<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTB.0800881101.case.xml"><NO.CASE>C-395/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CJ0395</NO.CELEX><NO.SEQ>0022.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-8813</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-8831</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>19</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20100930">30.9.2010</DATE> — KAWŻA C-395/09</LEFT><RIGHT>OASIS EAST</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Seba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20100930">30 ta’ Settembru 2010</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-395/09,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa minn Naczelny Sąd Administracyjny (Il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20090806">6 ta’ Awwissu 2009</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20091013">13 ta’ Ottubru 2009</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Oasis East sp. z o.o.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Minister Finansów,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta (Relatur), President tal-Awla, J. Malenovský u T. von Danwitz, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-8814"?><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: C. Strömholm, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20100707">7 ta’ Lulju 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Oasis East sp. z o.o., minn M. Wojda u J. Martini,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn M. Szpunar u M. Jarosz, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Owsiany-Hornung u K. Herrmann, kif ukoll minn D. Triantafyllou, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-8815"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari hija dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 17(2) u (6) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/38/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, tal-<DATE ISO="19950410">10 ta’ April 1995</DATE>, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 274, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Sitt Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), li d-dispożizzjonijiet tagħha, essenzjalment, ġew riprodotti fl-Artikolu 176 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Oasis East sp. z o.o. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Oasis East<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u l-Minister Finansów (Ministru tal-Finanzi Pollakk).</TXT></NP><?PAGE NO="I-8816"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 17(2) u (6) tas-Sitt Direttiva, fil-formulazzjoni tiegħu li tirriżulta mill-Artikolu 28f tagħha,</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="017.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Sakemm il-merkanzija u s-servizi jintużaw għall-iskop tat-transazzjonijiet taxxabbli tagħha, il-persuna taxxabbli tkun intitolata li tnaqqas mit-taxxa li għandu jħallas:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>taxxa fuq il-valur miżjud [(iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>VAT<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/>)] imħalsa għal merkanzija jew servizzi pprovduti jew li se jkunu pprovduti lilha minn persuna taxxabbli oħra li għandha tħallas it-taxxa fit-territorju tal-pajjiż</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM></LIST></P><P>Qabel perjodu ta’ erba’ snin ta’ l-inqas ikunu għaddew mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, il-Kunsill, jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi liema nefqa m’għandiex tkun eleġġibli għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud. It-taxxa fuq il-valur miżjud fl-ebda ċirkostanza m’għandha tkun imnaqqsa fuq spejjeż li mhux strettament nefqa tan-negozju, bħal dik fuq il-lussu, pjaċiri jew divertiment.</P><?PAGE NO="I-8817"?><P>Sa kemm ir-regoli ta’ fuq jidħlu fis-seħħ, Stati Membri jistgħu iżommu l-esklużjonijiet kollha pprovduti taħt il-liġijiet nazzjonali meta din id-Direttiva tidħol fis-seħħ<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Is-Sitt Direttiva ġiet abrogata u sostitwita bid-Direttiva 2006/112.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 176 ta’ din l-aħħar direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Il-Kunsill, li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jistabbilixxi n-nefqa li fir-rispett tagħha l-VAT m’għandhiex tkun tista’ titnaqqas. It-VAT fl-ebda ċirkostanza m’għandha tkun tista’ titnaqqas fir-rigward tan-nefqa li mhijiex strettament nefqa tan-negozju, bħal dik fuq il-lussu, pjaċiri jew divertiment.