|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/5302 |
12.10.2026 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2135, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/2261, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/2147, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/2262 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan
(C/2026/5302)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, entitajiet jew korpi li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2135 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/2261 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/2147 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/2262 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni, l-entitajiet jew il-korpi jenħtieġ li jkomplu jiġu inklużi fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135 u fir-Regolament (UE) 2023/2147 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, entitajiet jew korpi ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2023/2147, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).
Il-persuni, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill qabel it-30 ta' April 2027 , flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, sabiex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-fini tar-rieżami li jmiss tal-Kunsill, skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135.
Qiegħda tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni, entitajiet jew korpi kkonċernati għall-possibbiltà li d-Deċiżjoni tal-Kunsill tiġi kkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u fir-raba' u fis-sitt paragrafu tal-Artikolu 263, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L, 2023/2135, 11.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2135/oj.
(2) ĠU L, 2026/2261, 9.10.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2261/oj.
(3) ĠU L, 2023/2147, 11.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2147/oj.
(4) ĠU L, 2026/2262, 9.10.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2262/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5302/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)