalihom il-karkassi użati għall-produzzjoni tal-“Prosciutto di Norcia”, f’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 3 - Tneħħija tad-dispożizzjoni dwar l-attestazzjoni għall-istadju tal-iskarnar
Deskrizzjoni
Emenda 8
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 3, il-paragrafu 20, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tneħħi d-dispożizzjoni dwar il-kwistjonijiet li huma responsabbli għalihom il-biċċiera u l-attestazzjoni tal-konformità ta’ kull lott ta’ materja prima.
Raġuni: It-tneħħija ta’ din id-dispożizzjoni hija neċessarja peress li tikkonċerna s-sistema ta’ kontroll.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 3 - Twaqqit tar-reġistrazzjoni tal-piż u tal-klassifikazzjoni tal-karkassa tal-ħanżir
Deskrizzjoni
Emenda 9
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 3, il-paragrafu 20, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda ddaħħal dispożizzjoni li biha d-data dwar il-piż u l-klassifikazzjoni dwar il-karkassi individwali trid tiġi rreġistrata fil-ħin tal-iskarnar.
Raġuni: L-emenda tiċċara b’mod preċiż il-mument li fih il-piż u l-klassifikazzjoni jridu jiġu rreġistrati sabiex jiġu ffaċilitati l-verifiki assoċjati.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 4 - Regoli dwar l-ammont ta’ muskolu fir-riġel
Deskrizzjoni
Emenda 10
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4, il-paragrafu 2, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda żżid l-ammont ta’ muskolu lil hinn mir-ras tal-femur [pallino] minn 6 cm għal 9 cm.
Raġuni: L-emenda hija neċessarja minħabba ż-żieda fil-piż tal-karkassa u, għalhekk, fid-daqs tar-riġlejn friski li jintużaw għall-produzzjoni tal-“Prosciutto di Norcia”.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 4 - Introduzzjoni tas-siġill imwaħħal fil-bidu tal-ipproċessar
Deskrizzjoni
Emenda 11
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4, il-paragrafu 2, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tintroduċi siġill fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, li għandu jitwaħħal fil-bidu tal-ipproċessar mar-riġlejn li huma xierqa għall-produzzjoni tal-“Prosciutto di Norcia”, b’deskrizzjoni tas-siġill u dettalji tal-informazzjoni li għandha tingħata fuqu.
Raġuni: Is-siġill jaġixxi bħala apparat ta’ identifikazzjoni u jagħmilha possibbli li jiġi ddeterminat b’mod preċiż meta nbeda l-ipproċessar, inkluż sabiex ikun jista’ jsir kontroll effettiv tal-konformità mar-rekwiżiti minimi tal-ikkurar għall-“Prosciutto di Norcia”.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 4 - Mudell grafiku għas-siġill imwaħħal fil-bidu tal-ipproċessar
Deskrizzjoni
Emenda 12
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4, il-paragrafu 2, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tintroduċi mudell grafiku għas-siġill li għandu jitwaħħal fil-bidu tal-ipproċessar tal-“Prosciutto di Norcia” (l-Illustrazzjoni 1) flimkien ma’ dettalji tad-dimensjonijiet globali tas-siġill u tad-dimensjonijiet tal-partijiet individwali tiegħu.
Raġuni: L-introduzzjoni tal-mudell grafiku u tad-dettalji tad-dimensjonijiet tiegħu tiżgura li s-siġill li jitwaħħal fil-bidu tal-ipproċessar jiġi mmanifatturat b’mod korrett għall-użu maħsub tiegħu.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 4 - Apparati ta’ identifikazzjoni użati minflok is-siġill imwaħħal fil-bidu tal-ipproċessar jew flimkien miegħu
Deskrizzjoni
Emenda 13
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4, il-paragrafu 2, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda żżid il-possibbiltà li jintużaw apparati ta’ identifikazzjoni minflok is-siġill imwaħħal fil-bidu tal-ipproċessar jew flimkien miegħu.