</P><P>Sa kemm id-disposizzjonijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu jidħlu fis–seħħ, l-Istati Membri jistgħu jżommu l-esklużjonijiet kollha pprovduti skond il-liġijiet nazzjonali fl-<DATE ISO="19790101">1 ta’ Jannar 1979</DATE> jew, fil-każ ta’ l-Istati Membri li aderew għall-Komunità wara dik id-data, fid-data ta’ l-adeżjoni tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-8818"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 25(1a) tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (ustawa o podatku VAT z roku 1993), tat-<DATE ISO="19930108">8 ta’ Jannar 1993</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>liġi tal-1993 dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Is-servizzi importati akkwistati mill-persuna taxxabbli u li l-prezz tagħhom huwa mħallas direttament jew indirettament lil persuna li għandha r-residenza, l-uffiċċju rreġistrat jew l-amministrazzjoni tagħha fuq wieħed mit-territorji jew f’wieħed mill-pajjiżi indikati fl-Anness 9 tal-liġi, ma jagħtux lok għal tnaqqis tal-ammont jew għal ħlas lura tad-differenza tat-taxxa dovuta<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Anness 9 tal-liġi tal-1993 dwar il-VAT, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Lista tal-pajjiżi (territorji) li fir-rigward tagħhom l-ammont ta’ VAT fuq l-importazzjoni ta’ servizzi ma jagħti lok la għal tnaqqis tal-ammont tal-VAT dovuta u lanqas għall-ħlas lura tad-differenza tal-VAT dovuta<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> jinkludi l-lista li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1)</NO.P><TXT>Il-Prinċipat ta’ Andorra;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Angwilla, territorju awtonomu dipendenti tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Antigwa u Barbuda;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-8819"?><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Aruba, territorju awtonomu tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>Il-Commonwealth tal-Baħamas;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Baħrejn;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT>Barbados;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>8)</NO.P><TXT>Beliże;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>9)</NO.P><TXT>Bermuda, dipendenza tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>10)</NO.P><TXT>Il-Gżejjer Verġni, dipendenza tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>11)</NO.P><TXT>Il-Gżejjer Cook, territorju awtonomu assoċjat man-New Zealand;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-8820"?><ITEM><NP><NO.P>12)</NO.P><TXT>Il-Commonwealth ta’ Dominika;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>13)</NO.P><TXT>Ġibiltà, dipendenza tar-Renju Britanniku;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>14)</NO.P><TXT>Grenada;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>15)</NO.P><TXT>Guernesey/Sark/Aurigny, dipendenża tar-Renju Britanniku;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>16)</NO.P><TXT>Ħong-Kong, reġjun amministrattiv speċjali tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>17)</NO.P><TXT>Jersey, dipendenza tar-Renju Britanniku;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>18)</NO.P><TXT>Il-Gżejjer Kajman, dipendenza tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>19)</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Liberja;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-8821"?><ITEM><NP><NO.P>20)</NO.P><TXT>Il-Prinċipat ta’ Liechtenstein;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>21)</NO.P><TXT>Il-Makaw, reġjun amministrattiv speċjali tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>22)</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Maldive;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>23)</NO.P><TXT>Il-Gżira ta’ Man, dipendenza tar-Renju Britanniku;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>24)</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Gżejjer Marshall;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>25)</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Mawrizju;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>26)</NO.P><TXT>Il-Prinċipat ta’ Monako;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>27)</NO.P><TXT>Monserrat, dipendenza tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-8822"?