European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/120

24.1.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/120

tat-23 ta’ Jannar 2025

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari, l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ

(1)

Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/73 (2), il-Kummissjoni Ewropea imponiet dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (RPĊ, People’s Republic of China) (“il-miżuri oriġinali”). Id-dazji anti-dumping li bħalissa huma fis-seħħ ivarjaw minn 10,3 % għal 70,1 %. L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali se tissejjaħ minn hawn ’il quddiem “l-investigazzjoni oriġinali”.

(2)

Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-242/19, fis-17 ta’ Marzu 2023 id-dazji anti-dumping ġew imposti mill-ġdid fir-rigward ta’ Giant Electric Vehicle (Kunshan) Co., Ltd, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/609 (3). Id-dazju impost mill-ġdid ġie stabbilit għal 9,9 %.

(3)

Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/72 (4), il-Kummissjoni imponiet, b’mod parallel, dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Id-dazji kompensatorji li bħalissa huma fis-seħħ ivarjaw minn 3,9 % għal 17,2 %.

1.2.   Talba għal reviżjoni ta’ skadenza

(4)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika tal-iskadenza viċina (5), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(5)

It-talba għal reviżjoni (“it-talba”) tressqet fis-16 ta’ Ottubru 2023 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tar-Roti (“l-applikant”) f’isem l-industrija tal-Unjoni tar-roti elettriċi fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. It-talba għal reviżjoni kienet imsejsa fuq il-bażi li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta f’kontinwazzjoni ta’ dumping u f’rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

1.3.   Bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza

(6)

Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza, fis-17 ta’ Jannar 2024 il-Kummissjoni bdiet reviżjoni ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”) abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6) (“in-Notifika tal-Bidu”).

1.4.   Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u perjodu kkunsidrat

(7)

L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

1.5.   Partijiet interessati

(8)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-produtturi magħrufin l-oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi magħrufin fir-RPĊ kif ukoll lill-awtoritajiet tar-RPĊ, lill-importaturi magħrufin, lill-utenti kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufin li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-iskadenza u stednithom jieħdu sehem.

(9)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-reviżjoni ta’ skadenza u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

1.6.   Kampjunar

(10)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.6.1.   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(11)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni iddikjarat li kienet għażlet proviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-volum tal-produzzjoni. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 23,4 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Ma wasal l-ebda kumment dwar il-kampjun proviżorju. Il-kampjun tqies bħala rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

1.6.2.   Kampjunar tal-importaturi

(12)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu.

(13)

L-ebda importatur mhux relatat ma wieġeb għall-formola tal-kampjunar. Konsegwentement, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ.

1.6.3.   Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ

(14)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi magħrufa kollha jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-RPĊ għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi oħrajn, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati biex jieħdu sehem fl-investigazzjoni.

(15)

Żewġ produtturi esportaturi mir-RPĊ biss ipprovdew tweġiba għall-kampjunar u għalhekk il-kampjunar ma tqiesx meħtieġ. Barra minn hekk, dawn iż-żewġ kumpaniji flimkien kienu jirrappreżentaw ħafna anqas minn 0,1 % tal-industrija Ċiniża tar-roti elettriċi f’termini ta’ (i) esportazzjonijiet lejn l-Unjoni (ii) esportazzjonijiet lejn id-destinazzjonijiet l-oħrajn kollha tal-esportazzjoni (iii) bejgħ domestiku u, (iv) kapaċità ta’ produzzjoni Ċiniża fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li dawk iż-żewġ kumpaniji ma setgħux jitqiesu bħala rappreżentattivi għall-industrija Ċiniża tar-roti elettriċi għall-fini tal-investigazzjoni tar-reviżjoni ta’ skadenza.

(16)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kooperazzjoni mill-produtturi tar-roti elettriċi fir-RPĊ ma kinitx biżżejjed biex isiru sejbiet rappreżentattivi u infurmat liż-żewġ kumpaniji li l-Kummissjoni kien beħsiebha tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tad-dumping u tad-dannu fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fuq il-fatti disponibbli.

