<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-198/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CC0198</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:335">EU:C:2019:335</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Bobek – Kawża C‑198/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">CeDe Group</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Bobek</HT></P><P>ippreżentati fit‑<DATE ISO="20190430">30 ta’ April 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑198/18</HT></P><P>CeDe Group AB</P><P>vs</P><P>KAN Sp. z o.o. <HT TYPE="NORMAL">(fi stralċ)</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (il-Qorti Suprema, l-Isvezja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" — " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Talba għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Proċeduri ta’ insolvenza</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1346/2000</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4</KEYWORD><KEYWORD>Dritt applikabbli</KEYWORD><KEYWORD>Tpaċija</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-istralċjarju ta’ PPUB Janson sp.j. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>PPUB<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kumpannija Pollakka suġġetta għal proċeduri ta’ insolvenza fil-Polonja, ippreżenta quddiem il-qrati Svediżi rikors kontra CeDe Group AB (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>CeDe<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), kumpannija Svediża, fejn talab ħlas għal oġġetti kkunsinnati skont kuntratt preeżistenti bejn PPUB u CeDe, li huwa rregolat mid-dritt Svediż. Matul dawk il-proċeduri, CeDe talbet tpaċija fir-rigward ta’ dejn ikbar dovut lilha minn PPUB. L-istralċjarju kien preċedentement irrifjuta din it-tpaċija fil-qafas tal-proċeduri ta’ insolvenza Pollakki. Matul il-proċedura quddiem il-qrati Svediżi, l-istralċjarju ta’ PPUB ċeda t-talba kontra CeDe lil kumpannija oħra, KAN sp. z o.o. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>KAN<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), li sussegwentement saret insolventi. Madankollu, l-istralċjarju ta’ KAN irrifjuta li jieħu f’idejh it-talba inkwistjoni, bir-riżultat li KAN (fi stralċ) issa hija parti fil-kontenzjuż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-Högsta domstolen (il-Qorti Suprema, l-Isvezja) għandha dubji dwar id-dritt applikabbli għal tali talba ta’ tpaċija. Quddiem il-qorti tar-rinviju, KAN sostniet li t-talba għal tpaċija għandha tinstema’ taħt id-dritt Pollakk, filwaqt li CeDe sostniet li din il-kwistjoni għandha tiġi eżaminata taħt id-dritt Svediż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-kawża preżenti tagħti lill-Qorti tal-Ġustizzja l-opportunità li tinterpreta d-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-liġi applikabbli li jinsabu fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad‑<DATE ISO="20000529">29 ta’ Mejju 2000</DATE> dwar proċedimenti ta’ falliment [insolvenza]<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Regolament tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20000529">29 ta’ Mejju 2000</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Regolament fuq l-Insolvenza<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</P></NOTE> u l-interazzjoni tagħhom mas-sistema ġenerali tal-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Kif iddeterminat mir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20080617">17 ta’ Ġunju 2008</DATE> dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="177" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 177, p. 6</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>ir-Regolament Ruma I<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</P></NOTE>. Liema liġi għandha tapplika għal talba ta’ tpaċija invokata kontra kumpannija insolventi fil-kuntest ta’ proċeduri mibdija b’azzjoni għal ħlas miġjuba mill-istralċjarju ta’ dik il-kumpannija?</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Ruma I</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament Ruma I, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Tpaċija<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Meta d-dritt għal tpaċija ma jkunx miftiehem mill-partijiet, it-tpaċija għandha tkun regolata mil-liġi applikabbli għal dak id-dritt li kontrih tiġi eċċepita t-tpaċija.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament fuq l-Insolvenza</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-premessi 23 u 24 tar-Regolament fuq l-Insolvenza huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>(23)</NO.P><TXT>Dan ir-Regolament għandu jesiġi, għall-materji koperti minnu, regoli uniformi dwar kunflitt ta’ liġijiet, li jibdlu, fl-iskop tal-applikazzjoni tagħhom, ir-regoli nazzjonali tal-liġi privata internazzjonali. Sa kemm ma jingħadx mod ieħor, għandha tapplika l-liġi tal-Istat Membru tal-ftuħ tal-proċedimenti (<HT TYPE="ITALIC">lex concursus</HT>). Din ir-regola ta’ kunflitt ta’ liġijiet għandha tkun valida kemm għal proċedimenti prinċipali kif ukoll għal proċedimenti lokali; il-<HT TYPE="ITALIC">lex concursus</HT> tiddetermina l-effetti tal-proċedimenti ta’ falliment [insolvenza], kemm proċedurali kif ukoll sostantivi, fuq il-persuni u relazzjonijiet legali li jikkonċernawhom. Jirregola il-kondizzjonijiet kollha għal ftuħ, it-twettieq u l-egħluq tal-proċedimenti ta’ falliment.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(24)</NO.P><TXT>L-għarfien awtomatiku ta’ proċedimenti ta’ falliment li għalihom normalment japplikaw il-liġijiet ta’ l-Istat li jiftahom jistgħu ifixklu l-liġijiet li bihom jitwettqu t-transazzjonijiet fl-Istati Membri l-oħra. Sabiex jitħarsu l-aspettativi leġittimi u iċ-ċertezza ta’ transazzjonijiet fi Stati Membri apparti minn dak ta’ fejn ikunu nfetħu l-proċedimenti, għandhom isiru dispożizzjonijiet għal numru ta’ eċċezzjonijiet għar-regola ġenerali.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Il-premessa 26 tar-Regolament fuq l-Insolvenza tgħid li: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Jekk kumpens b’bilanċ ma jkunx permissibli skond il-liġi ta’ l-Istat li jiftaħ l-proċedimenti, il-kreditur għandu b’dana kollu jkun intitolat għal kumpens b’bilanċ jekk dan ikun possibli skond il-liġi applikabbli għat-talba tal-falliment [insolvenza] tad-debitur. B’dan il-mod, il-kumpens b’bilanċ jakkwista funzjoni ta’ tip ta’ garanzija bbażata fuq id-dispożizzjonijiet legali li fuqhom ikun jista’ joqgħod il-kreditur ikkonċernat meta titressaq it-talba<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tar-Regolament fuq l-Insolvenza, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Liġi applikabbli<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ħlief fejn ipprovdut b’mod ieħor f’dan ir-Regolament, il-liġi applikabbli għal proċedimenti ta’ falliment [insolvenza] u l-effetti tagħhom għandha tkun dik tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinfetaħ tali proċedura, minn hawn ’il quddiem imsemmija bħala l-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/>.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-liġi ta’ l-Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti għandha tiddetermina l-kondizzjonijiet tal-ftuħ ta’ dawk il-proċedimenti, il-manjiera tagħhom u l-egħluq tagħhom. Għandu jiddetermina b’mod partikolari:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>il-kondizzjonijiet li bihom il-kumpens b’bilanċ jista’ jiġi invokat;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tar-Regolament fuq l-Insolvenza, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Kumpens b’bilanċ<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment [insolvenza] m’għandhomx jeffetwaw id-dritt tal-kredituri li jinsistu fuq kumpens b’bilanċ tat-talbiet tagħhom kontra t-talbiet tad-debitur, meta kumpens b’bilanċ ikun permissibli bil-liġi applikabbli għat-talbiet tad-debitur fallut.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Paragrafu 1 m’għandux jipprekludi azzjonijiet ta’ invalidità, nuqqas ta’ rbit u nuqqas ta’ enforzabilità kif imsemmija fl-Artikolu 4(2)(m).