><ITEM><NP><NO.P>28)</NO.P><TXT>Ir-Repubblika ta’ Nauru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>29)</NO.P><TXT>Antilles Olandiżi, dipendenza tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>30)</NO.P><TXT>Niue, territorju awtonomu assoċjat man-New Zealand;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>31)</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Panama;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>32)</NO.P><TXT>L-Istat indipendenti ta’ Samoa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>33)</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tas-Seychelles;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>34)</NO.P><TXT>Il-Federazzjoni ta’ Saint Kitts u Nevis;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>35)</NO.P><TXT>Santa Luċija;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>36)</NO.P><TXT>Saint-Vincent u l-Grenadini;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-8823"?><ITEM><NP><NO.P>37)</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Tonga;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>38)</NO.P><TXT>Il-Gżejjer Turks u Kajkos, dipendenza tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>39)</NO.P><TXT>Il-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti, territorju mhux inkorporat mal-Istati Uniti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>40)</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Vanwatu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>41)</NO.P><TXT>Emirati Għarab Magħquda<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Din is-sistema fiskali, kienet ġiet stabbilita, essenzjalment, mid-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-valur miżjud (ustawa o podatku VAT z roku 2004), tal-<DATE ISO="20040311">11 ta’ Marzu 2004</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>liġi tal-2004 dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), jiġifieri mill-Artikolu 88(1)(1) ta’ din il-liġi moqrija flimkien mal-Anness 5 tagħha, fejn il-lista li tinsab f’dan l-anness tinkludi 39 Stati u territorji minflok 41. Dawn id-dispożizzjonijiet daħlu fis-seħħ fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Oasis East tipproduċi u tbigħ funtani tal-ilma li jkessħu. Fil-kuntest tal-attivitajiet tagħha, li jinkludu wkoll servizzi ta’ wara l-bejgħ, hija tirrikorri għall-provvista ta’ servizzi proposti minn impriża stabbilita f’wieħed mit-territorji elenkati fl-Anness 9 tal-liġi tal-1993 dwar il-VAT, li l-anness tagħha ġie sostitwit mill-Anness 5 tal-liġi<?PAGE NO="I-8824"?> tal-2004 dwar il-VAT. Din l-impriża tforni lil Oasis East servizzi ta’ ġestjoni u ta’ assistenza teknika. Dawn il-provvisti huma b’mod partikolari relatati mal-attivitajiet segwenti, jiġifieri marketing, organizzazzjoni u parteċipazzjoni fil-qasam ta’ fieri internazzjonali, operazzjonijiet li jaqgħu taħt il-pjanifikazzjoni tal-produzzjoni, servizzi ta’ inġiniera, pariri finanzjarji u kontijiet, organizzazzjoni ta’ trasport, servizzi marbuta mal-użu ta’ sistemi informatiċi, koordinazzjoni fil-qasam ta’ xiri u bejgħ.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20071228">28 ta’ Diċembru 2007</DATE>, Oasis East staqsiet lid-direttur finanzjarju ta’ Katowice, dwar jekk, mill-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, hija kellhiex id-dritt li tnaqqas l-ammont tat-taxxa tal-input imħallsa minħabba l-importazzjoni ta’ servizzi amministrattivi li l-prezz tagħhom huwa mħallas lil impriża li hija stabbilita f’wieħed mit-territorji li jinsab fl-Anness 5 tal-liġi tal-2004 dwar il-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Id-direttur tal-finanzi ta’ Katowice, permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20080404">4 ta’ April 2008</DATE>, ta risposta negattiva għad-domanda magħmula minn Oasis East. Huwa kkunsidra li din tal-aħħar ma kellhiex id-dritt tnaqqas it-taxxa tal-input imħallsa, peress li l-prezz tas-servizzi kkonċernati kien imħallas lil impriża li stabbilit ir-residenza, l-uffiċċju rreġistrat jew l-amministrazzjoni tagħha f’wieħed mill-Istati jew territorji msemmija fl-Anness 5 tal-liġi tal-2004 dwar il-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Id-direttur tal-finanzi ta’ Katowice osserva li l-leġiżlazzjoni nazzjonali ma kinitx inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, peress li l-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva jippermetti lill-Istati Membri li jżommu l-esklużjonijiet kollha previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-mument tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva. Minn dan iddeduċa li r-Repubblika tal-Polonja kienet żammet il-possibbiltà li żżomm fis-seħħ ir-restrizzjonijiet fil-qasam tat-tnaqqis tal-VAT li kienu jeżistu fid-data tal-adeżjoni tagħha fl-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8825"?><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20080618">18 ta’ Ġunju 2008</DATE>, Oasis East ressqet rikors kontra l-imsemmija deċiżjoni tal-<DATE ISO="20080404">4 ta’ April 2008</DATE> quddiem il-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gliwicach (qorti amministrattiva ta’ voïevodie de Gliwice).