2007D0361 — MT — 30.05.2007 — 000.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI ta' l-4 ta’ Mejju 2007 dwar id-determinazzjoni ta' stokkijiet żejda ta' prodotti agrikoli barra z-zokkor u l-konsegwenzi finanzjarji ta' l-eliminazzjoni tagħhom fir-rigward ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1979) (It-testi biċ-Ċek, bil-Grieg, bl-Estonjan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Polakk, bis-Slovakk u bis-Sloven biss huma awtentiċi) (ĠU L 138, 30.5.2007, p.14) |
Ikkoreġut b'
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta' l-4 ta’ Mejju 2007
dwar id-determinazzjoni ta' stokkijiet żejda ta' prodotti agrikoli barra z-zokkor u l-konsegwenzi finanzjarji ta' l-eliminazzjoni tagħhom fir-rigward ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1979)
(It-testi biċ-Ċek, bil-Grieg, bl-Estonjan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Polakk, bis-Slovakk u bis-Sloven biss huma awtentiċi)
(2007/361/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja,
Wara li kkunsidrat l-Att ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, u b'mod partikolari l-paragrafu 4 tal-Kapitolu 4 ta' l-Anness IV tiegħu,
Billi:|
(1) |
Il-Paragrafu 2 tal-Kapitolu 4 ta' l-Anness IV ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 jipprovdi li kwalunkwe stokk ta' prodott agrikolu kemm privat kif ukoll pubbliku, li fid-data ta' l-adeżjoni kien f'ċirkulazzjoni ħielsa fit-territorju tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (minn hawn 'il quddiem “l-Istati Membri l-ġodda”), u li taqbeż il-kwantità li tista' tkun ikkunsidrata bħala trasferiment normali ta' stokk trid tiġi eliminata bi spejjeż għall-Istati Membri l-ġodda. Il-kunċett ta' trasferiment normali ta' stokk għandu jiġi definit għal kull prodott fuq bażi tal-kriterji u l-għanijiet speċifiċi għal kull organizzazzjoni tas-suq. |
|
(2) |
Kemm il-kriterji kif ukoll l-għanijiet partikolari ta' kull organizzazzjoni tas-suq u r-relazzjoni tal-prezzijiet fl-Istati Membri l-ġodda qabel l-adeżjoni u l-prezzijiet Komunitarji jfissru li t-trasferiment normali ta' stokk għandu jiġi vvalutat fid-dawl ta' fatturi li jvarjaw minn settur għal ieħor. |
|
(3) |
Il-bażi li fuqha jsir il-kalkolu tal-livelli ta' stokkijiet żejda għandha tkun is-somma tal-varjazzjoni fil-produzzjoni domestika ma' l-importazzjoni bi tnaqqis ta' l-esportazzjoni fit-tnax-il xahar immedjatament qabel l-adeżjoni, jiġifieri mill-1 ta' Mejju 2003 sat-30 ta' April 2004, imqabbla mas-somma tal-medja tal-varjazzjoni fil-produzzjoni domestika ma' l-importazzjoni bi tnaqqis ta' l-esportazzjoni għat-tliet perjodi ta' tnax-il xahar ta' qabel. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri l-ġodda biex jikkumentaw dwar il-metodoloġija ġenerali tal-kalkolu u biex jippreżentaw kwalunkwe argument dwar sitwazzjonijiet speċifiċi li jiġġustifikaw stokkijiet ogħla minn livelli normali. Bħala l-ewwel pass il-Kummissjoni mbagħad ipproċediet biex tivvaluta l-kummenti dwar il-metodoloġija ġenerali u tiffinalizza l-metodoloġija bbażata fuq analiżi ġenerali tas-sitwazzjoni biex toħloq approċċ orizzontali applikabbli għall-Istati Membri l-ġodda kollha. Bħala t-tieni pass, saret evalwazzjoni ta' l-argumenti speċifiċi mressqa mill-Istati Membri l-ġodda. Ir-riżultati ta' l-eżerċizzju orizzontali ġew aġġustati fuq il-bażi tar-riżultat ta' din l-evalwazzjoni. |
|
(5) |
