<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑425/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0425</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:121">EU:C:2013:121</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20130228">28.2.2013</DATE> – KAWŻA C-425/11</P><P>ETTWEIN</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20130228">28 ta’ Frar 2013</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, fuq il-moviment liberu tal-persuni</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament</KEYWORD><KEYWORD>Ħaddiema transkonfinali li jaħdmu għal rashom</KEYWORD><KEYWORD>Ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Dħul professjonali riċevut f’dan l-Istat Membru</KEYWORD><KEYWORD>Rilokazzjoni tal-post ta’ residenza fl-Isvizzera</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut ta’ vantaġġ fiskali f’dan l-Istat Membru minħabba trasferiment tar-residenza</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-425/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20110707">7 ta’ Lulju 2011</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20110816">16 ta’ Awwissu 2011</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Katja Ettwein</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Finanzamt Konstanz,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, li qed jaġixxi bħala President tat-Tielet Awla, K. Lenaerts, E. Juhász (Relatur), T. von Danwitz u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Jääskinen,</P><P>Reġistratur: V. Tourrès, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20120704">4 ta’ Lulju 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Katja Ettwein, minn T. Picker, Steuerberater,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Finanzamt Konstanz, minn N. Rogall, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze, A. Wiedmann u K. Petersen, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn A. Rubio González, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn W. Mölls u T. Scharf, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20121018">18 ta’ Ottubru 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, iffirmat fil-Lussemburgu fil-<DATE ISO="19990621">21 ta’ Ġunju 1999</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="6" NO.OJ="114" DATE.PUB="2002">ĠU 2002, L 114, p. 6</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>il-Ftehim<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Katja Ettwein, ċittadina Ġermaniża, u l-Finanzamt Konstanz, fir-rigward tar-rifjut ta’ dan tal-aħħar li japplika għaliha u għal żewġha, ukoll ta’ nazzjonalità Ġermaniża (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>konjuġi Ettwein<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), minħabba t-trasferiment tar-residenza tagħhom fl-Isvizzera, vantaġġ fiskali previst mil-leġiżlazzjoni Ġermaniża f’każ ta’ tassazzjoni konġunta tal-konjuġi.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Ftehim</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont it-tieni sentenza tal-preambolu, il-partijiet kontraenti huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>deċiżi li jimplementaw il-moviment liberu tal-persuni fosthom filwaqt li jibbażaw fuq id-dispożizzjonijiet applikati fil-Komunità Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(a) u (d) tal-Ftehim, l-għan ta’ dan tal-aħħar huwa b’mod partikolari li jagħti, liċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u tal-Konfederazzjoni Svizzera, dritt ta’ dħul, ta’ residenza, ta’ aċċess għal attività ekonomika bi ħlas, ta’ stabbiliment bħala persuni li jaħdmu għal rashom u d-dritt ta’ residenza fit-territorju tal-partijiet kontraenti, kif ukoll jagħtihom l-istess kundizzjonijiet tal-għajxien, tal-impjieg u tax-xogħol bħal dawk mogħtija liċ-ċittadini nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Nondiskriminazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Iċ-ċittadini ta’ parti kontraenti li jirrisjedu legalment fit-territorju ta’ parti kontraenti oħra ma għandhomx, fl-applikazzjoni u skont id-dispożizzjonijiet tal-Annessi I, II u III ta’ dan il-ftehim, jiġu diskriminati minħabba n-nazzjonalità tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Dritt ta’ residenza u ta’ aċċess għal attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> jgħid dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Id-dritt ta’ residenza u ta’ aċċess għal attività ekonomika għandu jiġi ggarantit […] skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness I<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 11, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Smigħ tal-appelli<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Il-persuni milquta minn dan il-ftehim għandhom dritt ta’ appell għal dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-ftehim ma’ awtoritajiet kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 16, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Riferiment għad-dritt Komunitarju<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jaqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="016.