</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, din il-qorti ċaħdet ir-rikors ta’ Oasis East. Hija kkunsidrat li ż-żamma, fis-sistema legali nazzjonali, tal-esklużjoni msemmija fl-Artikolu 88(1)(1) tal-liġi tal-2004 dwar il-VAT ma tikkostitwixxix ksur tal-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fl-appell tagħha fil-kassazzjoni ppreżentat fid-<DATE ISO="20090309">9 ta’ Marzu 2009</DATE>, Oasis East tenniet l-argument invokat preċedentement. In-Naczelny Sąd Administracyjny, f’dawn il-kundizzjonijiet, iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Id-dritt Komunitarju, u b’mod partikolari l-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva [...] (li issa sar l-Artikolu 176 tad-Direttiva [...] 2006/112/KE [...]), jippermetti lil Stat Membru japplika dispożizzjonijiet nazzjonali li jeskludu d-dritt ta’ persuna taxxabbli li tnaqqas l-ammont ta’ taxxa dovuta, jew li tirċievi l-ħlas lura tad-differenza fit-taxxa dovuta fil-każ ta’ akkwist ta’ servizzi importati, li l-prezz tagħhom jitħallas direttament jew indirettament lil persuna li tkun stabbilixxiet ir-residenza tagħha, l-uffiċċju rreġistrat tagħha jew l-amministrazzjoni tagħha f’wieħed mit-territorji jew pajjiżi li fil-liġi nazzjonali jissejħu <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>tax havens<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/>, fid-dawl tal-fatt li din l-esklużjoni kienet ġiet adottata fl-Istat Membru qabel is-sħubija tiegħu fil-Komunità?<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-8826"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva, li d-dispożizzjonijiet tiegħu ġew, essenzjalment, riprodotti fl-Artikolu 176 tad-Direttiva 2006/112, jawtorizzax iż-żamma ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, applikabbli fil-mument tad-dħul fis-seħħ tas-Sitt Direttiva fl-Istat Membru kkonċernat, li jeskludi b’mod ġenerali d-dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa minħabba x-xiri ta’ servizzi importati, li l-prezz tagħhom huwa direttament jew indirettament imħallas lil persuna stabbilita fi Stat jew territorju kkwalifikat minn din il-leġiżlazzjoni bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>tax haven<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Peress li l-formulazzjoni tad-domanda magħmulha tinvoka kemm l-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva kif ukoll l-Artikolu 176 tad-Direttiva 2006/112, hemm lok li jiġi osservat, preliminarjament, li dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet huma essenzjalment identiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għall-imsemmija domanda, għandu jitfakkar li d-dritt għal tnaqqis, stabbilit fl-Artikolu 17(2) tas-Sitt Direttiva, jikkostitwixxi, bħala parti integrali mill-mekkaniżmu tal-VAT, prinċipju fundamentali inerenti għas-sistema komuni tal-VAT u, bħala regola, ma jistax jiġi limitat (ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="20020108">8 ta’ Jannar 2002</DATE>, Metropol u Stadler, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-409/99" PAGE.ECR="I-81" YEAR="2002">C-409/99, Ġabra p. I-81</REF.DOC.ECR>, punt 42; tas-<DATE ISO="20050526">26 ta’ Mejju 2005</DATE>, Kretztechnik, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-465/03" PAGE.ECR="I-4357" YEAR="2005">C-465/03, Ġabra p. I-4357</REF.DOC.ECR>, punt 33, kif ukoll tal-<DATE ISO="20100415">15 ta’ April 2010</DATE>, X Holding u Oracle Nederland, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-538/08+C-33/09" PAGE.ECR="I-3129" YEAR="2010">C-538/08 u C-33/09, Ġabra p. I-3129</REF.DOC.ECR>, punt 37).</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Madankollu, il-prinċipju tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT ittaffa mid-dispożizzjoni derogatorja li tinsab fl-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva. L-Istati Membri huma fil-fatt awtorizzati li jżommu l-leġiżlazzjoni tagħhom dwar l-esklużjoni mid-dritt għat-tnaqqis li tkun teżisti fid-data meta s-Sitt Direttiva tidħol fis-seħħ, sakemm il-Kunsill jadotta d-dispożizzjonijiet previsti f’dan l-artikolu (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20081211">11 ta’ Diċembru<?PAGE NO="I-8827"?> 2008</DATE>, Danfoss u AstraZeneca, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-371/07" PAGE.ECR="I-9549" YEAR="2008">C-371/07, Ġabra p. I-9549</REF.DOC.ECR>, punt 28, kif ukoll X Holding u Oracle Nederland, iċċitat iktar ’il fuq, punt 38).