(17)

Konsegwentement, il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet tar-RPĊ permezz tan-note verbale tat-12 ta’ Frar 2024, li jaf tirrikorri għall-użu tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku meta teżamina l-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tad-dumping. L-awtoritajiet tar-RPĊ ma rreaġixxewx għan-note verbale.

1.7.   Tweġibiet għall-kwestjonarju

(18)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern taċ-Ċina (“GTĊ”, Government of China).

(19)

Il-Kummissjoni infurmat liż-żewġ kumpaniji li kienu bagħtu tweġiba għall-kampjunar li huma ma setgħux jitqiesu bħala rappreżentattivi għall-industrija ġenerali Ċiniża tar-roti elettriċi u li l-informazzjoni tagħhom speċifika għall-kumpanija ma kinitx suxxettibbli biex tifforma bażi għal sejbiet rappreżentattivi rigward l-esportazzjonijiet kollha mir-RPĊ lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet liż-żewġ kumpaniji biex jikkuntattjaw lis-servizzi tal-Kummissjoni f’każ li xorta waħda kien beħsiebhom jimlew tweġiba għall-kwestjonarju. Fil-bidu tal-investigazzjoni, kopja tal-kwestjonarji kienet disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ.

(20)

Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ jew minn xi produttur (esportatur) Ċiniż.

1.8.   Verifika

(21)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping u tad-dannu u tal-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

 

Produtturi tal-Unjoni

—

Cube Bikes, il-Ġermanja

—

Accell Hunland, l-Ungerija

—

Cross, il-Bulgarija

1.9.   Proċedura sussegwenti

(22)

Fil-25 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kienet beħsiebha żżomm id-dazji anti-dumping fis-seħħ. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni.

(23)

Diversi partijiet interessati ssottomettew kummenti, li ġew ikkunsidrati mill-Kummissjoni u indirizzati fit-Taqsimiet 2.3 u 7 hawn taħt. Il-partijiet li talbu dan ingħataw seduta ta’ smigħ.

2.   PRODOTT TAĦT RIEŻAMI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott taħt rieżami

(24)

Il-prodott taħt rieżami huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri roti, b’assistenza ta’ pedali, b’mutur elettriku awżiljarju, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 8711 60 10 u ex 8711 60 90 (il-kodiċi TARIC 8711 60 90 10) (“il-prodott taħt rieżami”).

2.2.   Prodott ikkonċernat

(25)

Il-prodott ikkonċernat f’din l-investigazzjoni huwa l-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.3.   Prodott simili

(26)

Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kkonfermat li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

—

il-prodott ikkonċernat meta jiġi esportat lejn l-Unjoni;

—

il-prodott taħt reviżjoni li jiġi prodott u mibjugħ fis-suq domestiku tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina;

—

il-prodott taħt reviżjoni li jiġi prodott u mibjugħ mill-produtturi esportaturi lill-kumplament tad-dinja; u

—

l-prodott taħt reviżjoni li jiġi prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(27)

Għalhekk, dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

(28)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, parti waħda sostniet li l-Kummissjoni jenħtieġ li tispeċifika li l-partijiet importati mill-importaturi eżentati u/jew mill-esportaturi barranin eżentati skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2024/1279 (7) jenħtieġ li ma jitqisux bħala l-prodott ikkonċernat. Skont din il-parti, għandu jiġi ċċarat li partijiet tal-prodott ikkonċernat li għandhom jintużaw għall-prodott ikkonċernat mhumiex soġġetti għal dazji anti-dumping jekk jiġu importati separatament.