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex jintlaħqu l-għanijiet intiżi minn dan il-ftehim, il-partijiet kontraenti għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex id-drittijiet u l-obbligi ekwivalenti għal dawk li jinsabu fl-atti ġuridiċi tal-Komunità Ewropea li jsir riferiment għalihom jiġu applikati fir-relazzjonijiet ta’ bejniethom.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="016.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Sa fejn l-applikazzjoni ta’ dan il-ftehim timplika kunċetti tad-dritt Komunitarju, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej ta’ qabel id-data tal-iffirmar tiegħu. Il-ġurisprudenza ta’ wara d-data tal-iffirmar ta’ dan il-ftehim ser tiġi kkomunikata lill-Isvizzera. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-Ftehim, fuq talba ta’ parti kontraenti, il-kumitat konġunt għandu jiddetermina l-implikazzjonijiet ta’ din il-ġurisprudenza<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 21, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Relazzjoni mal-Ftehim bilaterali fir-rigward tat-tassazzjoni doppja<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> jistabbilixxi fil-paragrafu (2) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Ebda dispożizzjoni minn dan il-ftehim ma għandha tiġi interpretata b’mod li tostakola lill-partijiet kontraenti milli jagħmlu distinzjoni fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni fiskali tagħhom, bejn il-kontribwenti li ma jkunux f’sitwazzjonijiet paragunabbli, partikolarment fir-rigward tal-post tar-residenza tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Anness I tal-Ftehim jiffoka fuq il-moviment liberu tal-persuni u l-Kapitolu II ta’ dan l-anness fih id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-ħaddiema impjegati. L-Artikolu 9 ta’ dan il-kapitolu, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Ugwaljanza ta’ trattament<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ħaddiem impjegat li huwa ċittadin ta’ parti kontraenti ma jistax, fit-territorju tal-parti kontraenti l-oħra, minħabba n-nazzjonalità tiegħu, jiġi ttrattat b’mod differenti mill-ħaddiema impjegati nazzjonali f’dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta’ impjieg u ta’ xogħol, b’mod partikolari fir-rigward tar-remunerazzjoni, tat-tkeċċija, u tar-reintegrazzjoni professjonali jew tal-impjieg mill-ġdid jekk jisfa bla xogħol.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-ħaddiem impjegat u l-membri tal-familja tiegħu msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan l-anness għandhom jibbenefikaw mill-istess vantaġġi fiskali u soċjali bħall-ħaddiema impjegati nazzjonali u l-membri tal-familja tagħhom.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>[traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Kapitolu III ta’ dan l-Anness I huwa ddedikat lejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Persuni li jaħdmu għal rashom<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 ta’ dan il-Kapitolu III, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Regolamentazzjoni tar-residenza<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Iċ-ċittadin ta’ parti kontraenti li jixtieq jistabbilixxi ruħu fit-territorju ta’ parti kontraenti oħra sabiex jeżerċita attività bħala persuna li taħdem għal rasha (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>persuna li taħdem għal rasha<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/>) għandu jingħata permess ta’ residenza għal perijodu ta’ mill-inqas ħames snin mid-data tal-ħruġ tiegħu bil-kundizzjoni li jipproduċi l-prova lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li huwa stabbilit jew jixtieq jistabbilixxi ruħu għal dan l-iskop<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tal-imsemmi kapitolu, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Ħaddiema transkonfinali li jaħdmu għal rashom<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-ħaddiem transkonfinali li jaħdem għal rasu huwa ċittadin ta’ parti kontraenti li għandu r-residenza tiegħu fit-territorju ta’ parti kontraenti u li jeżerċita attività bħala persuna li taħdem għal rasha fit-territorju tal-parti kontraenti l-oħra filwaqt li bħala regola jirritorna fil-post tad-domiċilju tiegħu kuljum, jew tal-inqas darba fil-ġimgħa.