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Peress li l-Kunsill ma adottax dawn id-dispożizzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jżommu l-leġiżlazzjoni eżistenti tagħhom fil-qasam tal-esklużjoni tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT. Għalhekk, sal-lum id-dritt tal-Unjoni ma jinkludi l-ebda dispożizzjoni li telenka l-ispejjeż eżenti mid-dritt għat-tnaqqis (ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="20051208">8 ta’ Diċembru 2005</DATE>, Jyske Finans, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-280/04" PAGE.ECR="I-10683" YEAR="2005">C-280/04, Ġabra p. I-10683</REF.DOC.ECR>, punt 23, kif ukoll Danfoss u AstraZeneca, iċċitata iktar ’il fuq, punt 29).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Madankollu, fir-rigward tal-portata tas-sistema ta’ deroga prevista fl-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li din id-dispożizzjoni tippresupponi li l-esklużjonijiet li jistgħu jżommu kienu legali skont it-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE, tal-<DATE ISO="19670411">11 ta’ April 1967</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Struttura u proċeduri għall-applikazzjoni tas-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="P" NO.OJ="071" PAGE.FIRST="1303" DATE.PUB="1967">ĠU 1967, 71, p. 1303</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Tieni Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), li kienet teżisti qabel is-Sitt Direttiva (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="19991005">5 ta’ Ottubri 1999</DATE>, Royscor <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-305/97" PAGE.ECR="I-6671" YEAR="1999">C-305/97, Ġabra p. I-6671</REF.DOC.ECR>, punt 21, kif ukoll X Holding u Oracle Nederland, iċċitata iktar ’il fuq, punt 40).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 11 tat-Tieni Direttiva, li introduċa d-dritt għat-tnaqqis fil-paragrafu 1 tiegħu, jipprevedi fil-paragrafu 4 tiegħu, li l-Istati Membri jistgħu jeskludu mis-sistema tat-tnaqqis ċerti oġġetti u ċerti servizzi, b’mod partikolari dawk li jistgħu jkunu esklużivament jew parzjalment użati għall-bżonnijiet privati tal-persuna taxxabbli jew tal-persunal tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Konsegwentment, il-possibbiltà mogħtija lill-Istati Membri fl-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva ma tikkostitwixxix setgħa diskrezzjonali assoluta li teskludi l-oġġetti u s-servizzi kollha jew kważi kollha tas-sistema tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT u li wkoll<?PAGE NO="I-8828"?> tneħħi s-sustanza tagħha mis-sistema stabbilita fl-Artikolu 11(1) tat-Tieni Direttiva. Għalhekk, l-imsemmija possibbiltà ma hijiex dwar l-esklużjonijiet ġenerali u ma tneħħiex l-obbligu tal-Istati Membri li jippreċiżaw biżżejjed l-oġġetti u s-servizzi li għalihom huwa eskluż id-dritt għat-tnaqqis (ara, f’dan is-sens, sentenzi Royscot <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punti 22 u 24, kif ukoll tal-<DATE ISO="20050714">14 ta’ Lulju 2005</DATE>, Charles u Charles-Tijmens, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-434/03" PAGE.ECR="I-7037" YEAR="2005">C-434/03, Ġabra p. I-7037</REF.DOC.ECR>, punti 33 u 35).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, peress li din hija sistema li tikkostitwixxi deroga għall-prinċipju tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT, din għandha tiġi interpretata b’mod strett (ara s-sentenzi Metropol u Stadler, iċċitata iktar ’il fuq, punt 59, kif ukoll tat-<DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Magoora, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-414/07" PAGE.ECR="I-10921" YEAR="2008">C-414/07, Ġabra p. I-10921</REF.DOC.ECR>, punt 28).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-kawża prinċipali u l-eventwali applikabbiltà tas-sistema ta’ deroga prevista fl-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva, għandu jiġi osservat li l-imsemmija direttiva daħlet fis-seħħ fil-Polonja fid-data tal-adeżjoni ta’ dan l-Istat fl-Unjoni, jiġifieri fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>. Għaldaqstant, din id-data hija rilevanti għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjoni msemmija iktar ’il fuq f’dak li jikkonċerna dan l-Istat Membru (ara s-sentenza Magoora, iċċitata iktar ’il fuq, punt 27).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Peress li l-Gvern Pollakk invoka l-fatt li l-formulazzjoni tal-Artikolu 176 tad-Direttiva 2006/112 tistabilixxi distinzjoni bejn l-Istati Membri li daħlu fl-Unjoni qabel l-<DATE ISO="19790101">1 ta’ Jannar 1979</DATE> u dawk li, bħar-Repubblika tal-Polonja, daħlu wara din id-data, huwa biżżejjed li jiġi rrimarkat li din id-differenza hija intiża biss sabiex tiddetermina d-data sa meta l-ispejjeż li ma jagħtux dritt għat-tnaqqis tal-VAT kellhom jiġu previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8829"?