<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20100609">9 ta’ Ġunju 2010</DATE>, PPUB, kumpannija stabbilita fil-Polonja, ikkonkludiet ftehim għall-kunsinna ta’ merkanzija ma’ CeDe, kumpannija stabbilita fl-Isvezja. Il-kuntratt kien jipprovdi li l-liġi Svediża għandha tapplika għal kwalunkwe tilwim dwar l-interpretazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Fl-aħħar ta’ Jannar 2011, inbdew proċeduri ta’ insolvenza kontra PPUB fil-Polonja. F’Lulju tal-istess sena, l-istralċjarju maħtur fil-kuntest ta’ dawk il-proċeduri ta’ insolvenza ppreżenta rikors għal ordni ta’ ħlas Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Konformement mar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE> li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="399" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 399, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> kontra CeDe mal-Kronofogdemyndigheten Svediża (l-Awtorità tal-Infurzar, l-Isvezja) għar-raġuni li CeDe kellha tagħti <FT TYPE="NUMBER">1532489</FT> krone Svediż (SEK), flimkien mal-interessi, għal oġġetti kkunsinnati minn PPUB skont il-ftehim tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-kawża ġiet ittrasferita lill-Malmö tingsrätten (il-Qorti Distrettwali, Malmö, l-Isvezja). CeDe kkontestat it-talba ta’ PPUB billi invokat tpaċija għal ammont li jaqbeż l-ammont mitlub minn PPUB. CeDe ssostni li dan id-dejn jikkorrispondi għall-kumpens għal kunsinni mhux imwettqa u difetti fl-oġġetti kkunsinnati minn PPUB. CeDe ssostni li d-dritt għal tpaċija rriżulta qabel ma nfetħu proċeduri ta’ insolvenza kontra PPUB.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Mill-informazzjoni mogħtija mill-qorti tar-rinviju jidher li l-istralċjarju ta’ PPUB irrifjuta li jippermetti t-tpaċija mitluba minn CeDe fil-kuntest tal-proċeduri ta’ insolvenza fil-Polonja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Quddiem il-Malmö tingsrätten (il-Qorti Distrettwali, Malmö), l-istralċjarju ta’ PPUB iddikjara li d-dritt għal tpaċija għandu jinstema’ taħt il-liġi Pollakka fuq il-bażi tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament fuq l-Insolvenza. Skont din id-dispożizzjoni, ħlief fejn ipprovdut mod ieħor f’dan ir-regolament, il-liġi applikabbli għal proċeduri ta’ insolvenza u l-effetti tagħhom għandha tkun dik tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinfetħu tali proċeduri (id-dritt tal-Istat tal-ftuħ tal-proċeduri jew il-<HT TYPE="ITALIC">lex concursus</HT>). Skont l-istralċjarju, mill-Artikolu 4(2)(d) tar-Regolament fuq l-Insolvenza jirriżulta li l-<HT TYPE="ITALIC">lex concursus</HT> għandha tiddetermina, fi kwalunkwe każ, il-kundizzjonijiet li taħthom tista’ tiġi invokata t-tpaċija. Ir-raġuni għal dan hija li l-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-regolament, li jipprovdi li proċeduri ta’ insolvenza ma għandhomx jaffettwaw id-dritt għal tpaċija sakemm tali dritt ikun permess taħt il-liġi applikabbli għat-talba tad-debitur, japplika biss jekk it-tpaċija ma tkunx permessa taħt id-dritt tal-Istat tal-ftuħ tal-proċeduri. Għalhekk, fil-fehma tal-istralċjarju, din id-dispożizzjoni ma tapplikax għall-każ inkwistjoni fil-kawża prinċipali minħabba li l-liġi Pollakka effettivament tippermetti tpaċija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, CeDe argumentat li t-tpaċija għandha tiġi eżaminata skont id-dritt Svediż. Hija ssottomettiet, l-ewwel nett, li l-azzjoni tal-istralċjarju tirrigwarda talba li tirriżulta mill-ftehim bejn CeDe u PPUB li fih klawżola ta’ għażla ta’ dritt li skontha d-dritt Svediż għandu japplika għal kull tilwim relatat mal-interpretazzjoni tiegħu. Dan ifisser li d-dritt Svediż japplika bis-saħħa tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Ruma I. Barra minn hekk, CeDe sostniet li, jekk il-partijiet ma jaqblux dwar id-dritt ta’ tpaċija, din il-kwistjoni tkun irregolata mil-liġi applikabbli għat-talba li kontriha tintalab tpaċija skont l-Artikolu 17 tar-Regolament Ruma I.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>It-tieni nett, CeDe sostniet li l-Artikolu 6(1) tar-Regolament fuq l-Insolvenza jfisser li l-proċeduri ta’ insolvenza ma jaffettwawx id-dritt ta’ tpaċija, jekk it-tpaċija hija permessa taħt il-liġi applikabbli għat-talba tad-debitur. Billi, fil-fehma ta’ CeDe, id-dritt Svediż japplika għat-talba tal-istralċjarju, il-kwistjoni tat-tpaċija għandha tiġi eżaminata wkoll taħt id-dritt Svediż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Il-Malmö tingsrätten (il-Qorti Distrettwali, Malmö) ikkonstatat li, konformement mar-regola ġenerali fl-Artikolu 4 tar-Regolament fuq l-Insolvenza, id-dritt Pollakk ma setax jitqies li jillimita jew jipprojbixxi t-tpaċija. Għaldaqstant, hija kkonstatat li l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-regolament ma kinitx applikabbli u d-dritt Pollakk għandu japplika fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Dik is-sentenza ġiet ikkonfermata fl-appell mill-Hovrätten över Skåne och Blekinge (il-Qorti tal-Appell, Skåne u Blekinge, l-Isvezja) fuq il-bażi li, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, ma kien hemm ebda raġuni sabiex ma tiġix applikata r-regola ġenerali tal-<HT TYPE="ITALIC">lex concursus</HT> fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament fuq l-Insolvenza. Il-fatt li l-istralċjarju ma aċċettax it-talba ta’ CeDe għal tpaċija ma biddilx din il-konstatazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Waqt il-proċeduri quddiem il-Hovrätten över Skåne och Blekinge (il-Qorti tal-Appell għal Skåne u Blekinge), l-istralċjarju ta’ PPUB ittrasferixxa t-talba prinċipali lil KAN, kumpannija stabbilita fil-Polonja, li daħlet fil-proċeduri minflok il-likwidatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>CeDe appellat mis-sentenza tal-Hovrätten över Skåne och Blekinge (il-Qorti tal-Appell għal Skåne u Blekinge) quddiem il-Högsta domstolen (il-Qorti Suprema). Hija sostniet li d-dritt Svediż għandu japplika għat-talba ta’ tpaċija. KAN sostniet li s-sentenza tal-Hovrätten över Skåne och Blekinge (il-Qorti tal-Appell għal Skåne u Blekinge) ma għandhiex tinbidel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Waqt il-proċeduri quddiem il-Högsta domstolen (il-Qorti Suprema), KAN saret insolventi. L-istralċjarju f’dawk il-proċeduri ta’ insolvenza ddikjara li l-patrimonju insolventi ma kienx qiegħed jagħmel tiegħu t-talba tad-debitur kontra CeDe. Għalhekk, issa hija KAN fi stralċ, u mhux il-patrimonju insolventi, li hija parti fil-proċeduri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Högsta domstolen (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>(1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1346/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha azzjoni quddiem qorti Svediża mill-istralċarju ta’ kumpannija Pollakka suġġetta għal proċeduri ta’ insolvenza fil-Polonja, imressqa kontra kumpannija Svediża, għal ħlas ta’ merkanzija kkonsenjata skont kuntratt li dawn il-kumpanniji kkonkludew qabel il-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, il-fatt li l-istralċarju jittraferixxi t-talba għal kreditu kontenzjuża lil kumpannija, li ssir parti fil-proċeduri minflok l-istralċarju, huwa ta’ importanza?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, il-fatt li l-kumpannija li b’hekk issir parti fil-proċeduri insegwitu tkun hija stess suġġetta għal proċeduri ta’ insolvenza, huwa ta’ importanza?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Jekk f’sitwazzjoni bħal dik imsemmija fl-ewwel domanda, il-konvenuta ssostni li t-talba għal kreditu kontriha invokata mill-istralċarju għandha tkun ikkumpensata b’talba kuntrarja għal kreditu li ġejja mill-istess kuntratt, din is-sitwazzjoni ta’ kumpens taqa’ taħt l-Artikolu 4(2)(d)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>L-Artikoli 4(2)(d) u 6(1) tar-Regolament Nru 1346/2000, moqrija flimkien, għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(1) huma applikabbli biss jekk il-liġi tal-Istat ta’ ftuħ ma tippermettix il-kumpens, jew l-Artikolu 6(1) jista’ japplika f’ċirkustanzi oħra,<?PAGE NO="5"?> per eżempju fejn hemm differenza biss bejn l-ordinamenti legali rilevanti dwar id-dritt għal kumpens fejn ma hemm l-ebda differenza, iżda dak il-kumpens huwa, minkejja dan, irrifjutat fl-Istat tal-ftuħ?