22.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 2/2010

tad-29 ta’ Jannar 2010

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 122/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 (1).

(2)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 127/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 (2).

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 124/2009 tal-10 ta’ Frar 2009 li jistabbilixxi livelli massimi għall-preżenza ta’ koċċidijostati jew istomonostati fl-ikel li jirriżultaw mit-trażmissjoni inevitabbli ta’ dawn is-sustanzi fil-għalf mhux fil-mira (3) għandu jiġi nkorporat mal-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta’ kampjuni u l-metodi ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ mikotossini fl-oġġetti tal-ikel (4) għandu jiġi inkluż fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 iħassar id-Direttivi tal-Kummissjoni 71/250/KEE (5) 71/393/KEE (6), 72/199/KEE (7), 73/46/KEE (8), 76/371/KEE (9), 76/372/KEE (10), 78/633/KEE (11), 81/715/KEE (12), 84/425/KEE (13), 86/174/KEE (14), 93/70/KEE (15), 93/117/KE (16), 98/64/KE (17), 1999/27/KE (18), 1999/76/KE (19), 2000/45/KE (20), 2002/70/KE (21) and 2003/126/KE (22) li kienu nkorporati mal-Ftehim għandhom b’hekk jitħassru skont il-Ftehim.

(6)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I mal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

(1)

It-test tal-punti 1zc (Direttiva tal-Kummissjoni 2002/70/KE), 13 (Direttiva tal-Kummissjoni 86/174/KEE), 19 (L-ewwel Direttiva tal-Kummissjoni 71/250/KEE), 20 (It-tieni Direttiva tal-Kummissjoni 71/393/KEE), 21 (It-tielet Direttiva tal-Kummissjoni 72/199/KEE), 22 (Ir-raba’ Direttiva tal-Kummissjoni 73/46/KEE), 25 (L-ewwel Direttiva tal-Kummissjoni 76/371/KEE), 26 (Is-seba’ Direttiva tal-Kummissjoni 76/372/KEE), 27 (It-tmien Direttiva tal-Kummissjoni 78/633/KEE), 28 (Id-disa’ Direttiva tal-Kummissjoni 81/715/KEE), 29 (L-għaxar Direttiva tal-Kummissjoni 84/425/KEE), 30 (Il-ħdax-il Direttiva tal-Kummissjoni 93/70/KEE), 31 (It-tnax-il Direttiva tal-Kummissjoni 93/117/KE), 31c (Direttiva tal-Kummissjoni 98/64/KE), 31f (Direttiva tal-Kummissjoni 1999/27/KE), 31 g (Direttiva tal-Kummissjoni 1999/76/KE), 31h (Direttiva tal-Kummissjoni 2000/45/KE) u 31i (Direttiva tal-Kummissjoni 2003/126/KE) għandhom jitħassru.

(2)

Il-punt li ġej għandu jidħol wara l-punt 1zzzzza (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 403/2009):

“1zzzzzb.

32009 R 0124: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 124/2009 tal-10 ta’ Frar 2009 li jistabbilixxi livelli massimi għall-preżenza ta’ koċċidijostati jew istomonostati fl-ikel li jirriżultaw mit-trażmissjoni inevitabbli ta’ dawn is-sustanzi fil-għalf mhux fil-mira (ĠU L 40, 11.2.2009, p. 7).”

(3)

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 31n (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/363/KE):

“31o.

32009 R 0152: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta’ kampjuni u l-metodi ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).”

Artikolu 2

Dan il-punt li ġej għandu jkun miżjud wara l-punt 54zzzzb (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008) fil-Kapitolu XII tal-Anness II mal-Ftehim:

“54zzzzc.

32009 R 0124: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 124/2009 tal-10 ta’ Frar 2009 li jistabbilixxi livelli massimi għall-preżenza ta’ koċċidijostati jew istomonostati fl-ikel li jirriżultaw mit-trażmissjoni inevitabbli ta’ dawn is-sustanzi fil-għalf mhux fil-mira (ĠU L 40, 11.2.2009, p. 7).”

Artikolu 3

Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 124/2009 u (KE) Nru 152/2009 fl-ilsien Iżlandiz u f’dak Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-30 ta’ Jannar 2010, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’, u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 62, 11.3.2010, p. 5.

(2)   ĠU L 62, 11.3.2010, p. 14.

(3)   ĠU L 40, 11.2.2009, p. 7.

(4)   ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1.

(5)   ĠU L 155, 12.7.1971, p. 13.

(6)   ĠU L 279, 20.12.1971, p. 7.

(7)   ĠU L 123, 29.5.1972, p. 6.

(8)   ĠU L 83, 30.3.1973, p. 21.

(9)   ĠU L 102, 15.4.1976, p. 1.

(10)   ĠU L 102, 15.4.1976, p. 8.

(11)   ĠU L 206, 29.7.1978, p. 43.

(12)   ĠU L 257, 10.9.1981, p. 38.

(13)   ĠU L 238, 6.9.1984, p. 34.

(14)   ĠU L 130, 16.5.1986, p. 53.

(15)   ĠU L 234, 17.9.1993, p. 17.

(16)   ĠU L 329, 30.12.1993, p. 54.

(17)   ĠU L 257, 19.9.1998, p. 14.

(18)   ĠU L 118, 6.5.1999, p. 36.

(19)   ĠU L 207, 6.8.1999, p. 13.

(20)   ĠU L 174, 13.7.2000, p. 32.

(21)   ĠU L 209, 6.8.2002, p. 15.

(22)   ĠU L 339, 24.12.2003, p. 78.

(*1)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati.