31997D0160



Official Journal L 062 , 04/03/1997 P. 0039 - 0040


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta' l-14 ta' Frar 1997

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/452/KEE u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/260/KEE, 93/195/KEE u 93/197/KEE f'dak li għandhom x'jaqsmu mal-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali għad-dħul temporanju u d-dħul mill-ġdid u l-importazzjoni fil-Komunità ta' żwiemel irreġistrati mill-Lebanon

(test b'relevanza ŻEE)

(97/160/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terżi ta' l-annimali tar-razza taż-żwiemel [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Fillandja u l-Isvezja, u b'mod partikolari l-Artikoli 12, 13, 15, 16, u 19 (ii) tagħha,

Billi, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/452/KEE [2], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/624/KEE [3], lista ta' pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' l-annimali tal-fart, majjali, tar-razza taż-żwiemel, nagħaġ u mogħoż, laħam frisk u prodotti tal-laħam, ġiet stabbilita:

Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul temporanju, u d-dħul mill-ġdid ta' żwiemel reġistrati wara l-esportazzjoni temporanja, u l-importazzjoni ta' żwiemel reġistrati huma stabbiliti rispettivament fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/260/KEE [4], 93/195/KEE [5], 93/197/KEE [6], kollha kif l-aħħar emendati bid-Deċiżjoni 96/279/KE [7];

Billi, b'segwiment tal-missjoni ta' l-ispezzjoni veterinarja tal-Komunità għal-Lebanon, is-sitwazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali dehret mhux suffiċjenti taħt il-kontroll tas-servizzi veterinarji; billi b'dana kollu titjib sustanzjali ġie magħmul minn dak iż-żmien, kif ukoll stħarriġ sero-epedermjoloġiku komprensiv dwar il-marda Afrikana taż-żwiemel, glanders, dourine u anemija infettuża mwettqa fuq l-annimali tar-razza taż-żwiemel fit-territorju tal-pajjiż, b'riżultat negattiv f'kull każ;

Billi l-Lebanon ilu issa ħieles mill-marda Afrikana taż-żwiemel għal aktar minn tletin sena u l-vaċċinazzjoni kontra din il-marda għadha ma ġietx imwettqa matul dak il-perjodu ta' żmien;

Billi l-Lebanon hu ħieles minn glanders u dourine għal aktar minn sitt xhur u l-enċefalomelisis ekwina tal-Venezwela u stomatite vessikulari qatt ma seħħew;

Billi l-awtoritajiet veterinarji tal-Lebanon taw garanzija li jinnotifikaw fi żmien 24 siegħa b'telefax, b'telegram jew b'telex lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-konferma ta' xi marda infettuża jew li tista' tittieħed fl-annimali tar-razza taż-żwiemel imsemmija fl-Anness A tad-Direttiva 90/426/KEE u xi bidla fil-vaċċinazzjoni jew fl-istrateġija ta' l-importazzjoni f'dak li jirrigwarda l-annimali tar-razza taż-żwiemel;

Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja trid tkun adottata skond is-sitwazzjoni tal-pajjiż terz ikkonċernat; billi l-każ preżenti għandu x'jaqsam biss maż-żwiemel irreġistrati;

Billi d-Deċiżjoni 79/542/KEE u d-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/195/KEE u 93/197/KEE jridu jkunu emendat b'mod xieraq;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-Parti 2 ta' l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE, il-kolonna speċjali għall-annimali tar-razza taż-żwiemel, il-linja li ġejja hi mdaħħla bi qbil ma' l-ordni alfabetika tal-kodiċi ISO:

| "LB | Il-Lebanon | x" |

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 92/260/KEE hi emendata kif ġej:

1) "il-Lebanon" hu miżjud f'ordni alfabetika għall-Kodiċi ISO għal-lista tal-pajjiżi terzi fil-grupp E ta' l-Anness I.

2) "il-Lebanon" hu miżjud f'ordni alfabetika mall-Kodiċi ISO għal-lista tal-pajjiżi terzi fit-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa kif stabbilit fl-Anness II E.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 93/195/KEE hi emendata kif ġej:

1) "il-Lebanon" hu miżjud f'ordni alfabetika mal-Kodiċi ISO għal-lista tal-pajjiżi terzi fil-grupp E ta' l-Anness I.

2) "il-Lebanon" hu miżjud f'ordni alfabetika mal-Kodiċi ISO għal-lista tal-pajjiżi terzi taħt il-Grupp E fit-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fl-Anness II.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni 93/197/KEE hi emendata kif ġej:

1) "il-Lebanon" hu miżjud f'ordni alfabetika għall-Kodiċi ISO għal-lista tal-pajjiżi terzi fil-grupp E ta' l-Anness I.

2) "il-Lebanon" hu miżjud f'ordni alfabetika mall-Kodiċi ISO għal-lista tal-pajjiżi terzi fl-ewwel nofs sentenza fit-titolu li għandu x'jaqsam maż-żwiemel irreġistrati taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fl-Anness II E.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, l-14 ta' Frar 1997.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18. 8. 1990, pġ. 42.

[2] ĠU L 146, ta’ l-14. 6. 1979, pġ. 15.

[3] ĠU L 279, tal-31. 10. 1996, pġ. 33.

[4] ĠU L 130, tal-15. 5. 1992, pġ. 67.

[5] ĠU L 86, tas-6. 4. 1993, pġ. 1.

[6] ĠU L 86, tas-6. 4. 1993, pġ. 16.

[7] ĠU L 107, tat-30. 4. 1996, pġ. 1.

--------------------------------------------------