Raġuni: L-użu ta’ apparati ta’ identifikazzjoni minflok is-siġill imwaħħal mill-produttur fil-bidu tal-ipproċessar jew flimkien miegħu jippermetti li jintużaw għodod oħrajn trekkjar u ta’ traċċar għall-“Prosciutto di Norcia” f’konformità mal-iżviluppi teknoloġiċi.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 4 - Kwantitajiet ta’ bżar użati waqt l-istadju tat-tmelliħ tar-riġel
Deskrizzjoni
Emenda 14
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4, il-paragrafu 4, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tissostitwixxi l-użu ta’ “kwantitajiet żgħar” għall-bżar waqt l-istadju tat-tmelliħ bl-użu tiegħu fi kwantità perċentwali ta’ bejn 0,5 % u 2 % meta mqabbel mal-kwantità totali ta’ melħ użat fuq kull riġel waqt it-tmelliħ.
Raġuni: L-emenda tagħmilha possibbli li jiġu speċifikati l-kwantitajiet preċiżi ta’ bżar li għandhom jintużaw waqt l-istadju tat-tmelliħ, filwaqt li tagħmel l-ispeċifikazzjoni tal-prodott aktar ċara, li huwa utli għall-produtturi u għas-sistema ta’ kontroll, bl-għan li jiġi żgurat li jinkisbu l-karatteristiċi organolettiċi fl-Artikolu 6.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 4 - Kundizzjonijiet għall-użu tal-bżar waqt l-istadju tat-tmelliħ tar-riġel
Deskrizzjoni
Emenda 15
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4, il-paragrafu 4, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tneħħi l-kundizzjoni fejn il-bżar kellu jintuża waqt l-istadju tat-tmelliħ biss meta ma kienx jintuża fil-kisi [stuccatura], u hekk, l-użu tiegħu issa huwa dejjem meħtieġ.
Raġuni: L-emenda hija ġġustifikata mill-adegwatezza li l-karatteristiċi organolettiċi tal-“Prosciutto di Norcia” msemmija fl-Artikolu 6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jispikkaw saħansitra aktar meta jiġi kkunsmat il-prodott; dan huwa f’konformità mad-domandi tas-suq, li jqisu li l-aroma tipikament kemxejn imħawra tal-“Prosciutto di Norcia” hija importanti.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 4 - Użu tat-tewm waqt l-istadju tat-tmelliħ tar-riġel
Deskrizzjoni
Emenda 16
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4, il-paragrafu 4, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tintroduċi l-għażla, waqt l-istadju tat-tmelliħ għar-riġlejn li jintużaw għall-produzzjoni tal-“Prosciutto di Norcia”, li jintuża t-tewm fi kwantità perċentwali li ma taqbiżx it-2 % b’referenza għall-kwantità totali ta’ melħ użata fuq kull riġel waqt it-tmelliħ.
Raġuni: L-emenda hija xierqa peress li l-għażla li jintuża t-tewm tista’ tikkontribwixxi biex tinkiseb l-aroma kemxejn imħawra karatteristika tipika tal-“Prosciutto di Norcia”.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 4 - Durata tat-tieni stadju tat-tmelliħ tar-riġel
Deskrizzjoni
Emenda 17
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4, il-paragrafu 6, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda żżid il-medda tad-durata għat-tieni stadju tat-tmelliħ minn 9 sa 18-il jum għal 7 sa 22 jum.
Raġuni: L-emenda tagħmilha possibbli li jiġi ottimizzat it-tieni stadju tat-tmelliħ abbażi ta’ valutazzjoni bir-reqqa tal-prodott, b’referenza għal fatturi bħax-xejra lejn it-tnaqqis fil-kontenut tal-melħ, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet nutrizzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, u ż-żieda fil-piż tal-karkassi u b’hekk tar-riġlejn friski li jintużaw għall-produzzjoni tal-“Prosciutto di Norcia”, bl-għan li jinkisbu l-karatteristiċi organolettiċi msemmija fl-Artikolu 6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 4 - Durata tal-istadju li matulu jistrieħ ir-riġel
Deskrizzjoni
Emenda 18
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4, il-paragrafu 7, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tnaqqas id-durata minima tal-istadju tas-serħan minn 2,5 xhur għal xahrejn.