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-ħaddiema transkonfinali li jaħdmu għal rashom ma għandhomx bżonn ta’ permess ta’ residenza.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>[traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 15 tal-istess kapitolu, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Ugwaljanza fit-trattament<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="015.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>F’dak li jikkonċerna l-aċċess għal attività bħala persuna li taħdem għal rasha u għall-eżerċizzju tagħha, il-persuna li taħdem għal rasha għandha tirċievi, fil-pajjiż ospitanti, trattament mhux inqas favorevoli minn dak mogħti liċ-ċittadini tiegħu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 ta’ dan l-anness huma applikabbli, <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT>, għall-persuni li jaħdmu għal rashom imsemmija f’dan il-kapitolu<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Kapitolu V tal-imsemmi Anness I huwa ddedikat lill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>persuni li ma jeżerċitawx attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>. L-Artikolu 24(1) ta’ dan il-kapitolu, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Regolamentazzjoni tar-residenza<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Persuna ċittadina ta’ parti kontraenti li ma teżerċitax attività ekonomika fl-Istat ta’ residenza u li ma tibbenefikax minn dritt ta’ residenza skont dispożizzjonijiet oħra ta’ dan il-ftehim għandha tingħata permess ta’ residenza għal perijodu ta’ għall-inqas ħames snin, bil-kundizzjoni li tipproduċi l-provi lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li hija għandha għaliha stess u għall-membri tal-familja tagħha:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>mezzi finanzjarji suffiċjenti sabiex ma jkollhiex titlob l-għajnuna soċjali matul ir-residenza tagħha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>assigurazzjoni għall-mard li tkopri r-riskji kollha.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>[traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni Ġermaniża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet rilevanti huma dawk tal-liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul (Einkommensteuergesetz, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>EStG<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>), fil-verżjoni tagħha ppubblikata fid-<DATE ISO="20021019">19 ta’ Ottubru 2002</DATE> (BGBI, 2002 I, p. 4212), kif emendata fl-<DATE ISO="20071220">20 ta’ Diċembru 2007</DATE> (BGBI, 2007 I, p. 3150).</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-EStG jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuni fiżiċi li għandhom id-domiċilju jew ir-residenza abitwali tagħhom fil-Ġermanja huma suġġetti għal kollox għat-taxxa fuq id-dħul. […]</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fuq talba tagħhom, il-persuni fiżiċi li ma għandhomx id-domiċilju jew ir-residenza abitwali tagħhom fil-Ġermanja, jistgħu jiġu wkoll suġġetti għal kollox għat-taxxa fuq id-dħul sa fejn huma jirċievu dħul nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 49. Din l-għażla tapplika biss jekk id-dħul tagħhom matul is-sena ċivili jkun suġġett għal mill-inqas 90 % tat-taxxa Ġermaniza fuq id-dħul […]”</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 1a(1) tal-EStG huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Fir-rigward taċ-ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew ta’ Stat li japplika għalih il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea [iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Ftehim ŻEE<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>] […] li għandhom jiġu kkunsidrati bħala suġġetti għal kollox għat-taxxa fuq id-dħul skont l-Artikolu 1(3), ir-regoli li ġejjin japplikaw għall-finijiet […] tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 26(1):</P><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>[…] Għaldaqstant, il-benefiċjarju għandu jkollu d-domiċilju jew ir-residenza abitwali tiegħu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jew ta’ Stat li għalih japplika l-[Ftehim ŻEE].</ALINEA><?PAGE NO="5"?><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk jagħmel talba, il-konjuġi mhux isseparat li ma għandux id-domiċilju jew ir-residenza abitwali tiegħu fit-territorju Ġermaniż jiġi kkunsidrat bħala suġġett għal kollox għat-taxxa fuq id-dħul għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 26(1). It-tieni sentenza tal-punt 1 tapplika <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT>. Fil-kuntest tal-applikazzjoni tat-tieni sentenza tal-Artikolu 1(3), għandu jiġi bbażat fuq id-dħul taż-żewġ konjuġi u li jiġi mmultiplikat bi tnejn l-ammont tal-porzjon bażiku mhux taxxabbli […]<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 26(1) tal-EStG jagħti lill-miżżewġin mhux isseparati, li huma suġġetti għal obbligu fiskali mhux limitat jew li għandhom jiġu kkunsidrati bħala tali, dritt ta’ għażla bejn tassazzjoni separata, skont l-Artikolu 26a, u tassazzjoni konġunta skont l-Artikolu 26b.