|
9.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 209/13 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 7/2007
tas-27 ta' April 2007
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 147/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1). |
|
(2) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/59/KE tat-28 ta' Ġunju 2006 li temenda l-Annessi fid-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għal carbaryl, deltamethrin, endosulfan, fenithrothion, methidathion u oxamyl (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim. |
|
(3) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/60/KE tas-7 ta' Lulju 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE rigward il-livelli massimi tar-residwi tat-trifloxystrobin, thiabendazole, abamectin, benomyl, carbendazim, thiophanate-methyl, myclobutanyl, glyphosate, trimethylsulfonium, fenpropimorph u chlormequat (3) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim. |
|
(4) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/61/KE tas-7 ta' Lulju 2006 li temenda l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-atrazine, azinphos-ethyl, cyfluthrin, ethephon, fenthion, methamidophos, methomyl, paraquat u triazophos (4) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim. |
|
(5) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/62/KE tat-12 ta' Lulju 2006 li temenda l-Annessi fid-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għal desmedipham, phenmedipham u chlorfenvinphos (5) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kapitolu XII ta' l-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiżi li ġejjin għandhom ikunu miżjuda f'punti 13 (Direttiva tal-Kunsill 76/895/KEE), 38 (Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE), 39 (Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE) u 54 (Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE):
|
|
2. |
L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud ma' punti 38 (id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE), 39 (id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE) u 54 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE):
|
|
3. |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 54 (Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE):
|
Artikolu 2
It-testi tad-Direttivi 2006/59/KE, 2006/60/KE, 2006/61/KE u 2006/62/KE fil-lingwi Iżlandiżi u Norveġiżi, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 89, 29.3.2007, p. 17.
(2) ĠU L 175, 29.6.2006, p. 61.
(3) ĠU L 206, 27.7.2006, p. 1.
(4) ĠU L 206, 27.7.2006, p. 12.
(5) ĠU L 206, 27.7.2006, p. 27.
(*1) Ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.