Raġuni: L-emenda hija neċessarja biex il-produtturi jkunu jistgħu jaġġustaw id-durata tal-istadju li matulu jistrieħu r-riġlejn, abbażi tad-daqs u tal-karatteristiċi tal-ipproċessar tagħhom; dan jippermetti lill-produtturi jivvalutaw aħjar il-grad ottimali tat-tnixxif tal-laħam fir-rigward tal-piż tar-riġlejn xierqa għall-produzzjoni tal-“Prosciutto di Norcia”.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 5 - Twaqqit tal-applikazzjoni tal-marka ta’ konformità
Deskrizzjoni
Emenda 19
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 4, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tispeċifika li, fi tmiem l-ikkurar, il-marka ta’ konformità deskritta fl-Artikolu 8 għandha tiġi applikata għall-“Prosciutto di Norcia” li jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Raġuni: L-iskop tal-emenda huwa li tiċċara l-istadju li fih tiġi applikata l-marka ta’ konformità għall-prieżet li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-IĠP, u b’hekk tiġi żgurata ċ-ċertezza tal-interpretazzjoni u tat-traċċabbiltà tal-prodott, inkluż għall-finijiet tas-sistema ta’ kontroll.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 5 - Apparati ta’ identifikazzjoni użati minflok il-marka ta’ konformità jew flimkien magħha
Deskrizzjoni
Emenda 20
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 4, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.6 tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda żżid il-possibbiltà li jintużaw apparati ta’ identifikazzjoni minflok il-marka ta’ konformità jew flimkien magħha.
Raġuni: L-użu ta’ apparat ta’ identifikazzjoni minflok il-marka ta’ konformità applikata mill-produttur, jew flimkien magħha, jippermetti l-użu ta’ għodod oħrajn ta’ trekkjar u ta’ traċċar għall-“Prosciutto di Norcia” f’konformità mal-iżviluppi teknoloġiċi.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 6 - Il-mument li fih jeżistu l-karatteristiċi fiżiċi u organolettiċi
Deskrizzjoni
Emenda 21
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 6, il-paragrafu 1, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punti 4.5 u 4.6 tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tispeċifika li l-karatteristiċi fiżiċi u organolettiċi tal-“Prosciutto di Norcia” huma dawk li jeżistu fil-mument meta jiġu applikati l-marka ta’ konformità u/jew l-apparat ta’ identifikazzjoni użat minflokha jew flimkien magħha, li jiddetermina l-idoneità tal-prodott biex jiġi introdott fis-suq.
Raġuni: L-emenda hija neċessarja biex tispeċifika l-mument meta jridu jeżistu l-karatteristiċi fiżiċi u organolettiċi tal-“Prosciutto di Norcia” sabiex ikun idoneu biex jiġi introdott bħala IĠP. Din tiċċara r-rabta bejn il-verifika tal-konformità u l-applikazzjoni tal-marka u/jew l-apparat ta’ identifikazzjoni użati minflokha jew flimkien magħha; dan huwa utli għall-operaturi u għas-sistema ta’ kontroll.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 7 - Bidla tat-titolu tal-Artikolu 7
Deskrizzjoni
Emenda 22
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tibdel it-titolu tal-Artikolu 7 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott minn “Kontrolli” għal “Prova tal-oriġini”.
Raġuni: L-emenda hija neċessarja minħabba t-tneħħija tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 7, il-paragrafu 1, dwar il-korp ta’ kontroll.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 7 - Tneħħija tad-dispożizzjoni dwar il-korp ta’ kontroll
Deskrizzjoni
Emenda 23
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7, il-paragrafu 1, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tneħħi d-dispożizzjoni dwar il-korp ta’ kontroll.
Raġuni: It-tneħħija hija aġġornament meħtieġ biex l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tinġieb f’konformità mar-regoli tal-Unjoni Ewropea fis-seħħ, peress li, skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2024/1143, l-inklużjoni ta’ referenzi għall-korp ta’ kontroll ma hijiex obbligatorja.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 7 - Bidla terminoloġika dwar il-produtturi
Deskrizzjoni
Emenda 24
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7, il-paragrafu 2, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tissostitwixxi t-terminu Taljan “produttori” bit-terminu “elaboratori” biex tirreferi għall-produtturi.
Raġuni: L-emenda hija neċessarja biex jiġu speċifikati b’mod preċiż l-entitajiet li jwettqu l-ipproċessar tal-“Prosciutto di Norcia”, li huwa rregolat skont l-Artikolu 4 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott (Metodu ta’ produzzjoni [Metodo di elaborazione]).
