12.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 154/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 2/2008

ta' l-1 ta' Frar 2008

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 153/2007 tas-7 ta' Diċembru 2007 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/321/KE tat-2 ta’ Mejju 2007 li teħles lir-Renju Unit minn ċerti obbligi għall-bejgħ ta’ żrieragħ tal-ħxejjex skond id-Direttiva 2002/55/KE (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Taħt l-intestatura “ ATTI LI L-ISTATI EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA EFTA GĦANDHOM IQISU B'MOD DOVUT ” tal-Kapitolu III ta' Anness I tal-Ftehim, il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 76 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/886/KE):

“77.

32007 D 0321: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/321/KE tat-2 ta’ Mejju 2007 li teħles lir-Renju Unit minn ċerti obbligi għall-bejgħ ta’ żrieragħ tal-ħxejjex skond id-Direttiva 2002/55/KE (ĠU L 119, 9.5.2007, p. 48).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2007/321/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-2 ta' Frar 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 1 ta' Frar 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 124, 8.5.2008, p. 13.

(2)   ĠU L 119, 9.5.2007, p. 48.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.