2001D0548 — MT — 01.01.2007 — 002.003
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tad-9 ta’ Lulju 2001 dwar l-istabbiliment ta’ kumitat fil-qasam tal-pensjonijiet supplimentari (notifikata bid-dokument numru Ċ(2001) 1775) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 196, 20.7.2001, p.26) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
COMMISSION REGULATION (EC) No 1792/2006 of 23 October 2006 (*) |
L 362 |
1 |
20.12.2006 |
|
Emendat bi:
|
L 236 |
33 |
23.9.2003 |
Ikkoreġut b'
|
(*) |
Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti. |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-9 ta’ Lulju 2001
dwar l-istabbiliment ta’ kumitat fil-qasam tal-pensjonijiet supplimentari
(notifikata bid-dokument numru Ċ(2001) 1775)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2001/548/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 138 u 140 tiegħu,
Billi:|
(1) |
Il-Kummissjoni Ewropea, fl-Aġenda tal-Politika Soċjali tagħha tat-28 ta’ Ġunju 2000, ipproponiet li toħloq forum tal-pensjonijiet biex tindirizza l-kwistjoni tal-pensjonijiet u mobilità mal-protagonisti kollha interessati billi ħarġet komunikazzjoni. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea, fil-komunikazzjoni tagħha “Lejn suq wieħed għal pensjonijiet supplimentari” tal-11 ta’ Mejju 1999, (COM(1999) 134 finali), sostniet il-ħsieb li jkun stabbilit forum tal-pensjonijiet, kif propost mill-grupp influwenti dwar il-moviment liberu, u b’riżultat ta’ dan iddeċidiet li ssejjaħ dan il-forum, li għandu jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena, u li għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta’ gvernijiet, ta’ l-imsieħba soċjali, ta’ fondi ta’ pensjonijiet u, fejn ikun xieraq, ta’ istituzzjonijiet oħra attivi f’dan il-qasam. |
|
(3) |
Il-Parlament Ewropew laqa’ l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni u l-istabbiliment ta’ dan il-Kumitat fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Lejn suq wieħed għal pensjonijiet supplimentari”, |
IDDEĊIDIET:
L-Artikolu 1
1. Għandu jkun hemm fi ħdan il-Kummissjoni kumitat fil-qasam ta’ pensjonijiet supplimentari (il-forum tal-pensjonijiet).
2. Il-forum tal-pensjonijiet għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-gvernijiet ta’ l-Istati Membri, ta’ l-imsieħba soċjali u ta’ skemi ta’ pensjonijiet supplimentari.
L-Artikolu 2
1. Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-forum tal-pensjonijiet dwar kull problema u żviluppi li jkun hemm fuq livell tal-Komunità dwar pensjonijiet supplimentari.
Il-forum tal-pensjonijiet għandu jassisti lill-Kummissjoni partikolarment biex jinstabu soluzzjonijiet għall-problemi u għall-ostakoli marbutin ma’ mobilità ta’ ħaddiema minn naħa għal oħra tal-fruntieri fil-qasam ta’ pensjonijiet supplimentari.
2. Il-forum tal-pensjonijiet għandu jaħdem, jekk ikun meħtieġ, f’kooperazzjoni ma’ kull għaqda jew kumitat li jkollhom x’jaqsmu ma’ politika soċjali u ekonomika.
L-Artikolu 3
1. Il-forum tal-pensjonijiet għandu jkun magħmul minn ►M1 57 ◄ membru.
2. Is-siġġijiet għandhom jitqassmu kif ġej:
— siġġu wieħed għal kull Stat Membru,
— “erba” siġġijiet għall-pajjiżi l-oħra membri taż-ŻEE (siġġu wieħed għall-uffiċċju ta’ kollegament tal-Assoċjazzjoni Ewropea dwar Kummerċ Ħieles, u siġġu wieħed għal kull pajjiż interessat),
— 14-il siġġu għall-imsieħba soċjali rappreżentati fuq il-livell tal-Komunità,
— 12-il siġġu għall-fondi ta’ pensjoni u għaqdiet oħra attivi f’dan il-qasam:
—— tliet siġġijiet għall-E. F. R. P (Federazzjoni Ewropea ta’ Provvista għall-Irtirar),
— siġġu wieħed għal kull waħda mill-għaqdiet li ġejjin:
—— FEFSI (Federazzjoni Ewropea ta’ Fondi għall-Investiment u Kumpanniji)
— ACME (Assoċjazzjoni ta’ Kumpanniji Kooperattivi u Mutwali ta’ Assigurazzjoni Ewropej)
— AIM (Assoċjazzjoni Internazzjonali għall-Assistenza Mutwali)
— CEA (Kumitat ta’ Assigurazzjoni Ewropew)
— AEIP (Assoċjazzjoni Ewropea ta’ Istituzzjonijiet Paritarji)
— EAPSPI (Assoċjazzjoni Ewropea ta’ Istituzzjonijiet ta’ Pensjoni għas-Settur Pubbliku)
— GCAACE (Groupe Consultatif des Associations d’actuaires des pays de la CE)
— FBE (Federazzjoni Bankarja ta’ l-Unjoni Ewropea)
— AGE (Il-pjattaforma ta’ l-anzjani Ewropea).