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 7 - Entitajiet li joperaw fil-katina tal-produzzjoni
Deskrizzjoni
Emenda 25
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7, il-paragrafu 2, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda żżid l-ippakkjaturi u dawk responsabbli mit-tfettit mal-entitajiet li jiffurmaw parti mill-katina tal-produzzjoni tal-“Prosciutto di Norcia”.
Raġuni: L-emenda hija neċessarja minħabba li d-diversi forom li fihom jista’ jiġi kkummerċjalizzat il-“Prosciutto di Norcia”, imsemmija fl-Artiklolu 8 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, jirrikjedu li l-ippakkjaturi u dawk responsabbli mit-tfettit jiġu inklużi wkoll, għall-finijiet ta’ kontroll, fil-listi ta’ entitajiet li joperaw fil-katina tal-produzzjoni tal-IĠP.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 7 - Dispożizzjoni dwar il-prova tal-oriġini
Deskrizzjoni
Emenda 26
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7, il-paragrafu 2, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda ddaħħal referenza għat-traċċabbiltà tal-prodott (tul il-katina kollha), iggarantita mill-monitoraġġ tal-inputs u tal-outputs tal-istadji tal-proċess ta’ produzzjoni.
Raġuni: L-emenda hija meħtieġa sabiex id-dispożizzjoni dwar il-prova tal-oriġini tinġieb f’konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/26.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 8 – Bdil tat-titolu tal-Artikolu 8
Deskrizzjoni
Emenda 27
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda żżid il-kelma “tikkettar” mat-titolu tal-Artikolu 8
Raġuni: L-emenda hija xierqa peress li l-Artikolu 8 jinkludi wkoll ir-regoli dwar kif jiġi ttikkettat il-“Prosciutto di Norcia”.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 8 – Identifikazzjoni tal-“Prosciutto di Norcia”
Deskrizzjoni
Emenda 28
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, il-paragrafu 1, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punti 4.5 u 4.6 tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tispeċifika li l-“Prosciutto di Norcia” jiġi rrilaxxat għall-konsum bil-marka ta’ konformità u/jew bl-apparat ta’ identifikazzjoni użat minflokha jew flimkien magħha, u hekk titneħħa l-espressjoni “marka speċjali”.
Raġuni: L-emenda hija neċessarja sabiex l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tiċċara u ssaħħaħ l-identifikazzjoni tal-“Prosciutto di Norcia”, u tissostitwixxi r-referenza ġenerika għall-marka b’referenza espliċita għall-marka ta’ konformità u/jew għall-apparat ta’ identifikazzjoni użat minflokha jew flimkien magħha. Din tiżgura ċarezza akbar, li hija utli għall-operaturi, għall-konsumaturi u għas-sistema ta’ kontroll, inkluż f’konformità mal-iżviluppi teknoloġiċi. [Ara l-emendi 19 u 20]
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 8 - Mudell grafiku għall-marka ta’ konformità
Deskrizzjoni
Emenda 29
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, il-paragrafu 1, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.6 tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tintroduċi mudell grafiku għall-marka ta’ konformità.
Raġuni: L-introduzzjoni tal-mudell grafiku għall-marka ta’ konformità, f’konformità ma’ dak diġà użat mill-produtturi, hija neċessarja biex jiġi żgurat li l-“Prosciutto di Norcia” jingħaraf immedjatament u jkun distintiv.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 8 - Karatteristiċi tal-mudell grafiku għall-marka ta’ konformità
Deskrizzjoni
Emenda 30
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, il-paragrafu 1, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tintroduċi mudell grafiku għall-marka ta’ konformità, u tagħti d-dimensjonijiet globali tiegħu u dawk tal-partijiet individwali tiegħu.
Raġuni: L-emenda tagħmilha possibbli li l-marka ta’ konformità tiġi riprodotta b’mod korrett u uniformi, u hekk tgħin biex tiġi żgurata l-awtentiċità tal-“Prosciutto di Norcia” kif ukoll id-distintività u r-rikonoxxibbiltà tiegħu.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 8 - Deskrizzjoni tal-marka ta’ konformità
Deskrizzjoni
Emenda 31
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, il-paragrafu 2, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tintroduċi deskrizzjoni dettaljata tal-marka ta’ konformità.