(29)

Il-Kummissjoni qieset li tali kjarifika ma kinitx iġġustifikata peress li l-partijiet mhumiex koperti mill-miżuri li huma soġġetti għal dan ir-rieżami. Fuq din il-bażi, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

3.   DUMPING

3.1.   Kummenti preliminari

(30)

Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni, l-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi mir-RPĊ komplew, għalkemm f’livelli aktar baxxi milli fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali (jiġifieri mill-1 ta’ Ottubru 2016 sat-30 ta’ Settembru 2017). Skont id-data tal-Eurostat, l-importazzjonijiet tar-roti elettriċi mir-RPĊ ammontaw għal madwar 4,4 % tas-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni meta mqabbla ma’ sehem mis-suq ta’ 35 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali. F’termini assoluti, il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ naqas minn 699 658 unità fil-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali għal 220 914-il unità matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni.

(31)

Kif imsemmi fit-taqsima 1.6.3, ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-esportaturi/produtturi mir-RPĊ fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet tar-RPĊ li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni jaf tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar is-sejbiet fir-rigward tal-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tad-dumping u tad-dannu. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment jew talba għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta f’dan ir-rigward.

(32)

Konsegwentement, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari l-informazzjoni ppreżentata mat-talba għal reviżjoni u l-informazzjoni miksuba mill-partijiet li kkooperaw matul l-investigazzjoni tar-reviżjoni (jiġifieri, l-applikant u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun).

3.2.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku għall-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw mir-RPĊ

(33)

Minħabba li l-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni kellha t-tendenza li turi, fir-rigward tar-RPĊ, l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a), il-punt (b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(34)

Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku qabel l-iskadenza. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ.

(35)

Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, kienet għażlet proviżorjament lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li kienet se teżamina pajjiżi oħrajn possibbilment xierqa f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku.

(36)

Fit-18 ta’ Lulju 2024, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati permezz ta’ nota għall-fajl (“in-Nota għall-Fajl”) dwar is-sorsi rilevanti li kien beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali, bit-Turkija bħala l-pajjiż rappreżentattiv. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha ta’ produzzjoni bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tar-roti elettriċi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”, selling, general and administrative) u profitti abbażi ta’ rapporti finanzjarji aggregati mill-Istatistika tal-Kontijiet tal-Kumpanija (8) għal 206 kumpaniji profittabbli attivi fil-Klassifikazzjoni Statistika tal-Attivitajiet Ekonomiċi, komunement imsejħa bħala NACE, il-kategorija 30.9 “Manifattura ta’ tagħmir tat-trasport m.k.b.” (mhux klassifikata band’oħra). Id-data għal dawk il-produtturi fil-pajjiż rappreżentattiv hija kkompilata mill-Bank Ċentrali tat-Turkija u mill-Istitut Tork tal-Istatistika. Il-partijiet ġew mistiedna jikkummentaw, u waslu kummenti mingħand l-applikant li tqiesu kif deskritt fil-premessa (67).

3.3.   Valur normali

(37)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”.

(38)

Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “fil-każ li jiġi determinat […], li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” se tissejjaħ minn hawn ’il quddiem “SG&A”).

(39)

Kif spjegat aktar hawn taħt, il-Kummissjoni kkonkludiet f’din l-investigazzjoni li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u tal-produtturi fiċ-Ċina, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

3.3.1.   Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

(40)