><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-Artikolu 176 tad-Direttiva 2006/112 ma jistax jagħti lok għal interpretazzjoni differenti, fir-rigward tal-portata tal-esklużjonijiet ikkunsidrati, skont jekk l-Istat Membru kkonċernat ikunx daħal fl-Unjoni qabel l-<DATE ISO="19790101">1 ta’ Jannar 1979</DATE> jew wara din id-data. F’dawn il-kundizzjonijiet, l-adozzjoni ta’ dan l-Artikolu 176 ma kellhiex effett fuq il-ġurisprudenza dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Sabiex tiġi evalwata l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali fir-rigward tas-sistema ta’ deroga li tistabilixxi, għandu jiġi osservat li, kif enfasizzat ukoll il-qorti tar-rinviju, din il-leġiżlazzjoni tikkostitwixxi miżura ta’ natura ġenerali li tillimita d-dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa għal kull akkwist ta’ servizzi importati, li l-prezz tagħhom huwa mħallas direttament jew indirettament lil persuna stabbilita fi Stat jew territorju kkwalifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>tax haven<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> mill-imsemmija leġiżlazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Issa, tali leġiżlazzjoni tinkludi limitu għad-dritt ta’ tnaqqis tal-VAT li jeċċedi dak li huwa awtorizzat fl-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li l-Istati Membri ma jistgħux iżommu esklużjonijiet tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT li japplikaw b’mod ġenerali għal kwalunkwe spiża marbuta mal-akkwist ta’ oġġetti jew servizzi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE>, PARAT Automotive Cabrio, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-74/08" PAGE.ECR="I-3459" YEAR="2009">C-74/08, Ġabra p. I-3459</REF.DOC.ECR>, punti 28 u 29, kif ukoll X Holding u Oracle Nederland, iċċitata iktar ’il fuq, punt 44).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-kunsiderazzjoni magħmula mill-Gvern Pollakk, li tgħid li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni tirrispondi għall-bżonn li jiġu evitati frodi fiskali, għandu jiġi enfasizzat li, għalkemm huwa minnu li l-Qorti tal-Ġustizzja, fil-punt 70 tas-sentenza tagħha tal-<DATE ISO="20060221">21 ta’ Frar 2006</DATE>, Halifax <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-255/02" PAGE.ECR="I-1609" YEAR="2006">C-255/02, Ġabra p. I-1609</REF.DOC.ECR>), irrikonoxxiet li l-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ prattiki abużivi japplika għall-qasam tal-VAT, l-imsemmi prinċipju ma jistax jippermetti lill-Istati Membri li jwessgħu l-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema ta’ deroga inkwistjoni. Barra minn hekk, jekk, kif indikat<?PAGE NO="I-8830"?> il-qorti tar-rinviju, ir-restrizzjonijiet previsti mid-dritt Pollakk kienu mmotivati min-neċessità li tiġi evitata ċerta frodi jew evażjoni fiskali, l-Artikolu 27 tas-Sitt Direttiva jipprovdi f’dan is-sens proċedura speċjali li tippermetti lill-Kunsill li jawtorizza lil kull Stat Membru jintroduċi miżuri ta’ deroga partikolari.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li jippreċedi, ir-risposta għad-domanda li saret għandha tkun li l-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva, li d-dispożizzjonijiet tiegħu, essenzjalment, huma riprodotti fl-Artikolu 176 tad-Direttiva 2006/112, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jawtorizzax iż-żamma ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, applikabbli fil-mument tad-dħul fis-seħħ tas-Sitt Direttiva fl-Istat Membru kkonċernat, li jeskludi b’mod ġenerali d-dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa minħabba l-akkwist ta’ servizzi importati, li l-prezz tagħhom huwa mħallas direttament jew indirettament lil persuna stabbilita fi Stat Membru jew f’territorju kkwalifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>tax haven<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> mill-imsemmija leġiżlazzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/38/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, hekk kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, tal-<DATE ISO="19950410">10 ta’ April 1995</DATE>, li d-dispożizzjonijiet tiegħu, essenzjalment, huma riprodotti fl-Artikolu 176<?PAGE NO="I-8831"?> tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jawtorizzax iż-żamma ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, applikabbli fil-mument tad-dħul fis-seħħ tas-Sitt Direttiva 77/388 fl-Istat Membru kkonċernat, li jeskludi b’mod ġenerali d-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa minħabba l-akkwist ta’ servizzi importati, li l-prezz tagħhom huwa mħallas direttament jew indirettament lil persuna stabbilita fi Stat Membru jew f’territorju kkwalifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>tax haven<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> mill-imsemmija leġiżlazzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>