Raġuni: L-emenda hija neċessarja biex tippermetti r-riproduzzjoni korretta, uniformi u preċiża tal-marka ta’ konformità, li hija utli għall-operaturi, għall-konsumaturi u għas-sistema ta’ kontroll.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 8 - Proċedura għall-applikazzjoni tal-marka ta’ konformità
Deskrizzjoni
Emenda 32
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, il-paragrafu 1, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.5 tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tispeċifika l-parti tar-riġel li fuqha trid tiġi applikata l-marka ta’ konformità tad-ditta, dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6, u tippermetti li l-marka tiġi riprodotta wkoll fuq partijiet oħrajn tal-qoxra tal-perżut minbarra l-wiċċ ċatt ta’ barra.
Raġuni: L-emenda hija neċessarja biex jiġi żgurat li l-“Prosciutto di Norcia” jkun distintiv għall-konsumaturi u biex tiffaċilita l-ħidma tal-operaturi u tal-korp ta’ kontroll. Il-possibbiltà li l-marki jiġu rripetuti fuq partijiet tal-qoxra minbarra l-wiċċ ċatt ta’ barra għandha l-għan li tiżgura li l-marka ta’ konformità dejjem tkun preżenti, inkluż meta l-prodott ikun qed jitħejja bħala perżut sħiħ mingħajr l-għadma jew f’porzjonijiet.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 8 - Speċifikazzjonijiet dwar l-apparati ta’ identifikazzjoni għall-“Prosciutto di Norcia”
Deskrizzjoni
Emenda 33
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, il-paragrafu 3, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.5 tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tagħmilha ċara li d-dispożizzjoni tirreferi għall-marka ta’ konformità u żżid li l-apparat ta’ identifikazzjoni użat minflok il-marka ta’ konformità jew flimkien magħha dejjem irid ikun preżenti meta l-prodott ikun qed jitħejja bħala perżut sħiħ mingħajr l-għadma jew f’porzjonijiet.
Raġuni: L-emenda hija neċessarja biex jiġi żgurat li l-“Prosciutto di Norcia” jkun jista’ jiġi ttrekkjat u ttraċċat anke f’każijiet meta l-apparat jintuża flimkien mal-marka ta’ konformità jew minflokha, f’konformità mal-iżviluppi teknoloġiċi.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 8 - Tikkettar tal-“Prosciutto di Norcia” mfettet bil-lest
Deskrizzjoni
Emenda 34
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, il-paragrafu 3, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda ddaħħal dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar ta’ pakketti tal-“Prosciutto di Norcia” mfettet bil-lest bil-logo fl-Illustrazzjoni 4, li jinkludi l-isem “Prosciutto di Norcia IGP” [IĠP].
Raġuni: L-emenda hija neċessarja biex tippermetti r-riproduzzjoni korretta, uniformi u preċiża tal-logo fuq il-pakketti tal-“Prosciutto di Norcia” mfettet bil-lest, li hija utli għall-operaturi, għall-konsumaturi u għas-sistema ta’ kontroll.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 8 - Mudell grafiku għal-logo għall-“Prosciutto di Norcia” mfettet bil-lest
Deskrizzjoni
Emenda 35
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, il-paragrafu 3, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.6 tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tintroduċi mudell grafiku għal-logo tal-“Prosciutto di Norcia” li għandu jintuża meta l-prodott jiġi kkummerċjalizzat imfettet bil-lest.
Raġuni: L-introduzzjoni tal-mudell grafiku, f’konformità ma’ dak diġà użat mill-produtturi, hija neċessarja biex jiġi żgurat li l-prodott protett ikun jingħaraf immedjatament u jkun distintiv anke meta jiġi kkummerċjalizzat bħala “Prosciutto di Norcia” mfettet bil-lest.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 8 - Speċifikazzjonijiet għal-logo għall-“Prosciutto di Norcia” mfettet bil-lest
Deskrizzjoni
Emenda 36
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, il-paragrafu 3, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tispeċifika l-għoli (22 mm) u l-wisa’ (30 mm) minimi tal-logo fuq it-tikketti tal-“Prosciutto di Norcia” mfettet bil-lest u tiddikjara li, jekk il-logo jiġi riprodott f’dimensjonijiet akbar mid-dimensjonijiet minimi stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, il-proporzjon bejn l-għoli u l-wisa’ ma jridx jinbidel.