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni Ewropea u l-Gvern Spanjol ippreżentaw sottomissjonijiet bil-miktub f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Dawn il-konklużjonijiet huma mqassmin kif ġej. Nibda bl-ewwel domanda preliminari u nikkonkludi li l-Artikolu 4 tar-Regolament fuq l-Insolvenza ma japplikax fir-rigward tal-kwistjoni tal-liġi applikabbli għat-talba tal-istralċjarju ta’ PPUB kontra CeDe (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>talba prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>) (A). Għalhekk, ma hemmx bżonn li jiġu indirizzati t-tieni u t-tielet domanda. Sussegwentement, ser nispjega għalfejn, wara ċ-ċessjoni tat-talba prinċipali lil KAN, ir-raba’ u l-ħames domanda saru ipotetiċi u, għalhekk, inammissibbli (B). Madankollu, ser nindirizza fil-qosor is-sustanza ta’ dawk il-mistoqsijiet sabiex nassisti lill-Qorti tal-Ġustizzja f’każ li tqis li dawn huma ammissibbli (C).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel domanda: l-applikabbiltà tal-Artikolu 4 tar-Regolament fuq l-Insolvenza għat-talba prinċipali</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk l-Artikolu 4 tar-Regolament fuq l-Insolvenza jkoprix l-azzjoni mibdija mill-istralċjarju ta’ PPUB. Jekk dan ikun il-każ, it-tieni u t-tielet domanda jistaqsu dwar l-implikazzjonijiet potenzjali tal-fatt li din it-talba ġiet ċeduta lil entità legali oħra (KAN) u li dik l-entità sussegwentement saret insolventi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Madankollu, il-portata eżatta tal-ewwel domanda ma hijiex ċara għalkollox, kif rifless fl-interpretazzjonijiet differenti ta’ dik il-kwistjoni mill-partijiet interessati li għamlu sottomissjonijiet bil-miktub.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni fehmet l-ewwel domanda bħala li tirreferi għall-portata <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tal-Artikolu 4 tar-Regolament fuq l-Insolvenza. Is-sottomissjonijiet tagħha għalhekk jeżaminaw jekk din id-dispożizzjoni tinkludix talba li tirriżulta minn kuntratt li jkun sar qabel il-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza. Il-Kummissjoni tikkonkludi li dan huwa minnu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Il-Gvern Spanjol jeżamina flimkien l-ewwel, ir-raba’ u l-ħames domanda. Fir-rigward tal-ewwel domanda, dan il-gvern isostni li, sa fejn il-<HT TYPE="ITALIC">lex concursus</HT> tirregola l-kundizzjonijiet għall-invokazzjoni ta’ tpaċija, il-<HT TYPE="ITALIC">lex concursus</HT> għandha tapplika għall-azzjoni mibdija mill-istralċjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Filwaqt li bħala prinċipju naqbel mal-fehmiet tal-Kummissjoni dwar il-portata <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tal-Artikolu 4 tar-Regolament fuq l-Insolvenza, nifhem li l-ewwel domanda hija usa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk ir-regoli dwar il-liġi applikabbli li jinsabu fl-Artikolu 4 tar-Regolament fuq l-Insolvenza jinkludux <HT TYPE="ITALIC">azzjoni</HT> bħal dik mibdija mill-istralċjarju ta’ PPUB quddiem il-qrati Svediżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>X’għandna nifhmu b’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>azzjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> f’dan il-kuntest? L-ewwel nett, id-domanda tista’ tinftiehem li tistaqsi jekk l-Artikolu 4 tar-Regolament fuq l-Insolvenza japplikax għat-<HT TYPE="ITALIC">talba</HT> prinċipali (oriġinarjament kuntrattwali) tal-istralċjarju ta’ PPUB, li tifforma l-bażi tal-azzjoni tiegħu. It-tieni nett, id-domanda tista’ tinftiehem bħala li tirreferi għall-possibbiltà li l-Artikolu 4 tar-Regolament fuq l-Insolvenza jista’ japplika għal ċerti <HT TYPE="ITALIC">aspetti</HT> (oħra) tal-proċeduri mibdija bl-azzjoni tal-istralċjarju, bħat-talba ta’ tpaċija.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Bl-ewwel interpretazzjoni (u fil-fatt iktar plawżibbli) tal-ewwel domanda, għandu jiġi osservat mill-bidu li t-talba prinċipali li hija s-suġġett tal-azzjoni oriġinali mibdija mill-istralċjarju ta’ PPUB hija talba għal ħlas li tirriżulta mir-relazzjoni <HT TYPE="ITALIC">kuntrattwali</HT> bejn PPUB u CeDe. Bħala tali, ma hemm xejn f’din it-talba, minbarra l-fatt li tressqet mill-istralċjarju ta’ PPUB, li jgħaqqadha ma’ proċeduri ta’ insolvenza u l-effetti tagħhom, fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament fuq l-Insolvenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Fid-digriet tar-rinviju tagħha, il-qorti nazzjonali tistaqsi speċifikament dwar ir-rilevanza tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament fuq l-Insolvenza, fir-rigward tal-ġurisdizzjoni għal proċeduri ta’ insolvenza. Skont din il-linja ġurisprudenzjali, l-Artikolu 3(1) tar-Regolament fuq l-Insolvenza jikkonferixxi ġurisdizzjoni biss fir-rigward ta’ dawk l-azzjonijiet li jirriżultaw direttament minn proċeduri ta’ insolvenza u li huma marbuta mill-qrib magħhom. Il-kriterju deċiżiv għal dak il-għan <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>ma huwiex il-kuntest proċedurali li fih taqa’ din l-azzjoni, iżda l-bażi legali ta’ din tal-aħħar. Skont dan l-approċċ, jeħtieġ li jiġi vverifikat jekk id-dritt jew l-obbligu li fuqu tkun ibbażata l-azzjoni joriġinax mir-regoli komuni tad-dritt ċivili u kummerċjali jew minn regoli derogatorji, speċifiċi għall-proċeduri ta’ insolvenza<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ara, l-iktar riċenti, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190206">6 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>NK</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑535/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:96">EU:C:2019:96</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Huwa minnu li, minn qari flimkien tal-Artikolu 3 u tal-Artikolu 4 tar-Regolament fuq l-Insolvenza, jirriżulta li dan ir-regolament jipprova jallinja l-qrati li għandhom ġurisdizzjoni internazzjonali mal-liġi applikabbli għall-proċeduri ta’ insolvenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara wkoll il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>NK (stralċjarju fil-fallimenti ta’ PI</NAME.CASE>) (<NO.CASE>C‑535/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:850">EU:C:2018:850</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Dan iwassal għal korrispondenza bejn ġurisdizzjoni u liġi applikabbli f’ħafna każijiet. B’mod partikolari, meta dispożizzjoni tiġi kklassifikata bħala li hija koperta mil-liġi fuq l-insolvenza għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni internazzjonali taħt l-Artikolu 3 tar-Regolament fuq l-Insolvenza, din il-konstatazzjoni tista’ wkoll tkun rilevanti għall-finijiet tad-determinazzjoni dwar jekk kwistjoni taqax taħt il-liġi applikabbli għal proċeduri ta’ insolvenza u l-effetti tagħhom, fis-sens tal-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-regolament. Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151210">10 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Kornhaas</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑594/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:806">EU:C:2015:806</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Anki jekk dik il-proposta ġenerali ma tistax tiġi ddubitata, għandu jiġi rrikonoxxut li l-korrispondenza tal-<HT TYPE="ITALIC">ius</HT> mal-<HT TYPE="ITALIC">forum</HT> ma tistax tiġi żgurata fil-każijiet kollha, sa fejn id-dispożizzjonijiet tal-liġi applikabbli tar-Regolament fuq l-Insolvenza huma rilevanti għal proċeduri barra minn dawk li jikkwalifikaw bħala proċeduri ta’ insolvenza. Tabilħaqq, filwaqt li l-Artikolu 3(1) tar-Regolament fuq l-Insolvenza huwa limitat għall-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni sabiex jinfetħu proċeduri ta’ insolvenza, l-Artikolu 4(1) huwa usa’, inkwantu jindika l-liġi applikabbli għal proċeduri ta’ insolvenza u l-<HT TYPE="ITALIC">effetti tagħhom</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi rrikonoxxut b’mod ċar li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament fuq l-Insolvenza ma hijiex awtomatikament trasponibbli, fl-aspetti kollha tagħha, għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament. Id-dispożizzjoni tal-aħħar għandha portata usa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Wara li ġie ċċarat dan il-punt, il-kwistjoni dwar jekk l-Artikolu 4 tar-Regolament fuq l-Insolvenza japplikax għat-talba prinċipali fil-kawża preżenti għandha tingħata risposta billi wieħed iżomm f’moħħu l-kontenut speċifiku ta’ din id-dispożizzjoni. L-Artikolu 4 tar-Regolament fuq l-Insolvenza jinkludi r-regola ġenerali dwar id-determinazzjoni tal-liġi applikabbli għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>proċedimenti ta’ falliment [insolvenza] u l-effetti tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. Dik il-liġi, skont l-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-regolament għandha tkun, sakemm ma jiġix ipprovdut mod ieħor fl-istess regolament, il-liġi tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinfetħu tali proċeduri (il-<HT TYPE="ITALIC">lex concursus</HT>). Barra minn hekk, l-Artikolu 4(2) tar-Regolament fih <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>elenku mhux eżawrjenti tal-punti differenti tal-proċeduri li huma rregolati mil-liġi tal-Istat tal-ftuħ tal-proċeduri<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100121">21 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>MG Probud Gdynia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑444/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:24">EU:C:2010:24</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li jinkludi, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>il-kondizzjonijiet li bihom il-kumpens b’bilanċ jista’ jiġi invokat<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> (Artikolu 4(2)(d)) u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>l-effetti tal-proċedimenti ta’ falliment [insolvenza] fuq kuntratti kurrenti li minnhom id-debitur jagħmel parti<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> (Artikolu 4(2)(e)).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Il-fatt li l-Artikolu 4(2) tar-Regolament fuq l-Insolvenza jagħmel riferiment għall-kundizzjonijiet għall-invokazzjoni ta’ tpaċija u għall-effetti tal-insolvenza fuq kuntratti kurrenti ma jistax ifisser, fl-opinjoni tiegħi, li kwalunkwe talba li għandha x’taqsam ma’ kuntratt fejn parti f’dak il-kuntratt hija suġġetta għal proċeduri ta’ insolvenza (u/jew meta tpaċija tiġi invokata kontra dak l-attur) taqa’ awtomatikament fil-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>proċedimenti ta’ falliment [insolvenza] u l-effetti tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ liema dispożizzjoni tirregola l-liġi applikabbli. Is-sempliċi fatt li huwa l-istralċjarju li ppreżenta rikors bħal dan ma jbiddilx din il-konklużjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Bl-istess mod, fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni kif irregolata mill-Artikolu 3(1) tar-Regolament fuq l-Insolvenza, il-Qorti tal Ġustizzja ddikjarat li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>fatt li, wara l-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza, tiġi eżerċitata mil-likwidatur [stralċjarju] innominat fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri u li dan tal-aħħar jaġixxi fl-interess tal-kredituri ma jbiddilx b’mod sostanzjali n-natura tagħha, li hija indipendenti minn proċedura ta’ insolvenza u li tibqa’ suġġetta, fil-mertu, għal regoli ta’ dritt komuni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>. Ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190206">6 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>NK</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑535/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:96">EU:C:2019:96</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Bl-istess mod, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090910">10 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>German Graphics Graphische Maschinen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑292/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:544">EU:C:2009:544</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>NK (stralċjarju fil-fallimenti ta’ PI</NAME.CASE>) (<NO.CASE>C‑535/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:850">EU:C:2018:850</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara, madankollu, fuq il-limiti għat-traspożizzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament fuq l-Insolvenza għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-regolament, il-punti 32 sa 34 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Każ bħal dak preżenti juri sew għalfejn kwalunkwe konklużjoni oħra twassal għal riżultati imprevedibbli jew saħansitra strambi. Il-liġi li tirregola t-talba kuntrattwali mhux biss tkun differenti minn dik li qablu dwarha l-partijiet, iżda wkoll tinbidel repetutament, minħabba ċessjonijiet sussegwenti u/jew iċ-ċessjonarji li jispiċċaw huma stess suġġetti għal proċeduri ta’ insolvenza. Dawn il-bidliet kollha fil-liġi applikabbli jkunu bbażati fuq avvenimenti li mhux biss jiġu wara d-data tal-konklużjoni tal-kuntratt u l-għażla tal-liġi applikabbli, iżda wkoll fil-biċċa l-kbira tagħhom ma jkunux konnessi mal-kuntratt. Barra minn hekk, dan kollu jista’ jseħħ waqt li l-proċeduri jkunu pendenti quddiem l-istess qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, jiena tal-fehma li l-Artikolu 4 tar-Regolament fuq l-Insolvenza għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli għal talba prinċipali li hija s-suġġett ta’ azzjoni ppreżentata quddiem il-qrati ta’ Stat Membru mill-istralċjarju ta’ kumpannija suġġetta għal proċeduri ta’ insolvenza fi Stat Membru ieħor, fejn dik l-azzjoni tfittex il-ħlas minn kumpannija oħra dovut minn obbligi kuntrattwali li jkunu saru qabel l-insolvenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din ir-risposta, ma hemmx lok li jiġu indirizzati t-tieni u t-tielet domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju. Madankollu, sa fejn il-kwistjonijiet imqajma ġeneralment b’dawk id-domandi jsiru rilevanti fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-ammissibbiltà tar-raba’ u l-ħames domanda, ser neżamina l-impatt taċ-ċessjoni tat-talba prinċipali ta’ PPUB lil KAN u l-insolvenza sussegwenti ta’ din l-aħħar kumpannija fit-Taqsima B ta’ dawn il-konklużjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, kif ġie rrilevat fil-punt 30 ta’ dawn il-konklużjonijiet, hija possibbli wkoll interpretazzjoni oħra tal-ewwel domanda. Skont din l-interpretazzjoni, l-ewwel domanda tirreferi għall-possibbiltà li jiġi kkonstatat li l-Artikolu 4 tar-Regolament fuq l-Insolvenza japplika għal <HT TYPE="ITALIC">ċerti aspetti tal-proċeduri mibdija bl-azzjoni</HT> tal-istralċjarju, bħat-talba għat-tpaċija. Għalhekk, skont din l-interpretazzjoni l-ewwel domanda ma tirrigwardax (biss, jew saħansitra xejn) bidla fil-liġi applikabbli għat-talba kuntrattwali prinċipali, iżda potenzjalment (ukoll) bidla applikabbli għal elementi oħra tal-azzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Li kieku tali interpretazzjoni tal-ewwel domanda kienet korretta, allura b’mod ċar l-ewwel domanda tkun effettivament tikkoinċidi mal-kontenut tar-raba’ domanda, li ser nittratta fit-Taqsima C.1 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Hawnhekk, huwa biżżejjed li jingħad li, b’mod ġenerali, il-fatt li l-proċeduri prinċipali ma humiex proċeduri ta’ insolvenza ma jipprekludix li l-Artikolu 4 tar-Regolament fuq l-Insolvenza jista’ jkun rilevanti għal ċerti aspetti ta’ dawn il-proċeduri.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni tiddetermina l-liġi applikabbli għal proċeduri ta’ insolvenza u <HT TYPE="ITALIC">għall-effetti tagħhom</HT>. Il-fatt li nfetħu proċeduri ta’ insolvenza fis-sens tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament fuq l-Insolvenza jfisser li l-istatus ta’ waħda mill-partijiet inbidel. Dan ovvjament jista’ jkollu riperkussjonijiet (u, f’dan is-sens, <HT TYPE="ITALIC">jipproduċi effetti</HT>) fi <HT TYPE="ITALIC">proċeduri oħra</HT>. Dan huwa kkonfermat mill-Artikolu 4(2) tar-Regolament fuq l-Insolvenza meta jirreferi għall-effetti li l-proċeduri ta’ insolvenza jista’ jkollhom fuq proċeduri oħra, bħalma jkollhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>fuq il-proċedimenti miġjuba minn kredituri individwali, bl-eċċezzjoni ta’ kawżi pendenti<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Artikolu 4(2)(f) tar-Regolament fuq l-Insolvenza.