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Artikolu 26b tal-EStG bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Tassazzjoni konġunta tal-miżżewġin<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>Fis-sistema ta’ tassazzjoni konġunta, id-dħul li jirċievu l-konjuġi jingħadd u jiġi ntaxxat konġuntament u, ħlief jekk ma jiġix ipprovdut mod ieħor, il-konjuġi jiġu kkunsidrati bħala kontribwent wieħed.<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Artikolu 32a tal-EStG, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Rati ta’ tassazzjoni tad-dħul<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> jipprovdi fil-paragrafu (5) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>[…], it-taxxa fuq id-dħul tal-miżżewġin intaxxati konġuntament skont l-Artikoli 26 u 26b titla’ għad-doppju tal-ammont ta’ taxxa għal nofs id-dħul taxxabbli komuni tagħhom skont il-paragrafu 1 (metodu tal-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>isplitting<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="2019" ID="QE0035"/>).<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-konjuġi Ettwein jeżerċitaw it-tnejn li huma attività professjonali għal rashom, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali bħala konsulenta ta’ impriża u żewġha bħala artist pittur. Huma jirċievu d-dħul kollu tagħhom fil-Ġermanja. Fl-<DATE ISO="20070801">1 ta’ Awwissu 2007</DATE>, il-miżżewġin Ettwein, li, sa dik id-data, kellhom ir-residenza tagħhom f’Lindau (il-Ġermanja), marru joqgħodu ġewwa l-Isvizzera. Huma komplew, madankollu, jeżerċitaw l-attività professjonali tagħhom fil-Ġermanja u baqgħu jirċievu kważi d-dħul kollu tagħhom minn dan l-Istat Membru.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kalkolu tat-taxxa fuq id-dħul tagħhom għas-sena fiskali 2008, il-konjuġi Ettwein talbu, bħal fis-snin fiskali preċedenti, li jiġu ntaxxati konġuntament, jiġifieri bl-applikazzjoni tal-metodu msejjaħ tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>isplitting<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, filwaqt li enfasizzaw li ma kellhom l-ebda dħul taxxabbli fl-Isvizzera.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fl-avviż tat-tassazzjoni inizjali, il-Finanzamt Konstanz kien laqa’ t-talba tagħhom. Madankollu, fl-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE>, huwa ħassar dan l-avviż għar-raġuni li s-sistema favorevoli tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>isplitting<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, li tingħata minħabba s-sitwazzjoni personali u tal-familja tal-konjuġi, ma kellhiex tiġi applikata għall-konjuġi Ettwein, għaliex ir-residenza tagħhom la kienet tinsab fit-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni u lanqas f’dak ta’ Stat parti fil-Ftehim ŻEE. Permezz ta’ avviż tat-tassazzjoni tat-<DATE ISO="20100322">22 ta’ Marzu 2010</DATE>, il-Finanzamt, b’konsegwenza, issuġġetta l-miżżewġin Ettwein għall-iskema ta’ tassazzjoni separata. Peress illi l-ilment amministrattiv imressaq kontra dan l-avviż ma kellux suċċess, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentat rikors għal annullament quddiem il-Finanzgericht Baden-Württemberg.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Din il-qorti tikkunsidra li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali u żewġha huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>ħaddiema transkonfinali li jaħdmu għal rashom<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> fis-sens tal-Artikolu 13(1) tal-Anness I tal-Ftehim, billi huma ċittadini Ġermaniżi, iddomiċiljati fl-Isvizzera, li jeżerċitaw attività għal rashom fit-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u li jirritornaw kuljum mill-post tal-attività professjonali tagħhom lejn il-post ta’ residenza tagħhom. Bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikoli 9(2) u 15(2) tal-Anness I tal-Ftehim, il-ħaddiema transkonfinali li jaħdmu għal rashom igawdu, fit-territorju<?PAGE NO="6"?> tal-Istat tal-attività professjonali, l-istess vantaġġi fiskali u soċjali bħaċ-ċittadini li jaħdmu għal rashom. Il-qorti tar-rinviju hija inklinata li tikkunsidra li jmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim, il-fatt li l-miżżewġin Ettwein ġew irrifjutati l-benefiċċju tal-metodu tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>isplitting<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> għar-raġuni biss li r-residenza tagħhom qiegħda fl-Isvizzera.