Raġuni: L-emenda tippermetti li l-logo tal-“Prosciutto di Norcia” jintuża b’mod uniformi, u jiġi żgurat li jkun jista’ jinqara u jingħaraf u jipproteġi l-immaġni tal-prodott. L-istabbiliment tad-dimensjonijiet minimi u r-rekwiżit li l-għoli u l-wisa’ jibqgħu fi proporzjon għal xulxin jipprevjenu riproduzzjonijiet mhux xierqa, u hekk jgħinu biex jiġi żgurat li l-IĠP tkun distintiva.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 8 - Dimensjonijiet tal-logo għall-“Prosciutto di Norcia” mfettet bil-lest
Deskrizzjoni
Emenda 37
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, il-paragrafu 3, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tagħti mudell grafiku għal-logo għall-“Prosciutto di Norcia” mfettet bil-lest flimkien mal-għoli u mal-wisa’ minimi tal-logo u mal-għoli tal-kliem li jidher fih (l-Illustrazzjoni 5).
Raġuni: L-emenda tagħmilha possibbli li l-logo jiġi riprodott b’mod korrett fuq it-tikketti tal-prodott imfettet bil-lest, u hekk tgħin biex jiġu żgurati d-distintività u r-rikonoxxibbiltà tal-“Prosciutto di Norcia”.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 8 - Regoli dwar id-distintività tal-logo għall-“Prosciutto di Norcia” mfettet bil-lest
Deskrizzjoni
Emenda 38
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, il-paragrafu 3, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tintroduċi regoli dwar l-ammont minimu ta’ spazju li għandu jitħalla vojt madwar il-logo fuq it-tikketti tal-“Prosciutto di Norcia” mfettet bil-lest.
Raġuni: L-emenda tiżgura li l-logo fuq it-tikketti tal-prodott imfettet bil-lest ikun viżibbli u jingħaraf kif xieraq; din tevita l-interferenza minn immaġnijiet jew minn test, u tgħin biex jiġu żgurati d-distintività u l-uniformità viżiva tal-“Prosciutto di Norcia”.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 8 - Spazju vojt fuq it-tikketti għal-logo għall-“Prosciutto di Norcia” mfettet bil-lest
Deskrizzjoni
Emenda 39
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, il-paragrafu 3, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tagħti l-logo għall-“Prosciutto di Norcia” flimkien ma’ speċifikazzjonijiet grafiċi għall-ispazju li dawk responsabbli mit-tfettit iridu jħallu vojt madwar dak il-logo tal-“Prosciutto di Norcia” mfettet bil-lest (l-Illustrazzjoni 6).
Raġuni: L-emenda tagħmilha possibbli li l-logo jiġi riprodott fuq it-tikketti tal-prodott imfettet bil-lest b’tali mod li jiġu żgurati d-distintività u r-rikonoxxibbiltà tal-“Prosciutto di Norcia”.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 8 - Kuluri tal-logo għall-“Prosciutto di Norcia” mfettet bil-lest
Deskrizzjoni
Emenda 40
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, il-paragrafu 3, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tintroduċi regoli dwar il-kuluri tal-logo fuq it-tikketti tal-“Prosciutto di Norcia” mfettet bil-lest.
Raġuni: L-emenda hija neċessarja biex jiġi żgurat li l-logo għall-“Prosciutto di Norcia” mfettet bil-lest ikun jista’ jiġi riprodott b’mod uniformi, u hekk tgħin biex jiġu żgurati d-distintività u r-rikonoxxibbiltà tal-prodott.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 8 - Simbolu tal-IĠP tal-Unjoni Ewropea
Deskrizzjoni
Emenda 41
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, il-paragrafu 4, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.6 tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tintroduċi dispożizzjoni dwar l-użu tas-simbolu tal-IĠP tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-isem “Prosciutto di Norcia”.