</P></NOTE>. Il-ġurisprudenza toffri iktar eżempji f’dan ir-rigward. Pereżempju, fil-kawża Senior Home, il-kwistjoni tal-liġi applikabbli (b’mod partikolari l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5 tar-Regolament fuq l-Insolvenza dwar il-liġi applikabbli għal drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT>) qamet lil hinn mill-proċeduri ta’ insolvenza (u l-Istat Membru tal-ftuħ tal-proċeduri)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161026">26 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Senior Home</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑195/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:804">EU:C:2016:804</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-raba’ u l-ħames domanda: ammissibbiltà</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Ir-raba’ domanda tistaqsi, essenzjalment, jekk it-tpaċija invokata minn CeDe kontra t-talba għall-ħlas imressqa mill-istralċjarju ta’ PPUB u li tirriżulta mill-istess ftehim hijiex koperta mill-Artikolu 4(2)(d) tar-Regolament fuq l-Insolvenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, din id-domanda tippreżupponi li t-tpaċija hija invokata kontra talba mressqa mill-istralċjarju ta’ kumpannija suġġetta għal proċeduri ta’ insolvenza. Madankollu, kif tispjega l-qorti tar-rinviju fit-talba għal deċiżjoni preliminari, it-talba prinċipali, oriġinarjament introdotta mill-istralċjarju ta’ PPUB, sadanittant ġiet ċeduta. Għalhekk, it-talba ta’ tpaċija issa qiegħda tiġi affermata fil-qafas tal-proċeduri bejn CeDe u KAN.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni taċ-ċessjoni, imqajma mill-qorti tar-rinviju fit-tieni domanda fir-rigward tal-kawża prinċipali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Peress li r-Regolament fuq l-Insolvenza ma jirregolax il-liġi applikabbli għat-talba prinċipali, din id-domanda ma għandhiex għalfejn tiġi indirizzata. Ara l-punt 39 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, hija rilevanti għall-evalwazzjoni tar-raba’ u l-ħames domanda, li jikkonċernaw l-applikabbiltà tal-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament tal-Insolvenza għat-talba ta’ tpaċija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Kif tosserva ġustament il-Kummissjoni, iċ-ċessjoni tat-talba prinċipali tqajjem dubji dwar il-ħtieġa li tingħata risposta għar-raba’ u l-ħames domanda. Fil-fatt, kif imfakkar fil-punt 35 ta’ dawn il-konklużjonijiet, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament fuq l-Insolvenza dwar il-liġi applikabbli u, b’mod partikolari, l-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament, japplikaw għal kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-proċeduri ta’ insolvenza nnifishom u għall-effetti tagħhom, kif iċċarat ulterjorment mit-tieni paragrafu ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, iċ-ċessjoni ta’ talba preċedentement magħmula minn kumpannija insolventi bħal PPUB (jew mill-istralċjarju tagħha) lil parti terza (inizjalment solventi) tfisser li l-proċeduri ta’ insolvenza <HT TYPE="ITALIC">ma</HT> <HT TYPE="ITALIC">jibqgħu jipproduċu ebda effett</HT> f’dan ir-rigward. Għalhekk, irrispettivament mill-kuntest potenzjali ta’ interpretazzjoni ta’ dik il-forma ta’ kliem, ma narax, konformement mal-azzjoni proposta mill-Kummissjoni fir-rigward tat-tieni domanda dwar iċ-ċessjoni tat-talba, kif id-dispożizzjonijiet tar-Regolament fuq l-Insolvenza dwar il-liġi applikabbli, inklużi l-Artikolu 4(2)(d) u l-Artikolu 6(1), jistgħu jkunu ta’ xi tip ta’ rilevanza għas-soluzzjoni tal-każ inkwistjoni fil-kawża prinċipali peress li, permezz taċ-ċessjoni, it-talba ma għadhiex konnessa ma’ proċeduri ta’ insolvenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>L-insolvenza sussegwenti tal-kreditur il-ġdid (KAN) ma taffettwax dan ir-riżultat fil-kawża preżenti. Skont l-informazzjoni mogħtija mill-qorti tar-rinviju, l-istralċjarju fil-proċeduri ta’ insolvenza li jaffettwaw lil KAN ma ħax f’idejh it-talba ta’ KAN kontra CeDe, bil-konsegwenza li KAN qiegħda taġixxi fil-proċedura quddiem il-qorti tar-rinviju f’isimha stess. Dan ifisser li din it-talba ma ġietx<?PAGE NO="9"?> imdaħħla f’massa oħra ta’ insolvenza u li ma tistax taffettwa l-patrimonju insolventi ta’ KAN kif amministrat mill-istralċjarju tagħha. Għaldaqstant it-talba ta’ tpaċija inkwistjoni ma tidhirx li għadha qiegħda tiġi affettwata minn xi proċeduri pendenti ta’ insolvenza, u għalhekk, taqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament fuq l-Insolvenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan, u irrispettivament minn jekk it-talba ta’ tpaċija ta’ CeDe kinitx inizjalment taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 4(2)(d) tar-Regolament fuq l-Insolvenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Naħseb li dan kien ikun tassew il-każ, kif nispjega fir-risposta tiegħi għar-raba’ domanda, elaborata bħala argument sussidjarju, fit-Taqsima C.1 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, għandu jiġi konkluż li, minħabba ċ-ċessjoni tat-talba prinċipali ta’ PPUB lil KAN, it-talba ta’ tpaċija ta’ CeDe ma għadhiex affettwata minn proċeduri ta’ insolvenza. Għalhekk, ma narax kif kwalunkwe risposta mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja għar-raba’ domanda tista’ tgħin lill-qorti nazzjonali sabiex tieħu deċiżjoni fil-kawża prinċipali. Ir-raba’ domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju, sa fejn tirreferi għall-applikabbiltà tal-Artikolu 4(2)(d) tar-Regolament fuq l-Insolvenza għal talba ta’ tpaċija mressqa kontra azzjoni mibdija mill-istralċjarju ta’ PPUB, għandha tiġi kkunsidrata ipotetika u, għalhekk, inammissibbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>il-ġustifikazzjoni ta’ talba għal deċiżjoni preliminari ma hijiex li tifformula opinjonijiet konsultattivi dwar kwistjonijiet ġenerali jew ipotetiċi, iżda l-bżonn inerenti għas-soluzzjoni effettiva ta’ kawża li tirrigwarda d-dritt tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>. Ara, pereżempju, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131107">7 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Romeo</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑313/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:718">EU:C:2013:718</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>L-istess destin għandu jolqot il-ħames domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju, li tirrigwarda r-relazzjoni bejn l-Artikolu 4(2)(d) u l-Artikolu 6(1) tar-Regolament fuq l-Insolvenza u dwar is-sitwazzjonijiet speċifiċi li għalihom jista’ japplika dak l-Artikolu 6(1).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-raba’ u l-ħames domanda, fil-kuntest speċifiku ta’ din il-kawża, huma ipotetiċi u, għalhekk, inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Sussidjarjament: ir-raba’ u l-ħames domanda (il-mertu)</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Sabiex nassisti bis-sħiħ lill-Qorti tal-Ġustizzja, jekk din ikollha tasal għal konklużjoni differenti fir-rigward tal-ammissibbiltà tar-raba’ u l-ħames domanda, ser nikkonkludi fil-qosor billi nindirizza l-kwistjonijiet sostantivi mqajma minn dawn id-domandi fil-kumplament ta’ dawn il-konklużjonijiet. Madankollu, għandi nirrimarka li d-digriet tar-rinviju joffri qafas fattwali u legali pjuttost inkomplet. Dan jagħmel l-analiżi alternattiva tiegħi neċessarjament qasira u astratta minħabba li n-natura eżatta tal-problema quddiem il-qorti nazzjonali tibqa’ kemxejn imċajpra għalija.