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-fehma tal-qorti tar-rinviju, din il-konklużjoni hija konformi mal-prinċipji stabbiliti mill-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-libertà ta’ stabbiliment u l-moviment liberu tal-ħaddiema, libertajiet li huma riprodotti wkoll fil-Ftehim. Minn din il-ġurisprudenza jirriżulta li l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, applikabbli wkoll fil-qasam fiskali, jipprojbixxi mhux biss id-diskriminazzjonijiet apparenti bbażati fuq in-nazzjonalità, iżda anki l-forom kollha moħbija ta’ diskriminazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tosserva li, fil-prinċipju, l-Istat ta’ residenza huwa obbligat li jintaxxa lill-kontribwent b’mod globali, filwaqt li jqis l-elementi inerenti fis-sitwazzjoni personali u tal-familja tiegħu. Madankollu, meta t-tassazzjoni globali sseħħ fl-Istat tas-sors tad-dħul, billi l-persuna kkonċernata tirċievi d-dħul tagħha kważi esklużivament f’dak l-Istat, dan tal-aħħar ma jkunx jista’ jirrifjuta li jieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni personali u tal-familja tal-persuna kkonċernata meta dan ma jkunx possibbli fl-Istat ta’ residenza. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-metodu tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>isplitting<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> jagħmel parti mill-elementi tas-sitwazzjoni personali u tal-familja li għandhom jiġu kkunsidrati f’każ bħal dan (sentenzi tal-<DATE ISO="19950214">14 ta’ Frar 1995</DATE>, Schumacker, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-279/93" PAGE.ECR="I-225" YEAR="1995">C-279/93, Ġabra p. I-225</REF.DOC.ECR>, u tas-<DATE ISO="19960627">27 ta’ Ġunju 1996</DATE>, Asscher (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-107/94" PAGE.ECR="I-3089" YEAR="1996">C-107/94, Ġabra p. I-3089</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għaldaqstant, is-sitwazzjoni tal-miżżewġin Ettwein, li ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni fl-Istat ta’ residenza, jiġifieri fl-Isvizzera, fin-nuqqas ta’ dħul ta’ dawn tal-aħħar f’dan l-Istat, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni fil-Ġermanja fid-dawl tal-kalkolu tat-taxxa, sabiex ma ssirx diskriminazzjoni fir-rigward tal-koppji li jirrisjedu fil-Ġermanja, li jirċievu d-dħul tagħhom f’dan l-Istat Membru u li jinsabu fl-istess sitwazzjoni personali u tal-familja bħall-miżżewġin Ettwein.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Finanzgericht Baden-Württemberg iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>Id-dispożizzjonijiet tal-ftehim […] b’mod partikolari l-Artikoli 1, 2, 11, 16 u 21 tiegħu u l-Artikoli 9, 13 u 15 tal-Anness I tiegħu, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li konjuġi residenti fl-Isvizzera u li huma suġġetti għat-taxxa fir-Repubblika Federali tal Ġermanja fuq id-dħul taxxabbli kollu tagħhom, jiċċaħħdu mill-benefiċċju tat-tassazzjoni konġunta bl-applikazzjoni tal-metodu msejjaħ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>splitting<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="2019" ID="QE0042"/>?<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li, kif jirriżulta mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-iskema tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>isplitting<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> tikkostitwixxi għall-konjuġi suġġetti għat-taxxa fuq id-dħul fil-Ġermanja vantaġġ fiskali meta d-dħul irċevut minn wieħed minnhom huwa nettament superjuri għal dak tal-parti l-oħra. Kif il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat, din l-iskema ġiet istitwita sabiex tittaffa l-progressività tal-iskala tat-taxxa fuq id-dħul. Din tikkonsisti fil-għadd tad-dħul globali tal-konjuġi li wara jiġi imputat b’mod fittizzju lil kull konjuġi sa 50 % u ntaxxat b’dak il-mod. Jekk id-dħul ta’ wieħed mill-konjuġi jkun għoli u d-dħul tal-parti l-oħra jkun baxx, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>isplitting<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> iġib fuq l-istess livell il-bażi taxxabbli u jtaffi l-progressività tal-iskala tat-taxxa fuq id-dħul (sentenza Schumacker, iċċitata iktar ’il fuq, punt 7).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Madankollu, skont din il-leġiżlazzjoni, din l-iskema tapplika biss fil-każ fejn il-konjuġi għandhom id-domiċilju tagħhom jew ir-residenza abitwali tagħhom jew fit-territorju Ġermaniż, jew f’dak ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni jew ta’ Stat li għalih japplika l-Ftehim ŻEE. Dan il-ftehim ma huwiex applikabbli għall-Konfederazzjoni Svizzera.