L-azzar u l-aluminju huma materja prima ewlenija fl-industrija tar-roti. Essenzjalment, il-partijiet ewlenin kollha tar-roti huma kompletament jew parzjalment magħmula minn dawn il-materjali. L-oqfsa, il-frieket u l-manubriji tar-roti jkunu normalment magħmula jew mill-azzar jew mill-aluminju. Ir-roti u l-ktajjen tal-imgħażel, id-derailleurs, il-gerijiet u l-kejbils u l-carriers ikunu normalment magħmula mill-azzar. Il-mudguards u l-pedali jkunu magħmula mill-metall jew mill-plastik (jiġifieri prodotti tal-industrija kimika). It-talba semmiet id-distorsjonijiet sinifikanti li nstabu mill-Kummissjoni Ewropea fl-industriji Ċiniżi tal-azzar u tal-aluminju f’investigazzjonijiet reċenti bħall-importazzjonijiet miċ-Ċina ta’ elementi tal-irbit tal-azzar, tubi u pajpijiet iwweldjati tal-azzar, torrijiet tar-riħ tal-azzar, azzar inossidabbli llaminat bis-sħana (9); foil tal-aluminju għall-modifikazzjoni, estrużjonijiet tal-aluminju, prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti, foil tal-aluminju, u roti tal-aluminju għall-użu fit-triq (10). Is-sejbiet ripetuti u konsistenti f’dawn il-każijiet huma, skont it-talba, evidenza ċara ta’ distorsjonijiet sistemiċi tal-kostijiet u tal-prezzijiet Ċiniżi tal-prodotti tal-azzar u tal-aluminju fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku.

(41)

Bħal f’investigazzjonijiet preċedenti dwar is-setturi tal-azzar u tal-aluminju fir-RPĊ, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fuq il-fajl, inkluż l-evidenza li tinsab fit-talba, u fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ (11) (ir-“Rapport”) kif ukoll fil-verżjoni aġġornata tiegħu (ir-“Rapport aġġornat”) (12), li tiddependi fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti inkluż il-prodott taħt reviżjoni. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ, kif misjub ukoll mill-investigazzjonijiet preċedenti tagħha f’dan ir-rigward.

(42)

It-talba allegat li l-ekonomija Ċiniża kollha kemm hi hija influwenzata u affettwata b’mod wiesa’ minn interventi governattivi sostanzjali, li fid-dawl tagħhom il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi tal-industrija Ċiniża tar-roti elettriċi ma jistgħux jintużaw f’din l-investigazzjoni. B’mod partikolari, it-talba semmiet li l-industrija Ċiniża tar-roti elettriċi kienet ikkaratterizzata minn livell għoli ta’ sjieda mill-Istat, influwenza tal-Istat u/jew sussidjar mill-Istat u diversi produtturi tar-roti elettriċi għandhom rabtiet mill-qrib mal-GTĊ, il-gvernijiet reġjonali jew lokali, direttament jew permezz ta’ assoċjazzjonijiet. Biex tappoġġja l-pożizzjoni tagħha, it-talba rreferiet għar-Rapport, għal-leġiżlazzjoni Ċiniża, għal rapporti ulterjuri, kif ukoll għal evidenza aneddotali addizzjonali ta’ distorsjonijiet implimentati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni.

(43)

Kif imsemmi fil-premessa (40) hawn fuq, it-talba semmiet investigazzjonijiet reċenti fejn il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali tal-gvern fir-RPĊ li jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (13). B’mod aktar speċifiku, it-talba argumentat li l-ekonomija Ċiniża, inkluż is-settur tar-roti elettriċi u tar-roti, hija ddeterminata b’mod sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li fuqhom jeħtiġilhom jiffukaw il-gvernijiet ċentrali u lokali. Dawn il-politiki jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew inkella jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles. It-talba semmiet ukoll li s-sistema ta’ ppjanar fiċ-Ċina tirriżulta f’riżorsi li jiġu mbuttati lejn setturi deżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, aktar milli jiġu allokati f’konformità mal-forzi tas-suq. Barra minn hekk, it-talba semmiet li l-kost tal-biċċa l-kbira tal-fatturi tal-produzzjoni tar-roti elettriċi Ċiniżi, jekk mhux ta’ kollha, huwa distort, inkluż l-azzar u l-aluminju għall-parts tar-roti, l-elettriku, l-art, u l-kostijiet lavorattivi.

