|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/1012 |
16.11.2023 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11347 — CARLYLE / GTCR / CAPTRUST)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2023/1012)
1.
Fit-8 ta’ Novembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
The Carlyle Group, Inc. (‘Carlyle’, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
GTCR, LLC (‘GTCR’, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
The Capfinancial Group, LLC (‘CAPTRUST’, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollat minn GTCR. |
Carlyle u GTCR se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ CAPTRUST.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Carlyle, li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fl-Istati Uniti tal-Amerka, hija maniġer tal-assi alternattivi globali, li timmaniġġa fondi li jinvestu globalment fi: (i) Ekwità Privata Globali; (ii) Kreditu Globali; u (iii) Soluzzjonijiet ta’ Investiment, |
|
— |
GTCR, bil-kwartieri ġenerali fl-Istati Uniti tal-Amerka, hija ditta ta’ ekwità privata ffukata fuq l-investiment f’kumpaniji li qed jikbru fl-industriji tas-Servizzi Finanzjarji u t-Teknoloġija, il-Kura tas-Saħħa, it-Teknoloġija, il-Media u t-Telekomunikazzjonijiet u Servizzi tan-Negozju, |
|
— |
CAPTRUST, bil-kwartieri ġenerali fl-Istati Uniti tal-Amerka, hija konsulent tal-investiment irreġistrata indipendenti li tipprovdi konsulenza dwar l-investiment, il-ġestjoni tal-assi, u s-servizzi ta’ ppjanar lil klijenti privati u investituri istituzzjonali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11347 — CARLYLE / GTCR / CAPTRUST
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1012/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)