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għad-domanda tal-qorti tar-rinviju, hemm lok li jiġi eżaminat, l-ewwel nett, jekk sitwazzjoni bħal dik tal-konjuġi Ettwein taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward huwa importanti li jiġi skartat mill-bidu l-argument tal-Gvern Ġermaniż u tal-Kummissjoni Ewropea, li l-Ftehim huwa applikabbli biss f’każ ta’ diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità, jiġifieri meta ċ-ċittadini ta’ parti kontraenti huma ttrattati, fit-territorju tal-parti kontraenti l-oħra, b’mod mhux indaqs bħaċ-ċittadini. Fil-fatt, huwa possibbli li ċ-ċittadini ta’ parti kontraenti jistgħu jitolbu l-istat tad-dritt li jislet mill-Ftehim ukoll kontra l-pajjiż proprju tagħhom, f’ċerti ċirkustanzi u skont id-dispożizzjonijiet applikabbli (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<DATE ISO="20111215">15 ta’ Diċembru 2011</DATE>, Bergström, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-257/10" PAGE.ECR="I-13227" YEAR="2011">C-257/10, Ġabra p. I-13227</REF.DOC.ECR>, punti 27 sa 34).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna ċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali u d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim li jistgħu jiġu applikati, hemm lok li jiġi kkonstatat li, fuq il-bażi tat-test tiegħu, l-Artikolu 13(1) tal-Anness I tal-Ftehim huwa applikabbli għas-sitwazzjoni tal-konjuġi Ettwein. Fil-fatt, dawn tal-aħħar huma ċittadini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>ta’ parti kontraenti<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, jiġifieri r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, għandhom ir-residenza tagħhom fit-territorju <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>ta’ parti kontraenti<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>, jiġifieri l-Konfederazzjoni Svizzera, u jeżerċitaw attività għal rashom fit-territorju <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>tal-parti kontraenti l-oħra<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, jiġifieri r-Repubblika Federali tal-Ġermanja.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>F’din id-dispożizzjoni, id-distinzjoni ssir bejn il-post ta’ residenza, li jinsab fit-territorju ta’ parti kontraenti, u l-post ta’ eżerċizzju ta’ attività ta’ persuni li jaħdmu għal rashom, li għandu jinsab fit-territorju tal-parti kontraenti l-oħra, mingħajr rigward għan-nazzjonalità tal-persuni kkonċernati. Għalhekk, skont l-imsemmija dispożizzjoni, il-konjuġi Ettwein għandhom jikkwalifikaw bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>ħaddiema transkonfinali li jaħdmu għal rashom<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Ftehim, billi huwa wkoll paċifiku li huma jirritornaw kuljum mill-post tal-attività professjonali tagħhom għal dak tar-residenza tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Ma jistax jiġi milqugħ, f’dan ir-rigward, l-argument tal-Gvern Ġermaniż u tal-Kummissjoni li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>ħaddiem transkonfinali li jaħdem għal rasu<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> jkun inkluż f’dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>persuna li taħdem għal rasha<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>, li jaqa’ taħt l-Artikolu 12(1) tal-Anness I tal-Ftehim. Fil-fatt, jekk il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>ħaddiem transkonfinali li jaħdem għal rasu<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> huwa wkoll <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>persuna li taħdem għal rasha<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, sa fejn huwa jeżerċita attività għal rasu, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>ħaddiem transkonfinali li jaħdem għal rasu<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> huwa ddefinit minn dispożizzjonijiet distinti li jippreżentaw id-differenzi paragunabbli ma’ dik ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>persuna li taħdem għal rasha<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> ddefinita fl-imsemmi Artikolu 12(1).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat f’dan ir-rigward li, kif jirriżulta mill-Artikolu 13(1) tal-Anness I tal-Ftehim, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>ħaddiem transkonfinali li jaħdem għal rasu<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> ma għandux bżonn permess ta’ residenza sabiex jeżerċita attività ta’ persuna li taħdem għal rasha, kuntrarjament għal dak li huwa previst għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>persuna li taħdem għal rasha<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> fl-Artikolu 12 ta’ dan l-anness. Din l-aħħar dispożizzjoni, kif jirriżulta mit-titolu tagħha u mill-qari globali tal-kontenut tagħha, ġiet stabbilita biss għal-leġiżlazzjoni tar-residenza.