|
5.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/166 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/919
tal-4 ta’ Mejju 2023
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/804 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid mingħajr ġonġituri (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta’ sezzjoni trasversali tonda, ta’ dijametru estern li jaqbeż l-406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid mingħajr ġonġituri (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta’ sezzjoni trasversali tonda, ta’ dijametru estern li jaqbeż l-406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, huma soġġetti għal dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/804 (“ir-regolament oriġinali”) (2). |
|
(2) |
Il-kumpaniji Zhejiang Gross Seamless Steel Tubes Co., Ltd. u Hubei Xinyegang Special Tube Co., Ltd., huma soġġetti għal dazji anti-dumping definittivi ta’ 41,4 %, kodiċi addizzjonali TARIC (3) C204, u ta’ 54,9 %, kodiċi addizzjonali TARIC C172, rispettivament. |
|
(3) |
Fit-23 ta’ Awwissu 2019, il-kumpanija Zhejiang Gross Seamless Steel Tubes Co., Ltd. ġiet akkwistata minn Daye Special Steel Company Ltd (4), li hija wkoll l-azzjonista ta’ Hubei Xinyegang Special Tube Co., Ltd. Permezz ta’ dan l-akkwist, Zhejiang Gross Seamless Steel Tubes Co., Ltd. u Hubei Xinyegang Special Tube Co., Ltd. saru kumpaniji relatati. |
|
(4) |
Fit-12 ta’ Settembru 2019, il-kumpanija Daye Special Steel Company Ltd. biddlet isimha għal CITIC Pacific Special Steel Group Co., Ltd (is-“CITIC Pacific Group”), Hubei Xinyegang Special Tube Co., Ltd biddlet isimha għal Daye Special Steel Co., Ltd (5) u Zhejiang Gross Seamless Steel Tube Co., Ltd biddlet isimha għal Zhejiang Pacific Seamless Steel Tube Co., Ltd (6). |
|
(5) |
Il-Kummissjoni kkonfermat li l-informazzjoni u l-evidenza dwar il-bidliet fl-isem ipprovduti mill-kumpaniji kienu korretti. |
|
(6) |
Fid-dawl tal-bidliet deskritti fil-premessi (3) u (4), il-Kummissjoni qieset li r-rati tad-dazju individwali għal kull wieħed miż-żewġ produtturi esportaturi kellhom bżonn jiġu sostitwiti b’rata ta’ dazju unika għas-CITIC Pacific Group li għadu kif inħoloq. |
|
(7) |
Il-bidliet kienu jikkonsistu biss fil-bidla tas-sjieda għal Zhejiang Pacific Seamless Steel Tube Co., Ltd u fil-bidliet fl-isem, mingħajr ma ġew affettwati l-produzzjoni u l-operazzjonijiet tal-kumpaniji u l-ebda ċirkostanza oħra fir-rigward tad-dumping u d-dannu. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istabbiliment ta’ rata anti-dumping ġdida bbażata fuq kalkoli ġodda tal-marġnijiet tad-dumping u tad-dannu skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku ma kienx iġġustifikat. Minflok, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tiddetermina livell ta’ dazju wieħed għall-grupp abbażi tal-medja ponderata tad-data ppreżentata miż-żewġ produtturi esportaturi u vverifikata fl-investigazzjoni oriġinali. |
|
(8) |
Abbażi ta’ din id-data, il-Kummissjoni ddeterminat marġni uniku ta’ dannu u ta’ dumping applikabbli għas-CITIC Pacific Group:
|
|
(9) |
Il-Kummissjoni qabblet il-marġnijiet tad-dannu u l-marġnijiet tad-dumping. F’konformità mar-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, l-ammont tad-dazji jenħtieġ li jiġi stabbilit fil-livell tal-aktar marġnijiet tad-dumping u tad-dannu baxxi jekk dak id-dazju aktar baxx ikun adegwat biex ineħħi d-dannu lill-industrija tal-Unjoni. Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-marġni tad-dazju l-ġdid għaż-żewġ kumpaniji taħt is-CITIC Pacific Group huwa ta’ 51,8 %. |
|
(10) |
Il-partijiet interessati ngħataw dawn ir-riżultati u żmien biex jikkummentaw. Ma wasal l-ebda kumment. |
|
(11) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
It-tabella fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/804 għandha tiġi emendata kif ġej:
|
— |
Il-linji ta’ hawn taħt għandhom jitneħħew mit-tabella:
|
|
— |
Jenħtieġ li fit-tabella jiddaħħlu l-linji segwenti:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Mejju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/804 tal-11 ta’ Mejju 2017 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid mingħajr ġonġituri (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta’ sezzjoni trasversali tonda, ta’ dijametru estern li jaqbeż l-406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ĠU L 121 tat-12.5.2017, p. 3.
(3) It-Tariffa Integrata tal-Unjoni Ewropea.
(4) Daye Special Steel Company Ltd (l-isem biċ-Ċiniż: 大冶特殊钢股份有限公司) huwa l-isem l-antik ta’ CITIC Pacific Special Steel Group Co., Ltd., mhux tal-esportatur Daye Special Steel Co., Ltd. (l-isem biċ-Ċiniż: 大冶特殊钢有限公司).
(5) Il-bidla ġiet approvata mill-Uffiċċju għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tas-Suq tal-Belt ta’ Huangshi fl-4 ta’ Settembru 2019.
(6) Il-bidla ġiet approvata mill-Uffiċċju għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tas-Suq tad-Distrett ta’ Shangyu fis-27 ta’ Awwissu 2019.