Għandu jsir aġġustament fir-riżultati tal-kalkoli biex jikkunsidraw il-fatt li xi kategoriji ta' prodotti, bħal butir u żejt tal-butir, kwalitajiet differenti ta' ross, ħobs, żrieragħ, alkoħol ta' l-inbid, tabakk, u ċereali, jistgħu effettivament jinbidlu wieħed ma' l-ieħor, sabiex żieda fil-livelli ta' stokkijiet ta' ċerti prodotti fi grupp tista' tiġi bbilanċjata bi tnaqqis fil-livelli ta' stokkijiet ta' prodotti oħra fil-grupp. |
|
(6) |
L-Istati Membri l-ġodda ssuġġerew li l-produzzjoni u l-kummerċ setgħu kienu suġġetti għal tendenza ta' tkabbir matul il-perjodu kkunsidrat, b'mod partikolari fejn l-iżvilupp ekonomiku ta' l-ekonomiji tagħhom kienu affettwati mill-prospett ta' adeżjoni għall-Unjoni Ewropea. In-nuqqas tal-kunsiderazzjoni ta' din it-tendenza jista' jwassal għal stima għolja wisq tal-livelli ta' stokkijiet żejda. Għalhekk il-kalkolu ġie aġġustat permezz ta' l-introduzzjoni ta' mekkaniżmu li jikkunsidra din it-tendenza kemm fil-produzzjoni kif ukoll fil-kummerċ. ►C1 L-applikazzjoni ta' dan il-mekkaniżmu għandha taġġusta wkoll tendenzi simili fil-konsum intern. ◄ |
|
(7) |
Il-kalkolu għandu jkun ibbażat fuq id-dejta uffiċjali ta' l-Eurostat ta' kull xahar mibgħuta mill-Istati Membri, fejn hija disponibbli. F'każijiet fejn din id-dejta mhix disponibbli jew mhix kompluta, għandu jiġi applikat metodu ta' l-aħjar stima billi jintużaw għejjun oħra ta' tagħrif disponibbli, stabbiliti b'kuntatt mill-qrib ma' l-Istati Membri l-ġodda. |
|
(8) |
L-għejjun oħra ta' tagħrif li ntużaw huma dejta annwali ta' l-Eurostat, dejta mill-karti tal-bilanċi ta' l-Istati Membri l-ġodda għall-prodotti kkonċernati, u dejta mibgħuta uffiċjalment lill-Kummissjoni mill-Istati Membri l-ġodda li hija ċċertifkata mill-awtorità nazzjonali ta' l-istatistika. |
|
(9) |
Fuq talba ta' Stati Membri ġodda ġew ikkunsidrati ċerti sitwazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi , b'mod partikolari ċerti ċirkustanzi speċifiċi li fihom inġemgħu xi stokkijiet. |
|
(10) |
Għandu jiġi introdott limitu sabiex ikopri sitwazzjonijiet fejn l-ammonti ta' stokkijiet żejda li jirriżultaw huma relattivament żgħar meta mqabbla ma' l-ammont li jista' jiġi kkunsidrat bħala trasferiment normali ta' stokk. Dan jagħmel tajjeb għall-marġini ta' żbalji tat-tagħrif statistiku miġbur f'ċirkustanzi partikolari tal-perjodu ta' qabel l-adeżjoni u l-kumplessità u l-għan ta' dan l-eżerċizzju. M'għandux ikun hemm ħlas, għalhekk, minn Stat Membru ġdid fuq l-ammont ta' stokk żejjed ta' prodott partikolari, kif ikkalkulat, jekk dan l-ammont ma jkunx aktar minn 10 % ta' dak li jista' jitqies bħala trasferiment normali ta' stokk għal dak il-prodott fl-Istat Membru l-ġdid ikkonċernat. |
|
(11) |
Il-metodu l-aktar xieraq għall-kalkolu tal-konsegwenzi finanzjarji ta' l-istokkijiet żejda fid-dawl ta' l-għan tal-paragrafu 2 tal-Kapitolu 4 ta' l-Anness IV ta' l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003 għandu jkun evalwazzjoni ta' l-ispiża tar-rimi tagħhom f'kull settur ikkonċernat. Fil-każijiet fejn kien hemm refużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal prodotti fis-sena wara l-adeżjoni, mhux xieraq li l-konsegwenzi finanzjarji jiġu stabbiliti fuq bażi tad-differenza bejn il-livell tal-prezz intern u estern, kif rifless bir-refużjoni medja ta' l-esportazzjoni matul il-perjodu ta' tnax-il xahar immedjatament wara l-adeżjoni. |
|
(12) |
