European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3966

19.6.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Ġunju 2024

li tissostitwixxi membru tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema għall-Iżvezja

(C/2024/3966)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 23 u 24 tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tal-20 ta’ Settembru 2022 (2), il-Kunsill ħatar membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema għall-perjodu mill-25 ta’ Settembru 2022 sal-24 ta’ Settembru 2024.

(2)

Konsegwentement għar-riżenja tas-SaAnna ERIKSSON sar vakanti siġġu ta’ membru fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-gvernijiet.

(3)

Il-Gvern tal-Iżvezja nnomina kandidata għas-siġġu vakanti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sa Anna JARL hija maħtura membru tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema minflok is-Sa Anna ERIKSSON għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-24 ta’ Settembru 2024.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta’ Ġunju 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

N. DE MOOR


(1)   ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Settembru 2022 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema (ĠU C 393, 13.10.2022, p. 5).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3966/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)