(44)

It-talba pprovdiet eżempji ta’ elementi li jindikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet, kif elenkati mill-ewwel sas-sitt sing tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. It-talba stabbiliet ukoll li l-industrija tar-roti elettriċi u tal-parts tagħha (jiġifieri l-batterija, il-magna, l-unitajiet ta’ kontroll u l-komponenti tal-metall ħafif) jitqiesu bħala industriji ewlenin/strateġiċi, li l-iżvilupp tagħhom huwa mmirat b’mod attiv mill-GTĊ bħala objettiv ta’ politika. B’mod partikolari, it-talba sostniet li l-GTĊ kien qed jippromwovi bil-qawwi l-industrija Ċiniża tar-roti u tar-roti elettriċi, permezz ta’ strumenti nazzjonali, reġjonali u lokali bħall-14-il Pjan Ġenerali għal 5 Snin (14); in-Notifika dwar Made in China 2025 (15); il-Katalogu tal-Industriji Mħeġġa għall-Investiment Barrani fir-Reġjun Ċentrali u tal-Punent taċ-Ċina (16) (Verżjoni tal-2020) u l-Katalogu ta’ Gwida għall-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali (17) (batteriji u materjal ħafif). It-talba semmiet ukoll diversi provinċji, fosthom Tianjin, Hebei, Jiangsu, Zhejiang, Shandong u Guangdong, li inkludew l-industrija tar-roti u/jew tal-vetturi elettriċi fil-pjanijiet reġjonali tagħhom.

(45)

Bħala konklużjoni, it-talba ħadet il-pożizzjoni li l-prezzijiet jew il-kostijiet, inkluż il-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Fuq dik il-bażi, skont it-talba, mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit valur normali f’dan il-każ.

(46)

Il-GTĊ la kkummenta u lanqas ipprovda evidenza li ssostni jew tirribatti l-evidenza eżistenti fil-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport (aġġornat) u l-evidenza addizzjonali pprovduta mill-applikant, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni.

(47)

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni kkonfermat l-affermazzjoni li tinsab fit-talba li l-industrija tar-roti elettriċi tibqa’ titqies bħala industrija ewlenija mill-GTĊ. Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn iffokati fuq il-promozzjoni tal-industrija tar-roti b’mod ġenerali u tal-industrija tar-roti elettriċi b’mod partikolari, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali, u muniċipali.

(48)

L-14-il Pjan Ġenerali għal 5 Snin semma speċifikament l-industrija Ċiniża tar-roti elettriċi bħala industrija mħeġġa. Barra minn hekk, l-industrija tar-roti elettriċi ġiet elenkata bħala industrija mħeġġa f’diversi katalogi adottati mill-GTĊ, bħal dawk imsemmija fil-premessa (44) hawn fuq.

(49)