L-Artikolu 4
Il-membri tal-forum tal-pensjonijiet għandhom jinħatru mill-Kummissjoni wara li jkunu nnominati mill-Istati Membri, mill-pajjiżi l-oħra li jiffurmaw l-EEA, mill-imsieħba soċjali rappreżentati fuq il-livell tal-Komunità u għaqdiet oħra msemmija fl-Artikolu 3. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tassigura li fir-rappreżentazzjoni jkun hemm bilanċ bejn is-sessi.
L-Artikolu 5
Iż-żmien tal-kariga tal-membri tal-forum tal-pensjonijiet għandu jkun ta’ tliet snin. Dan jista’ jiġġedded.
Fi tmiem taż-żmien tal-kariga, il-membri tal-forum tal-pensjonijiet għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm ikunu ssostitwiti jew ri-appuntati.
Iż-żmien tal-kariga ta’ membru jintemm qabel ma jagħlaq il-perjodu ta’ tliet snin fil-każ ta’ riżenja jew mewt. Iż-żmien tal-kariga ta’ membru jista’ wkoll jintemm jekk l-għaqda li nnominatu bħala kandidat titlob li jkun issostitwit.
Il-membru jkun issostitwit għall-bqija taż-żmien li jkun fadal tal-kariga.
Il-membri m’għandhomx jirċievu ħlas għax-xogħol tagħhom.
L-Artikolu 6
Il-Kummissjoni għandha tippubblika għall-informazzjoni l-lista tal-membri fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
L-Artikolu 7
Il-forum tal-pensjonijiet għandu jagħżel president u żewġ viċi-presidenti għal perjodu ta’ sentejn. Huma għandhom jintgħażlu b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri preżenti. Il-president tal-forum tal-pensjonijiet għandu jkun rappreżentant tad-dipartimenti interessati tad-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi u Affarijiet Soċjali sakemm il-membri tal-forum tal-pensjonijiet jagħżlu president.
L-Artikolu 8
Il-forum tal-pensjonijiet jista’ jistieden kull persuna b’kompetenza partikolari f’dak li jkun hemm fl-aġenda biex jieħu sehem bħala espert fid-diskussjoni.
Esperti għandhom jieħdu sehem fid-diskussjonijiet dwar dak biss li għalih ikunu mistiedna biex jattendu.
L-Artikolu 9
Il-forum tal-pensjonijiet jista’ jwaqqaf gruppi ta’ xogħol.
L-Artikolu 10
1. Il-forum tal-pensjonijiet għandu jissejjaħ mill-Kummissjoni u għandu jiltaqa’ fl-uffiċċji tal-Kummissjoni.
2. Rappreżentanti tad-dipartimenti tal-Kummissjoni interessati għandhom jieħdu sehem fil-laqgħat tal-forum tal-pensjonijiet u l-gruppi ta’ xogħol.
3. Il-forum tal-pensjonijiet u l-gruppi ta’ xogħol għandu jkollhom segretarjat mogħti lilhom mill-Kummissjoni.
L-Artikolu 11
Il-forum tal-pensjonijiet għandu jiddiskuti dak li l-Kummissjoni tkun talbet opinjoni dwaru. Ma ssirx votazzjoni.
Il-Kummissjoni tista’, meta titlob l-opinjoni tal-forum tal-pensjonijiet, tagħmel terminu li fih l-opinjoni għandha tingħata.
Il-pożizzjonijiet addottati mill-kategoriji ekonomiċi rappreżentati għandhom jitniżżlu fil-minuti, u għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni għandha tħalli lil dawk kollha li jkunu ħadu sehem fid-diskussjonijiet li jaraw ir-riżultati tad-diskussjonijiet meta jitolbuhom.
L-Artikolu 12
Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 287 tat-Trattat, il-membri tal-forum tal-pensjonijiet għandhom l-obbligu li ma jagħtux informazzjoni li jkunu saru jafu biha fil-ħidma tagħhom fil-forum tal-pensjonijiet jew fil-gruppi ta’ xogħol, meta l-Kummissjoni tgħarrafhom li l-opinjoni mitluba jew il-ħaġa diskussa tkun ta’ natura konfidenzjali.
F’każijiet bħal dawn, għandhom ikunu preżenti għal-laqgħat il-membri biss tal-forum tal-pensjonijiet u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni.
L-Artikolu 13
Il-Kummissjoni għandha teżamina l-ħidma u l-ħtieġa tal-forum tal-pensjonijiet fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.
L-Artikolu 14
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ mill-jum li fih tkun adottata.