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-raba’ domanda: l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(2)(d)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk it-tpaċija invokata minn CeDe kontra t-talba tal-istralċjarju ta’ PPUB hijiex koperta mill-Artikolu 4(2)(d) tar-Regolament fuq l-Insolvenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Għandu jiġi nnotat mill-bidu li, għalkemm l-Artikolu 4 tar-Regolament fuq l-Insolvenza (kif iċċarat b’risposta għall-ewwel domanda) ma jirregolax il-liġi applikabbli għat-talba prinċipali, dan ma jipprekludix, kif diġà indikat fil-punti 41 u 42 ta’ dawn il-konklużjonijiet, li din id-dispożizzjoni tista’ tabilħaqq tkun rilevanti fir-rigward ta’ elementi oħra ta’ dawk il-proċeduri, inkluża l-possibbiltà ta’ u l-kundizzjonijiet għal talba ta’ tpaċija. Fil-fatt, proċeduri ta’ insolvenza jista’ jkollhom effett fuq il-possibbiltà li tiġi invokata tpaċija bħal din kontra l-parti insolventi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tar-Regolament fuq l-Insolvenza jikkostitwixxi <HT TYPE="ITALIC">lex specialis</HT> fir-rigward tar-regola ġenerali fl-Artikolu 17 tar-Regolament Ruma I<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150416">16 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Lutz</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑557/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:227">EU:C:2015:227</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170608">8 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Vinyls Italia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑54/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:433">EU:C:2017:433</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li jgħid, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>[m]eta d-dritt għal tpaċija ma jkunx miftiehem mill-partijiet, it-tpaċija għandha tkun regolata mil-liġi applikabbli għal dak id-dritt li kontrih tiġi eċċepita t-tpaċija.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Bħala riżultat, anki jekk it-talba prinċipali hija rregolata mil-liġi ta’ Stat Membru, jibqa’ possibbli, bl-applikazzjoni tar-regola speċjali li tinsab fl-Artikolu 4 tar-Regolament fuq l-Insolvenza, li tpaċija tista’ tiġi rregolata bil-liġi ta’ Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, anki jekk id-deċiżjoni tar-rinviju tissuġġerixxi li r-raba’ domanda ssir biss fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda (jiġifieri, li kieku kellu japplika l-Artikolu 4 għat-talba prinċipali), ma nikkondividix il-fehma li d-destin ta’ tpaċija huwa ssiġillat b’dak tat-talba prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Ladarba ġie ċċarat dan, il-portata eżatta tar-raba’ domanda għadha, madankollu, trid tiġi kkonstatata. Fil-fatt, talba bħal dik invokata minn CeDe kontra t-talba prinċipali tirrikjedi lill-qorti nazzjonali tiddetermina (i) il-merti sostantivi tat-talba fir-rigward tan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt u (ii) il-kundizzjonijiet għat-tpaċija. Dan it-tieni saff jista’ jkopri kwistjonijiet differenti, skont jekk is-sistema nazzjonali tiddifferenzjax bejn kundizzjonijiet għall-eżistenza tad-dritt għal tpaċija u l-invokabbiltà tagħhom taħt ir-regoli ta’ insolvenza. Filwaqt li huwa ċar li l-Artikolu 4(2)(d) ma jikkonċernax il-kwistjonijiet dwar il-merti sostantivi li jistgħu jinqalgħu taħt (i)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Fuq il-bażi li kienet fil-fatt CeDe li ressqet kontrotalba kontra PPUB. B’mod ġenerali, l-istruttura eżatta tat-tilwima tiddependi fuq il-liġi nazzjonali u l-mod kif it-talba għal tpaċija tressqet fuq livell nazzjonali fil-każ individwali (kemm jekk bħala talba prinċipali parallela, kontrotalba, jew difiża). Madankollu, għall-finijiet ta’ din il-kawża, jidher ċar li ż-żewġ talbiet (sostantivi) dwar in-(nuqqas) ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt, imressqa minn PPUB u CeDe rispettivament, fi kwalunkwe forma, ikunu rregolati mill-istess liġi (Svediża) bħala l-liġi tal-kuntratt oriġinali.</P></NOTE>, li għandhom jiġu stabbiliti bil-liġi applikabbli għall-kuntratt kif miftiehem mill-partijiet, ma jidhirx b’mod ċar liema aspetti ta’ (ii) huma koperti mill-Artikolu 4(2)(d) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-kliem tal-Artikolu 4(2)(d) tar-Regolament fuq l-Insolvenza assolutament ma huwiex ċar f’dan ir-rigward. Xi verżjonijiet lingwistiċi jidhru li jimplikaw li dak li huwa rregolat minn din id-dispożizzjoni huwa l-kundizzjonijiet li taħthom it-tpaċija tista’ tiġi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>invokata<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> (bis-suġġeriment, għalhekk, tal-possibbiltà li jiġu invokati fil-proċeduri ta’ insolvenza)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Pereżempju, EN: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>the conditions under which set-offs may be invoked<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>; ES: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>las condiciones de oponibilidad de una compensación<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>; DE: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>die Voraussetzungen für die Wirksamkeit einer Aufrechnung<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>; FR: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>les conditions d’opposabilité d’une compensation<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>; IT: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>le condizioni di opponibilità della compensazione<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>; NL: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>onder welke voorwaarden een verrekening kan worden tegengeworpen<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>; PT: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>As condições de oponibilidade de uma compensação<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>.</P></NOTE>, filwaqt li verżjonijiet lingwistiċi oħra jirreferu biss għall-kundizzjonijiet għal tpaċija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Pereżempju, CS: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>podmínky, za kterých může dojít k započtení pohledávek<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>; EL: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>οι προϋποθέσεις συμψηφισμού<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>; FI: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>kuittauksen edellytykset<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>; SV: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>förutsättningarna för kvittning<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>.</P></NOTE>, li jistgħu jinftiehmu li jinkludu l-kundizzjonijiet sostantivi għat-tpaċija wkoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Din l-inċertezza xprunat diskussjoni akkademika dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(2)(d) tar-Regolament fuq l-Insolvenza. Jidher li hemm tliet approċċi għal din il-kwistjoni. Skont l-ewwel interpretazzjoni, l-<HT TYPE="ITALIC">eżistenza tad-dritt ta’ tpaċija</HT> hija kwistjoni preliminari, irregolata mil-liġi applikabbli għat-talba prinċipali, u l-Artikolu 4(2)(d) imbagħad japplika biss għall-possibbiltà <HT TYPE="ITALIC">proċedurali</HT> ta’ invokazzjoni ta’ tpaċija fil-proċeduri ta’ insolvenza. Skont it-tieni interpretazzjoni, l-Artikolu 4(2)(d) ikopri l-liġi applikabbli għad-dritt ta’ tpaċija nnifisha. It-tielet interpretazzjoni tgħid li l-portata speċifika tal-Artikolu 4(2)(d) tiddependi fuq il-<HT TYPE="ITALIC">lex concursus</HT>. Din tippermetti lill-Artikolu 4(2)(d) jibqa’ newtrali u ma tagħti preferenza lil ebda sistema nazzjonali fuq oħrajn<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Għal sunt ta’ din id-diskussjoni ara, pereżempju, Pannen u Riedermann, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>Article 4. Law applicable<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, f’Pannen, K., (editur), <HT TYPE="ITALIC">European Insolvency Regulation</HT>, De Gruyter Recht, Berlin, 2007, p. 225; Garcimartín Alférez, F. J., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>El Reglamento de Insolvencia: una aproximación general<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> fi <HT TYPE="ITALIC">Cuadernos de derecho judicial</HT>, nru 4, 2001, pp. 229-352, f’pp. 286 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>; u, insostenn