Barra minn hekk, il-GTĊ u l-gvernijiet reġjonali ħarġu wkoll pjanijiet speċifiċi għas-settur u programmi ta’ appoġġ għall-industrija tar-roti. Pereżempju, l-Opinjoni Gwida tal-2022 dwar l-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija ħafifa MIIT 2022/68 (18) tipprovdi informazzjoni speċifika rigward proġetti tar-R&Ż fuq teknoloġiji ewlenin li jsemmu t-trażmissjoni tar-roti u t-teknoloġija effiċjenti ħafna tas-sigurtà tal-batteriji tal-litju. Din tinkludi wkoll informazzjoni dwar it-titjib tal-inġinerija innovattiva tal-manifattura tal-prodotti li tikkonċerna roti bħal roti off-road fuq distanza twila u li jintwew bi prestazzjoni għolja kif ukoll roti elettriċi intelliġenti. Il-Kundizzjonijiet Standard għall-2024 tal-Industrija tar-Roti Elettriċi (19) u l-Miżuri ta’ Ġestjoni tad-Dikjarazzjoni Standard tal-Industrija tar-Roti Elettriċi (MIIT, Electric Bicycle Industry Standard Announcement Management Measures) (20) tħabbru mill-Ministeru għall-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, mill-Amministrazzjoni tal-Istat għar-Regolamentazzjoni tas-Suq, u mill-Bureau Nazzjonali tan-Nirien u s-Salvataġġ sabiex jiġi promoss l-iżvilupp tal-industrija tar-roti elettriċi, id-dikjarazzjoni semmiet li “intrapriżi ġodda tal-produzzjoni u proġetti ġodda u estiżi għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-politiki industrijali nazzjonali. L-intrapriżi għandhom isaħħu l-innovazzjoni teknoloġika, itejbu l-kwalità tal-prodott, iħeġġu t-trasformazzjoni ta’ livell għoli, intelliġenti u ekoloġika u t-titjib tal-linji ta’ produzzjoni eżistenti, u jnaqqsu l-proġetti ta’ kostruzzjoni li sempliċiment jespandu l-kapaċità tal-produzzjoni. Dawn għandhom iħeġġu lir-reġjuni b’kundizzjonijiet biex jiġi promoss l-iżvilupp ibbażat fuq il-parks u intensiv tal-industrija tar-roti elettriċi”. Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni inkludiet informazzjoni rigward is-superviżjoni u l-ġestjoni tal-industrija tar-roti elettriċi, filwaqt li semmiet li “L-assoċjazzjonijiet tal-industrija għandhom jorganizzaw intrapriżi biex isaħħu l-awtodixxiplina tal-industrija, jiggwidaw lill-intrapriżi ħalli jinvolvu ruħhom f’attivitajiet tal-produzzjoni u tan-negozju f’konformità mal-liġi, u jassistu lid-dipartiment kompetenti tal-industrija fl-implimentazzjoni u s-superviżjoni ta’ segwitu ta’ dawn il-kundizzjonijiet standard”.

(50)

Aktar objettivi tal-politika industrijali rigward ir-roti elettriċi jistgħu jinstabu wkoll fid-dokumenti tal-ippjanar tal-provinċji, bħal Shandong (21), Hebei (22), Tianjin (23), Jinghai, u Jiansgu (24). Il-Provinċja ta’ Jiangsu hija l-ewwel provinċja għall-produzzjoni tar-roti elettriċi fir-RPĊ, u l-produzzjoni tagħha tar-roti elettriċi tammonta għal madwar 20 % tal-produzzjoni tar-roti elettriċi tal-pajjiż (25). Hija għandha park industrijali ta’ teknoloġija avvanzata bl-isem ta’ Żona ta’ Żvilupp Ekonomiku u Teknoloġiku ta’ Tianjin Ziya li huwa d-distrett industrijali ewlieni fil-produzzjoni tar-roti b’mod ġenerali u tar-roti elettriċi b’mod partikolari (26), li rċieva l-marka ta’ “Kapitali tar-Roti u tar-Roti Elettriċi taċ-Ċina” mogħtija mill-grupp ta’ esperti tal-Federazzjoni tal-Industrija Ħafifa taċ-Ċina u tal-Assoċjazzjoni tar-Roti taċ-Ċina (27).

(51)

Fir-rigward tal-fatt li l-GTĊ jinsab f’pożizzjoni biex jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat f’ditti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku, l-investigazzjoni wriet li l-Assoċjazzjoni tar-Roti taċ-Ċina (CBA, China Bicycle Association) hija kkontrollata mill-partit Komunista taċ-Ċina kif stabbilit fl-artikoli tal-Assoċjazzjoni (28). B’mod partikolari, l-Artikolu 21 tas-CBA stabbilixxa l-kompożizzjoni tal-Bord tad-Diretturi u l-kundizzjonijiet li jridu jissodisfaw inkluż li “jappoġġjaw it-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina, jimplimentaw bir-reqqa l-linja, il-prinċipji u l-politiki tal-Partit, jirrispettaw il-liġijiet u r-regolamenti, jirrispettaw l-etika soċjali u professjonali, u jkollhom kwalità politika għolja u professjonaliżmu”. Barra minn hekk, l-Assoċjazzjoni tar-Roti ta’ Jiangsu (29), tinkludi fl-Artikolu 4 tagħha li “F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni tal-Partit Komunista taċ-Ċina, din l-assoċjazzjoni għandha tistabbilixxi l-organizzazzjoni tal-Partit Komunista taċ-Ċina, twettaq attivitajiet tal-partit u tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit”, u fl-Artikolu 5 tagħha “L-awtorità tar-reġistrazzjoni ta’ din l-assoċjazzjoni hija d-Dipartiment tal-Affarijiet Ċivili tal-Provinċja ta’ Jiangsu. Din l-assoċjazzjoni taċċetta l-gwida tan-negozju u s-superviżjoni u l-ġestjoni tad-Dipartiment tal-Affarijiet Ċivili tal-Provinċja ta’ Jiangsu u ta’ dipartimenti rilevanti oħrajn”.