Raġuni: L-emenda tagħmilha possibbli li tinżamm il-konformità mal-Artikolu 37(3) tar-Regolament (UE) 2024/1143.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 8 - Mudell grafiku għal-logo tal-“Prosciutto di Norcia”
Deskrizzjoni
Emenda 42
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, il-paragrafu 5, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.6 tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tintroduċi mudell grafiku għal-logo tal-IĠP “Prosciutto di Norcia” [Ara l-emenda 35]
Raġuni: L-introduzzjoni tal-mudell grafiku, f’konformità ma’ dak diġà użat mill-produtturi, hija neċessarja biex jiġi żgurat li l-“Prosciutto di Norcia” jingħaraf immedjatament u jkun distintiv.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 9 - Introduzzjoni tad-dispożizzjoni dwar ir-“Rabta mal-ambjent”
Deskrizzjoni
Emenda 43
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 9 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tintroduċi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott Artikolu 9 ġdid “Rabta mal-ambjent”, li jiddeskrivi kif il-“Prosciutto di Norcia” huwa marbut mal-ambjent, u jirriproduċi l-informazzjoni mogħtija fit-taqsima 4 tad-dokument uniku ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea 2016/C 153/11 tad-29 ta’ April 2016.
Raġuni: L-emenda hija neċessarja biex l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tinġieb f’konformità mar-regoli tal-Unjoni Ewropea fis-seħħ, stabbiliti fl-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
DOKUMENT UNIKU
Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli
“Prosciutto di Norcia”
Numru ta’ referenza tal-UE: PGI-IT-1554-AM01 — 30.7.2026
1. Isem/Ismijiet
“Prosciutto di Norcia”
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☐ |
DOP |
|
☑ |
IĠP |
3. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita
L-Italja
4. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu
4.1. Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143
16 – PREPARATI TA’ LAĦAM, TA’ ĦUT JEW TA’ KRUSTAĊJI, MOLLUSKI JEW INVERTEBRATI AKKWATIĊI OĦRAJN, JEW TA’ INSETTI
4.2. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu li għalih japplika l-isem reġistrat
L-IĠP “Prosciutto di Norcia” hija perżut nej ikkurat li, meta jkollu mwaħħla fuqu l-marka ta’ konformità u/jew l-apparat ta’ identifikazzjoni użat minflokha jew flimkien magħha, ikollu forma karatteristika ta’ lanġasa, jiżen mhux anqas minn 8,5 kg, u meta jinqata’ jkollu apparenza kumpatta u b’kulur li jvarja minn roża għal aħmar. Għandu aroma tipikament kemxejn imħawra u b’togħma qawwija iżda mhux mielħa.
4.3. Derogi dwar l-akkwist ta’ għalf (għal prodotti li joriġinaw mill-annimali ddeżinjati b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta biss) u restrizzjonijiet fuq l-akkwist ta’ materja prima (għal prodotti proċessati ddeżinjati minn indikazzjoni ġeografika protetta biss)
—
4.4. Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika definita
Il-fażijiet tal-produzzjoni u tal-ikkurar għall-“Prosciutto di Norcia” jridu jseħħu fiż-żona ta’ produzzjoni definita fil-punt 5.
4.5. Regoli speċifiċi dwar l-imballaġġ, it-tfettit, it-taħkik, eċċ. tal-prodott agrikolu li għalih jirreferi l-isem reġistrat
Il-“Prosciutto di Norcia” jista’ jiġi rrilaxxat għall-konsum ukoll bħala prodott mingħajr l-għadma, imfettet jew f’porzjonijiet ta’ daqs u ta’ piż differenti. Għall-kummċerjalizzazzjoni, dawn it-tipi kollha tal-prodott iridu jiġu imballati f’kontenituri jew f’kisi adattati għall-ikel li jridu jkunu siġillati u tikkettati kif suppost. Fit-tħejjija tal-perżut sħiħ mingħajr l-għadma, jew tal-porzjonijiet, il-marka ta’ konformità tad-ditta dejjem trid tibqa’ viżibbli u/jew l-apparat ta’ identifikazzjoni użat minflokha jew flimkien magħha jrid jibqa’ preżenti.
4.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott agrikolu li għalih jirreferi l-isem reġistrat
Il-“Prosciutto di Norcia” jiġi rrilaxxat għall-konsum bil-marka ta’ konformità fuqu – u/jew bl-apparat ta’ identifikazzjoni użat minflokha jew flimkien magħha – li jidentifikaw il-prodott. Il-marka, li tiġi ttimbrata f’postha bin-nar, tikkonsisti minn logo bl-isem “Prosciutto di Norcia IGP” [IĠP] kif muri hawn taħt:
L-isem tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Prosciutto di Norcia” jrid jidher b’ittri ċari u li ma jitħassrux, identifikabbli b’mod ċar minn kwalunkwe formulazzjoni oħra fuq it-tikketta u segwit immedjatament mill-kliem “Indicazione geografica protetta” [“Indikazzjoni Ġeografika Protetta”] u/jew l-inizjali “IGP” [“IĠP”], li jrid jiġi tradott bil-lingwa tal-pajjiż fejn jiġi kkummerċjalizzat il-prdoott, akkumpanjat mis-simbolu tal-IĠP tal-Unjoni f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea fis-seħħ. Dawn l-indikazzjonijiet jakkumpanjaw il-logo tad-denominazzjoni, kif muri hawn taħt:
Huwa pprojbit li tiżdied xi deskrizzjoni li ma tkunx espressament prevista.