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-fatt li l-partijiet kontraenti stabbilixxew dispożizzjoni distinta mill-Ftehim għall-ħaddiema transkonfinali li jaħdmu għal rashom jenfasizza s-sitwazzjoni partikolari ta’ din il-kategorija ta’ persuni li jaħdmu għal rashom u jindika l-volontà li jiġu ffaċilitati l-moviment u l-mobbiltà ta’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni hija kkorroborata wkoll permezz tal-Artikolu 24(1) tal-Anness I tal-Ftehim, li jinkorpora d-dritt ta’ residenza, jiġifieri d-dritt taċ-ċittadini ta’ parti kontraenti li jistabbilixxu r-residenza tagħhom fit-territorju tal-parti kontraenti l-oħra indipendentement mill-eżerċizzju ta’ attività ekonomika. Issa, b’mod partikolari l-ħaddiema transkonfinali, bħall-konjuġi Ettwein, għandhom ikunu jistgħu japprofittaw bi sħiħ minn dan id-dritt, filwaqt li jżommu l-attività ekonomika tagħhom fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>B’konsegwenza, għandu jiġi konkluż li s-sitwazzjoni tal-konjuġi Ettwein taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Billi l-konjuġi Ettwein huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>ħaddiema transkonfinali li jaħdmu għal rashom<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> fis-sens tal-Artikolu 13(1) tal-Anness I tal-Ftehim, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, stabbilit fl-Artikolu 15(1) ta’ dan l-anness, huwa applikabbli għalihom ukoll (ara s-sentenza tas-<DATE ISO="20111006">6 ta’ Ottubru 2011</DATE>, Graf u Engel, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-506/10" PAGE.ECR="I-9345" YEAR="2011">C-506/10, Ġabra p. I-9345</REF.DOC.ECR>, punt 23 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata), il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>pajjiż ospitanti<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> fis-sens ta’ din l-aħħar dispożizzjoni jkun, fis-sitwazzjoni tagħhom, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn dan, skont il-paragrafu 2 tal-imsemmi Artikolu 15, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 tal-istess Anness I huma applikabbli, <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT>, għall-ħaddiema transkonfinali li jaħdmu għal rashom. Mill-paragrafu 2 ta’ dan l-aħħar artikolu jirriżulta li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jestendi wkoll għall-vantaġġi fiskali.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Minn din l-applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> jirriżulta li ħaddiem transkonfinali li jaħdem għal rasu jibbenefika, fil-pajjiż ospitanti, mill-istess vantaġġi fiskali bħall-persuni li jaħdmu għal rashom li jeżerċitaw l-attività tagħhom f’dan il-pajjiż u jirrisjedu hemmhekk.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Madankollu, għandu wkoll jittieħed inkunsiderazzjoni l-Artikolu 21(2) tal-Ftehim, li l-ebda dispożizzjoni minn dan il-ftehim ma għandha tiġi interpretata b’mod li tipprekludi lill-partijiet kontraenti milli jagħmlu distinzjoni, fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni fiskali tagħhom, bejn il-kontribwenti li ma jkunux f’sitwazzjonijiet paragunabbli, partikolarment fir-rigward tal-post ta’ residenza tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni tippermetti għalhekk trattament differenti, fil-qasam fiskali, għall-kontribwenti residenti u għall-kontribwenti mhux residenti, iżda biss meta ma jsibux ruħhom f’sitwazzjoni paragunabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, dwar it-taxxa fuq id-dħul, il-kapaċità kontributtiva personali tal-kontribwenti, li tirriżulta mit-teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul kollu tagħha u tas-sitwazzjoni personali u tal-familja tagħha, tista’ tiġi evalwata l-iktar faċilment fl-Istat tar-residenza tagħha li fih tkun, normalment, iċċentralizzat il-parti l-kbira tad-dħul tagħha, u li, minn dan il-lat, is-sitwazzjoni tar-residenti u dik tal-persuni mhux residenti ma hijiex, bħala regola ġenerali, paragunabbli (sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Schumacker, punti 32 sa 34, u Asscher, punt 41). Il-Qorti tal-Ġustizzja madankollu enfasizzat li s-sitwazzjoni hija differenti f’każ fejn il-persuna mhux residenti ma tirċevix dħul sinjifikattiv fl-Istat fejn hija residenti u tikseb il-parti l-kbira tar-riżorsi taxxabbli tagħha minn attività eżerċitata fi Stat ieħor, b’tali mod li l-Istat ta’ residenza ma jkunx f’pożizzjoni li jagħtiha l-vantaġġi li jirriżultaw mit-teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni personali u tal-familja tagħha (sentenza Schumacker, iċċitata iktar ’il fuq, punt 36).