(52)

Fir-rigward tal-produtturi ewlenin tar-roti elettriċi, l-investigazzjoni sabet ukoll li Fushida hija membru tas-CBA, u s-CEO tagħha huwa segretarju ta’ Fergħa tal-Partit (30). Shanghai Phoenix hija kumpanija li 24,36 % minnha hija proprjetà tal-Istat (31) u l-President ilu Segretarju tal-Kumitat tal-Partit minn Jannar 2023. Flight Pigeon hija Intrapriża tal-Istat miżmuma minn Tianjin Bohai Light Industry Investment Group, Grupp ta’ Intrapriżi tal-Istat taħt is-SASAC (32). Fir-rigward tal-kumpanija privata Zhonglu co. li topera l-marka Shanghai Forever, ta’ min jiġi nnotat li l-President tal-kumpanija huwa viċi segretarju tal-Kumitat tal-Partit (33).

(53)

Barra minn hekk, fis-settur tal-prodott taħt rieżami hemm stabbiliti politiki li jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw is-suq fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż tar-Regolament bażiku. L-investigazzjoni identifikat aktar dokumenti li juru li l-industrija tibbenefika minn gwida u intervent governattivi fis-settur tar-roti elettriċi. Barra minn hekk, l-industrija tar-roti fid-Distrett ta’ Jinghai ġiet inkluża fil-lista ta’ raggruppamenti karatteristiċi tal-industrija ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fl-2023 imħabbra mill-Ministeru għall-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni (ara l-premessa (49) hawn fuq) (34).

(54)

Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza f’din l-investigazzjoni li turi li s-settur tar-roti elettriċi mhuwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż tar-Regolament bażiku. Pereżempju, l-investigazzjoni kkonfermat li Shanghai Phoenix ibbenefikat minn sussidji governattivi fl-2022 u fl-2023 kif iddikjarat fir-Rapport Annwali tagħha tal-2023 (35). Zhonglu co., li topera l-marka Shanghai Forever ibbenefikat ukoll minn sussidji governattivi kif iddikjarat fir-Rapport Annwali tagħha tal-2023 (36).

(55)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi prodott il-prodott taħt reviżjoni, huma meħtieġa għadd ta’ inputs (ara wkoll il-premessa (40) hawn fuq). Meta l-produtturi tar-roti elettriċi jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) jiġu esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li hija soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li jkunu soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi.

(56)

B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tar-roti elettriċi ma jkunux xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet kollha tal-input (inkluż il-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) jiġu affettwati wkoll minħabba li l-formazzjoni tal-prezz tagħhom tiġi affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport (aġġornat). Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fir-RPĊ permezz tat-taħlita ta’ firxa ta’ fatturi tal-produzzjoni jiġi espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input tal-input, eċċ.

(57)

Fil-qosor, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott taħt reviżjoni, inkluż il-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif muri mill-impatt attwali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Fuq dik il-bażi, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit valur normali f’dan il-każ. Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet biex taħdem il-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif deskritt fit-taqsima li ġejja.