Għal prodotti mhux suġġetti ghal refużjonijiet fuq esportazzjoni f'każijiet bħal faqqiegħ ippreservat, tewm, frott magħsur, li għalihom xi Stati Membri stabbilixxew livelli sinifikanti ta' stokkijiet żejda, huwa xieraq li jittieħdu d-differenzi bejn il-prezzijiet medji interni u esterni bħala bażi għal approċċ ekwivalenti. Minħabba n-natura temporanja tal-konsegwenzi finanzjarji ġejjin mill-istipulazzjoni ta' stokkijiet żejda għal prodotti agrikoli differenti f'xi Stati Membri ġodda, l-ammonti li jikkorispondu għandhom jitħallsu mill-Istati Membri kkonċernati lill-baġit Komunitarju. Jeħtieġ li tiġi ffissata d-data ta' meta jridu jitħallsu dawn il-pagamenti. |
|
(13) |
Minħabba l-konsegwenzi finanzjarji importanti li jista' jiffaċċja Stat Membru, huwa ġustifikat li l-perjodu għall-ħlas ta' dawn l-ammonti mill-Istati Membri kkonċernati jinfirex fuq erba' snin. |
|
(14) |
Billi l-kumitati ta' ġestjoni kkonċernati ma tawx l-opinjonijiet tagħhom fiż-żmien stipulat mill-presidenti tagħhom, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet ta' prodotti agrikoli fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa fl-Istati Membri l-ġodda fid-data ta' l-adeżjoni li jeċċedu l-kwantitajiet li jistgħu jkunu kkunsidrati bħala trasferiment normali ta' stokk fl-1 ta' Mejju 2004, u l-ammonti li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri l-ġodda bħala konsegwenza ta' l-ispiża ta' l-eliminazzjoni ta' dawk il-kwantitajiet huma stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
1. L-ammonti stipulati fl-Anness għandhom jitqiesu bħala dħul għal baġit Komunitarju.
2. L-Istati Membri jistgħu jħallsu dawn l-ammonti stipulati fl-Anness lill-baġit Komunitarju f'erba' pagamenti indaqs. L-ewwel pagament irid jitħallas sa l-aħħar jum tat-tieni xahar wara x-xahar li fih din id-Deċiżjoni tiġi nnotifikata lill-Istat Membru l-ġdid ikkonċernat. Pagamenti sussegwenti għandhom jitħallsu sal-31 ta' Mejju 2008, il-31 ta' Mejju 2009 u l-31 ta' Mejju 2010 rispettivament.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja.
ANNESS
Kwantitajiet li jaqbżu l-istokkijiet carryover normali u l-ammonti i għandhom jitħallsu mill-Istati Membri l-ġodda
|
Ir-Repubblika Ċeka |
L-Estonja |
Ċipru |
Il-Latvja |
Il-Litwanja |
Malta |
Il-Polonja |
Is-Slovenja |
Is-Slovakkja |
||||||||||
|
Grupp ta' prodotti |
Kwantità f'tunnel-lati |
Ammont f'€1 000 |
Kwantità f'tunnel-lati |
Ammont f'€1 000 |
Kwantità f'tunnel-lati |
Ammont f'€1 000 |
Kwantità f'tunnel-lati |
Ammont f'€1 000 |
Kwantità f'tunnel-lati |
Ammont f'€1 000 |
Kwantità f'tunnel-lati |
Ammont f'€1 000 |
Kwantità f'tunnel-lati |
Ammont f'€1 000 |
Kwantità f'tunnel-lati |
Ammont f'€1 000 |
Kwantità f'tunnel-lati |
Ammont f'€1 000 |
|
Laħam (1) |
13 524 |
6 221 |
18 758 |
7 773 |
||||||||||||||
|
Ħalib (2) |
4 908 |
6 538 |
2 804 |
2 971 |
521 |
288 |
551 |
752 |
||||||||||
|
Frott (3) |
18 383 |
4 943 |
658 |
180 |
3 994 |
2 228 |
971 |
375 |
6 355 |
3 049 |
||||||||
|
Ross |
21 021 |
1 123 |
88 |
4 |
2 153 |
115 |
569 |
30 |
22 915 |
1 224 |
340 |
18 |
10 950 |
585 |
||||
|
Inbid |
572 |
42 |
2 775 |
203 |
6 435 |
472 |
||||||||||||
|
Total: |
12 287 |
6 584 |
115 |
203 |
3 181 |
288 |
12 449 |
393 |
3 634 |
|||||||||
|
(1) 4 sottogruppi: Ċanga u vitella, Laħam tal-majjal, Nagħaġ u Mogħoż, Tjur. (2) 4 sottogruppi: Ġobon, SMP, WMP, Butir u Żejt tal-butir. (3) 9 sottogruppi: Faqqiegħ, Mandolin, Pineapple, Għasir il-larinġ, Għasir it-tuffieħ, Tadam, Tewm, Għasir l-għeneb. |
||||||||||||||||||