tat-tielet interpretazzjoni, Virgós, M. u Garcimartín Alférez, F., <HT TYPE="ITALIC">The European Insolvency Regulation: Law and Practice</HT>, Kluwer Law International, Den Haag, 2004, pp. 112 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Din il-kwistjoni għandha tiġi evalwata billi titqies in-natura partikolari tat-tpaċija. Kif qalet il-Qorti tal-Ġustizzja, it-tpaċija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>ittemm fl-istess ħin żewġ obbligi li jeżistu reċiprokament bejn żewġ persuni<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030710">10 ta’ Lulju 2003</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs CCRE</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑87/01 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:400">EU:C:2003:400</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Huwa fl-istess ħin, u għaż-żewġ partijiet involuti, mezz ta’ ħlas (eżekuzzjoni ta’ obbligu) u ta’ infurzar: bl-invokazzjoni ta’ tpaċija parti ġġiegħel lid-debitur tagħha jħallas<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Pichonnaz, P. u Gullifer, L., <HT TYPE="ITALIC">Set-off in Arbitration and Commercial Transactions</HT>, Oxford University Press, Oxford, 2014, p. 72, punt 4.10.</P></NOTE>. Dan ifisser li, fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ insolvenza, it-tpaċija taffettwa direttament il-<HT TYPE="ITALIC">par conditio creditorum</HT>, billi l-kredituri li jkollhom talbiet ta’ tpaċija jistgħu jiksbu sodisfazzjon sħiħ tat-talbiet tagħhom barra mill-proċeduri ta’ insolvenza. Meta jittieħed inkunsiderazzjoni dan il-fatt, l-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali tal-Istati Membri differenti ħadu pożizzjonijiet differenti, u xi kultant pjuttost diverġenti, lejn il-kwistjoni tat-tpaċija fl-insolvenza, jew billi adottaw pożizzjoni protettiva tal-kreditur individwali (li tqis it-tpaċija bħala mezz ta’ garanzija) jew tal-kredituri kollha tad-debitur insolventi (billi t-tpaċija tiġi limitata b’riferiment għall-prinċipju <HT TYPE="ITALIC">pari passu</HT>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara, b’mod ġenerali, dwar l-approċċi sistematiċi differenti għat-tpaċija fl-insolvenza, Zimmermann, R., <HT TYPE="ITALIC">Comparative Foundations of a European Law of Set-Off and Prescription</HT>, Cambridge University Press, Cambridge, 2002; u Johnston, W., Werlen, T. u Link, F., <HT TYPE="ITALIC">Set-Off Law and Practice: An International Handbook</HT>, it-tielet edizzjoni, Oxford University Press, Oxford, 2018.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Fid-dawl kemm tal-oqfsa legali diverġenti għat-tpaċija fil-kuntest tal-insolvenza fl-Istati Membri differenti, kif ukoll tar-raġunamenti differenti li fuqhom huma bbażati dawk is-sistemi, insib it-tielet approċċ deskritt hawn fuq iktar raġonevoli f’termini prattiċi. Il-kamp ta’ applikazzjoni speċifiku tal-Artikolu 4 fir-rigward tat-tpaċija jirriżulta minn qari flimkien tal-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 4 tar-Regolament fuq l-Insolvenza. Filwaqt li l-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-regolament jistabbilixxi bħala r-regola ġenerali li l-liġi applikabbli għall-proċeduri ta’ insolvenza <HT TYPE="ITALIC">u l-effetti tagħhom</HT> għandha tiġi stabbilita mil-<HT TYPE="ITALIC">lex concursus</HT>, l-Artikolu 4(2) fih lista mhux eżawrjenti ta’ dawk l-effetti, li jinkludu, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>(d) il-kondizzjonijiet li bihom il-kumpens b’bilanċ jista’ jiġi invokat<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>. Dan jissuġġerixxi li kull meta l-<HT TYPE="ITALIC">lex concursus</HT> tistabbilixxi li l-insolvenza tipproduċi xi effetti fuq it-tpaċija, dawk l-effetti huma rregolati minnha. Bħala riżultat, f’sistemi nazzjonali fejn it-tpaċija topera bħala effett tal-insolvenza nnifisha, din tkun taqa’, bħala tali, taħt l-Artikolu 4 tar-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Madankollu, nixtieq xorta waħda niddisswadi lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tieħu pożizzjoni fuq din il-kwistjoni fil-kuntest ta’ din il-kawża. Il-kwistjonijiet imqajma bir-raba’ u l-ħames domanda huma ferm iktar profondi. Dawn jistħoqqilhom diskussjoni legali informata sewwa u kompleta, u mhux stqarrija każwali f’kawża fejn il-fatti li fuqhom huma bbażati d-domandi magħmula kif ukoll ir-rilevanza ta’ dawk id-domandi xejn ma jkunu ċari.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-ħames domanda: l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju titlob kjarifika tat-tifsira tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament fuq l-Insolvenza. Il-qorti nazzjonali għandha dubji dwar il-kamp ta’ applikazzjoni preċiż tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament fuq l-Insolvenza: Japplika biss jekk it-tpaċija ma tkunx possibbli taħt il-<HT TYPE="ITALIC">lex concursus</HT>? Japplika wkoll fejn ikun hemm ċerti differenzi bejn il-possibbiltajiet ta’ tpaċija offruti mil-<HT TYPE="ITALIC">lex concursus</HT> u l-liġi applikabbli għat-talba prinċipali? Huwa applikabbli anki jekk ma hemmx differenzi fil-liġi, imma tpaċija ġiet miċħuda fl-Istat Membru tal-ftuħ tal-proċeduri?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tar-Regolament fuq l-Insolvenza huwa espressjoni tal-mudell <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>universalità limitata<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> tar-Regolament fuq l-Insolvenza, li skontu, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>minn naħa, il-liġi applikabbli għall-proċedura prinċipali ta’ insolvenza u għall-effetti tagħha hija dik tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinfetaħ din il-proċedura, filwaqt li, min-naħa l-oħra, l-imsemmi regolament jipprevedi numru ta’ eċċezzjonijiet għal din ir-regola<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161026">26 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Senior Home</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑195/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:804">EU:C:2016:804</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Szpunar f’dik il-kawża</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑195/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:369">EU:C:2016:369</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Kif enfasizzat mill-premessa 24 tar-Regolament fuq l-Insolvenza, l-introduzzjoni ta’ numru ta’ eċċezzjonijiet għar-regola ġenerali hija intiża li tipproteġi l-aspettattivi leġittimi u ċ-ċertezza tat-tranżazzjonijiet fi Stati Membri li ma jkunux dawk li fihom jinfetħu l-proċeduri.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Ir-raġunament speċifiku li jispira l-eċċezzjoni ta’ tpaċija huwa kkjarifikat ulterjorment mill-premessa 26 tar-Regolament fuq l-Insolvenza, li tgħid li l-Artikolu 6 ta’ dan ir-regolament huwa mfassal sabiex jindirizza sitwazzjonijiet fejn tpaċija ma hijiex permessa taħt il-<HT TYPE="ITALIC">lex concursus</HT>. F’tali ċirkustanzi, il-kreditur għandu madankollu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>jkun intitolat għal kumpens b’bilanċ [tpaċija] jekk dan ikun possibli skond il-liġi applikabbli għat-talba tal-falliment tad-debitur<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>. Dik il-premessa tispjega ulterjorment ir-raġuni għal din l-eċċezzjoni: it-tpaċija takkwista <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>tip ta’ garanzija bbażata fuq id-dispożizzjonijiet legali li fuqhom ikun jista’ joqgħod il-kreditur ikkonċernat meta titressaq it-talba.