</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li meta l-kontribwenti mhux residenti – impjegata jew li taħdem għal rasha – tirċievi d-dħul kollu jew kważi d-dħul tagħha kollu fl-Istat fejn teżerċita l-attivitajiet professjonali tagħha, hija, oġġettivament, tinsab fl-istess sitwazzjoni, f’dak li jirrigwarda t-taxxa fuq id-dħul, bħar-resident ta’ dan l-Istat li jeżerċita attivitajiet paragunabbli fih. Dawn iż-żewġ kategoriji ta’ kontribwenti jinsabu b’mod partikolari f’sitwazzjoni paragunabbli fir-rigward tat-teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni personali u tal-familja tagħhom. Fil-fatt, dan it-teħid inkunsiderazzjoni ma huwiex possibbli fl-Istat tar-residenza ta’ ħaddiema transkonfinali bħall-konjuġi Ettwein, peress illi huma ma jirċievux id-dħul hemmhekk (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Schumacker, iċċitata iktar ’il fuq, punti 37 u 38; Asscher, iċċitata iktar ’il fuq, punti 42 u 43, kif ukoll tal-<DATE ISO="19950811">11 ta’ Awwissu 1995</DATE>, Wielockx, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-80/94" PAGE.ECR="I-2493" YEAR="1995">C-80/94, Ġabra p. I-2493</REF.DOC.ECR>, punt 20).</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din il-ġurisprudenza, l-Artikolu 21(2) tal-Ftehim ma setax jiġi invokat minn parti kontraenti sabiex tirrifjuta lill-konjuġi li jeżerċitaw l-attivitajiet professjonali tagħhom f’dan l-Istat, milli jirċievu hemmhekk id-dħul kollu tagħhom u huwa suġġetti hemmhekk għalkollox għat-taxxa fuq<?PAGE NO="9"?> id-dħul il-vantaġġ fiskali marbut mas-sitwazzjoni personali u tal-familja u jikkonsisti fl-applikazzjoni tal-metodu tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>isplitting<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> għall-unika raġuni li l-post ta’ residenza tal-konjuġi jinsab fil-parti kontraenti l-oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Għalhekk, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, filwaqt li tirrifjuta l-imsemmi vantaġġ fiskali minħabba l-post ta’ residenza tal-kontribwenti, hija kuntrarja għall-Artikolu 13(1) tal-Anness I tal-Ftehim moqri flimkien mal-Artikoli 15(2) u 9(2) ta’ dan l-anness.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Barra minn dan, il-Ftehim għandu b’mod partikolari bħala għan, skont l-Artikolu 1(a) tiegħu, li jagħti dritt ta’ residenza fit-territorju tal-partijiet kontraenti liċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni u tal-Konfederazzjoni Svizzera.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din is-soluzzjoni ssegwi l-linja tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-moviment liberu tal-persuni li, skont it-tieni sentenza tal-preambolu tal-Ftehim, il-partijiet kontraenti ddeċidew li jwettqu fosthom filwaqt li jibbażaw ruħhom fuq id-dispożizzjonijiet applikati fl-Unjoni, tkun ostakolata jekk ċittadin ta’ parti kontraenti jbati minn żvantaġġ fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu għall-unika raġuni li jkun eżerċita d-dritt ta’ moviment tiegħu (sentenza Bergström, iċċitata iktar ’il fuq, punti 27 u 28).</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet li jippreċedu, id-domanda magħmula għandha tiġi risposta li l-Artikoli 1(a) tal-Ftehim, kif ukoll 9(2), 13(1), u 15(2) tal-Anness I ta’ dan il-ftehim għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirrifjuta l-benefiċċju tat-tassazzjoni konġunta fl-applikazzjoni tal-metodu magħruf bħala tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>isplitting<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>, previst minn din il-leġiżlazzjoni, lill-konjuġi ċittadini ta’ dan l-Istat u suġġetti f’dan l-istess Stat għat-taxxa fuq id-dħul taħt id-dħul taxxabbli tagħhom kollu, għall-unika raġuni li r-residenza tagħhom tinsab fit-territorju tal-Konfederazzjoni Svizzera.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">l-Artikolu 1(a) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, iffirmat fil-Lussemburgu fil-<DATE ISO="19990621">21 ta’ Ġunju 1999</DATE>, kif ukoll l-Artikoli 9(2), 13(1), u 15(2) tal-Anness I ta’ dan il-ftehim għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirrifjuta l-benefiċċju tat-tassazzjoni konġunta fl-applikazzjoni tal-metodu magħruf bħala tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>isplitting<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>, previst minn din il-leġiżlazzjoni, lill-konjuġi ċittadini ta’ dan l-Istat u suġġetti f’dan l-istess Stat għat-taxxa fuq id-dħul taħt id-dħul taxxabbli tagħhom kollu, għall-unika raġuni li r-residenza tagħhom tinsab fit-territorju tal-Konfederazzjoni Svizzera.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>