Madankollu, huwa awtorizzat l-użu ta’ indikazzjonijiet li jagħmlu referenza għal ismijiet, għal ismijiet ta’ kumpaniji u għal marki privati, għajr dawk b’implikazzjonijiet komplementari jew li jistgħu jqarrqu bil-konsumatur, bħalma huma l-ismijiet tal-farms tal-ħnieżer minn fejn jiġi l-prodott.
5. Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika fejn jiġi prodott il-“Prosciutto di Norcia” tinkludi l-art fil-muniċipalitajiet ta’ Norcia, ta’ Preci, ta’ Cascia, ta’ Monteleone Spoleto u ta’ Poggiodomo li jinsabu f’altitudni ta’ aktar minn 500 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar.
6. Rabta maż-żona ġeografika
Ir-rabta kawżali mal-oriġini ġeografika hija bbażata fuq
|
☑ |
reputazzjoni |
|
☐ |
kwalità nominali |
|
☐ |
karatteristiċi oħra |
Sommarju tar-rabta
Iż-żona ġeografika indikata fil-punt 5 hija kkaratterizzata minn sriebet tal-muntanji għoljin, li jipprevjenu l-influss ta’ arja umda mill-baħar, u mill-preżenza ta’ formazzjonijiet tal-ġibs, li jippermettu l-iskular tal-ilma tax-xita. Dawn il-karatteristiċi, flimkien mal-għarfien prattiku speċjali u mal-għarfien li kisbu l-abitanti lokali matul is-snin fil-qasam tat-trobbija tal-ħnieżer u fit-tħejjija tal-qatgħat tal-majjal, rawmu ambjent naturali u uman ottimali għall-produzzjoni ta’ perżut ta’ kwalità f’din iż-żona ġeografika.
Meta jinqata’, il-perżut “Prosciutto di Norcia” għandu apparenza kumpatta, ivarja fil-kulur minn roża għal aħmar, u għandu aroma tipikament kemxejn imħawra u b’togħma qawwija iżda mhux mielħa.
Il-kwalità speċifika tal-“Prosciutto di Norcia” hija marbuta mill-qrib mhux biss mal-fatturi umani involuti fit-tħejjija tiegħu iżda wkoll mal-kundizzjonijiet ambjentali. L-ambjent naturali taż-żona huwa partikolarment favorevoli għall-proċessi tal-maturazzjoni u tal-ikkurar minħabba l-karatteristiċi klimatiċi u n-natura tat-terren, kif deskritti aktar ’il fuq. Minbarra dan, l-arti tal-konservazzjoni tal-laħam tal-majjal fir-reġjun Nursino diġà kienet famuża fi żmien ir-Rumani. B’riżultat tal-faqar assoċjat mal-biedja fil-muntanji u mal-perjodu ta’ inattività kkawżat matul l-istaġun kiesaħ, l-abitanti tar-reġjun kienu speċjalizzati f’attivitajiet ta’ trobbija tal-bhejjem. Dawn l-attivitajiet nfirxu matul il-perjodu tar-Repubblika u tal-Imperu Ruman, kif ukoll taħt it-tmexxija tal-Knisja, li fittxet li tagħmel l-aħjar użu miż-żoni rurali tal-Lazio. Għalhekk, l-abitanti lokali saru speċjalisti fl-anatomija u fl-iskarnar tal-ħnieżer, kif ukoll fit-tħejjija u fil-konservazzjoni tal-qatgħat tal-majjal permezz ta’ għarfien prattiku tipiku li għadu pperservat sal-lum, billi l-qatgħat jinbiegħu, jitmellħu u jiġu kkurati madwar iż-żona kollha.
Referenza elettronika (URL) għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5438/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)