<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, minn qari letterali u sistematiku jidher li l-Artikolu 6 tar-Regolament fuq l-Insolvenza (bħal dispożizzjonijiet speċifiċi oħra, bħall-Artikolu 5), jiffunzjona bħala eċċezzjoni fir-rigward tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament. Fil-fatt, l-Artikolu 6(1) tar-Regolament fuq l-Insolvenza <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>jikkorreġi<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> r-regola ġenerali fl-Artikolu 4 (li jistabbilixxi r-regola ġenerali tal-<HT TYPE="ITALIC">lex concursus</HT>) sabiex tinżamm iċ-ċertezza legali ta’ dawk il-kredituri li kienu jgawdu minn dritt ta’ tpaċija taħt il-liġi applikabbli għat-talba tad-debitur insolventi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara, ukoll, Virgós, M. u Schmit, E., Report on the Convention on Insolvency Proceedings of <DATE ISO="19960503">3 May 1996</DATE> (Rapport fuq il-Konvenzjoni dwar il-Proċeduri ta’ Insolvenza tat-<DATE ISO="19960503">3 ta’ Mejju 1996</DATE>) (Dokument tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Nru 6500/96, DRS 8 (CFC)), punt 109: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>B’dan il-mod, it-tpaċija ssir, fis-sustanza, tip ta’ garanzija rregolata minn liġi li fuqha l-kreditur ikkonċernat jista’ joqgħod fil-mument li jikkuntratta jew ibati t-talba<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>F’dak il-kuntest, id-domanda mill-qorti tar-rinviju tirriżolvi ruħha għall-kwistjoni dwar jekk in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>nuqqas ta’ permissibbiltà<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> ta’ tpaċija fil-<HT TYPE="ITALIC">lex concursus</HT> taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament fuq l-Insolvenza għandux jiġi indirizzat f’termini konkreti jew astratti sabiex tiġi applikata l-eċċezzjoni stabbilita fl-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tiddeskrivi tliet interpretazzjonijiet possibbli: l-Artikolu 6 jista’ jinftiehem bħala li japplika (a) fejn it-talbiet ta’ tpaċija ma humiex permessi mil-<HT TYPE="ITALIC">lex concursus</HT>; jew, (b) fejn dawn huma permessi taħt kundizzjonijiet differenti; jew ukoll, (c) fejn, wara li jiġu applikati l-kundizzjonijiet għat-tpaċija – li jistgħu jkunu identiċi – tpaċija ma tkunx permessa f’każ speċifiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkunsidra li, minħabba l-funzjoni tiegħu bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>garanzija<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, l-Artikolu 6(1) tar-Regolament fuq l-Insolvenza japplika irrispettivament minn jekk il-<HT TYPE="ITALIC">lex concursus</HT> tippermettix tpaċija b’mod ġenerali jew f’każ speċifiku. Min-naħa l-oħra, il-Gvern Spanjol jidher li jargumenta li, jekk il-<HT TYPE="ITALIC">lex concursus</HT> tippermetti tpaċija (b’xi mod), allura għandha tkun il-liġi applikabbli, mingħajr ebda possibbiltà ta’ invokazzjoni tal-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament fuq l-Insolvenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Jiena naqbel mal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, l-Artikolu 6(1) tar-Regolament fuq l-Insolvenza jistabbilixxi li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment m’għandhomx jeffetwaw <HT TYPE="ITALIC">id-dritt tal-kredituri</HT> li jinsistu fuq kumpens b’bilanċ [tpaċija] tat-talbiet tagħhom […] <HT TYPE="ITALIC">meta kumpens b’bilanċ ikun permissibli</HT> bil-liġi applikabbli għat-talbiet tad-debitur fallut<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Enfasi miżjuda.</P></NOTE>. Ir-riferiment għall-fatt li d-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>dritt […] li jinsistu fuq kumpens b’bilanċ [tpaċija]<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> ma jiġix affettwat jissuġġerixxi li tali dritt għal talba ta’ tpaċija tat-talbiet jeżisti diġà f’każ <HT TYPE="ITALIC">speċifiku</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-għan tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament fuq l-Insolvenza li tiġi ssalvagwardjata ċ-ċertezza legali fi tranżazzjonijiet kummerċjali stabbiliti mill-premessa 26 jista’ jintlaħaq biss jekk it-test tan-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>nuqqas ta’ permissibbiltà<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> jiġi indirizzat b’mod konkret. Fil-fatt, sabiex jaqdi l-funzjoni tiegħu bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>garanzija<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>, l-Artikolu 6(1) tar-Regolament fuq l-Insolvenza għandu japplika fejn il-liġi applikabbli għat-talba tad-debitur insolventi kienet tippermetti tpaċija bħal din fil-każ speċifiku.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Fil-qosor, billi jiġi adottat approċċ iffokat fuq eżiti konkreti prodotti mil-liġijiet applikabbli rispettivi f’kunflitt f’każ speċifiku, it-test li għandu jiġi applikat irid jiffoka fuq is-soluzzjoni speċifika li tista’ tintlaħaq mil-liġi applikabbli għat-talba prinċipali (inkluża l-liġi dwar l-insolvenza).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Dan ifisser li l-Artikolu 6(1) tar-Regolament fuq l-Insolvenza għandu japplika mhux biss fejn il-<HT TYPE="ITALIC">lex concursus</HT> teskludi għalkollox il-possibbiltà li tiġi applikata tpaċija, iżda wkoll f’każijiet fejn il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ aċċess għal tpaċija jkunu differenti, sabiex, skont il-<HT TYPE="ITALIC">lex concursus</HT>, tpaċija ma tkunx possibbli f’każ speċifiku, filwaqt li kienet tkun possibbli taħt il-liġi applikabbli għat-talba prinċipali. Fi kliem ieħor, sabiex ma jkunx japplika l-Artikolu 6(1) tar-Regolament fuq l-Insolvenza, għandu jkun hemm <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>ekwivalenza materjali<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> bejn iż-żewġ settijiet ta’ regoli, sabiex il-<HT TYPE="ITALIC">lex concursus</HT> tibqa’ applikabbli. Għaldaqstant, is-sempliċi fatt li l-<HT TYPE="ITALIC">lex concursus</HT> tippermetti, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-possibbiltà ta’ tpaċija ma jipprekludix l-applikabbiltà tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament fuq l-Insolvenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-aħħar subdomanda magħmula mill-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar is-sitwazzjoni fejn ir-regoli tal-<HT TYPE="ITALIC">lex concursus</HT> u l-<HT TYPE="ITALIC">lex causae</HT> jkunu ekwivalenti iżda l-applikazzjoni tagħhom fil-każ speċifiku twassal għal konklużjonijiet differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Id-deskrizzjoni tal-fatti pprovduta mill-qorti tar-rinviju sfortunatament għal darba oħra hija limitata ħafna f’dan ir-rigward. L-unika informazzjoni pprovduta tgħid li l-istralċjarju ċaħad it-talba ta’ tpaċija fil-qafas tal-proċeduri ta’ insolvenza, mingħajr ma indikat raġunijiet sottostanti. Fin-nuqqas ta’ sensiela speċifika ta’ fatti li fuqhom hija bbażata din id-domanda, kif ukoll ta’ kwalunkwe indikazzjoni dwar il-kontenut tal-<HT TYPE="ITALIC">lex concursus</HT> jew tal-liġi li tirregola t-talba prinċipali, fil-fehma tiegħi l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex l-elementi meħtieġa sabiex tagħti risposta għal din id-domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, bħala kunsiderazzjoni finali u konklużiva, għandu jiġi enfasizzat li, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament fuq l-Insolvenza, il-proċeduri prinċipali ta’ insolvenza fi Stat Membru speċifiku għandhom ikunu rrikonoxxuti fl-Istati Membri l-oħra kollha u li l-Artikolu 25 tar-Regolament jestendi dik ir-regola ta’ rikonoxximent għas-sentenzi kollha relatati mal-iżvolġiment u l-għeluq tal-proċeduri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121122">22 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Bank Handlowy u Adamiak</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑116/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:739">EU:C:2012:739</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi kif ġej għad-domanda preliminari magħmula mill-Högsta domstolen (il-Qorti Suprema, l-Isvezja):</TXT><P>L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad‑<DATE ISO="20000529">29 ta’ Mejju 2000</DATE> dwar proċedimenti ta’ falliment [insolvenza] għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli għal talba li hija s-suġġett ta’ azzjoni ppreżentata quddiem il-qrati ta’ Stat Membru mill-istralċjarju ta’ kumpannija suġġetta għal proċeduri ta’ insolvenza fi Stat Membru ieħor, fejn dik l-azzjoni tkun intiża għall-ħlas minn kumpannija oħra fuq il-bażi ta’ obbligi kuntrattwali li jkunu saru qabel dik l-insolvenza.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>