3.3.2.   Pajjiż rappreżentattiv

3.3.2.1.   Kummenti ġenerali

(58)

L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:

—

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross per capita simili għal dak tar-RPĊ abbażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji (37);

—

Il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami f’dak il-pajjiż (38);

—

L-eżistenza ta’ data rilevanti faċilment disponibbli fil-pajjiż rappreżentattiv;

—

F’każ li jkun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, jenħtieġ li tingħata preferenza, fejn ikun xieraq, lill-pajjiż b’livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

(59)

Kif spjegat fil-premessa (36), il-Kummissjoni ħarġet nota għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali fit-18 ta’ Lulju 2024. Din in-nota ddeskriviet il-fatti u l-evidenza li jirfdu l-kriterji rilevanti, informat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tqis lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiġi kkonfermata.

(60)

F’konformità mal-kriterji elenkati fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni identifikat lit-Turkija bħala pajjiż b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ. It-Turkija hija klassifikata mill-Bank Dinji bħala pajjiż b’“introjtu medju superjuri” fuq bażi ta’ introjtu nazzjonali gross. Barra minn hekk, it-Turkija ġiet identifikata bħala pajjiż fejn il-prodott taħt reviżjoni qiegħed jiġi prodott u fejn id-data rilevanti kienet faċilment disponibbli.

(61)

Fl-aħħar nett, abbażi tal-elementi kollha ta’ hawn fuq, wara li ġie stabbilit li t-Turkija kienet pajjiż rappreżentattiv xieraq, u mingħajr ebda pajjiż rappreżentattiv xieraq alternattiv propost minn kwalunkwe waħda mill-partijiet interessati, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, l-aħħar sentenza tar-Regolament bażiku.

3.3.2.2.   Konklużjoni

(62)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, kif propost fit-talba għal reviżjoni ta’ skadenza u peress li t-Turkija ssodisfat il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet lit-Turkija bħala l-pajjiż rappreżentattiv xieraq.

3.3.3.   Sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni

(63)

Fin-nota dwar is-sorsi rilevanti li għandhom jintużaw għad-determinazzjoni tal-valur normali, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi tal-produzzjoni bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt reviżjoni mill-produtturi tal-Unjoni u Torok abbażi tal-informazzjoni fit-talba għal reviżjoni ta’ skadenza aġġornata kif xieraq fejn kienet disponibbli informazzjoni aktar preċiża. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li, sabiex taħdem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża l-Global Trade Atlas (“GTA”) (39) biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni ta’ xi wħud mill-fatturi ta’ produzzjoni, b’mod partikolari l-aktar materja prima importanti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li tuża informazzjoni mill-Istitut Tork tal-Istatistika (40) biex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manodopera u tal-enerġija.

(64)

Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li biex tistabbilixxi l-ammonti raġonevoli għall-kostijiet SG&A u għall-profitt, hija kienet se tuża d-data finanzjarja mill-Istatistika tal-Kontijiet tal-Kumpanija għal 206 kumpaniji attivi fil-kategorija 30.9 tan-NACE, kif stabbilit fil-premessa (36).

(65)

Il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-partijiet interessati li għadd ta’ fatturi ta’ produzzjoni (iż-żebgħa, iż-żebgħa ta’ taħt u l-kitt elettriku tal-EPAC) kollha kienu jirrappreżentaw individwalment sehem żgħir mill-kostijiet totali tal-materja prima/tal-komponenti fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni (flimkien anqas minn 1 % tal-kostijiet totali tal-materja prima/tal-komponenti). Għalhekk, il-Kummissjoni ttrattat dawn il-fatturi l-oħrajn tal-produzzjoni bħala “materjali konsumabbli” u esprimiet dawn il-materjali konsumabbli bħala perċentwal tal-kost totali tal-materja prima.

(66)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni inkludiet valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura sabiex tkopri kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni msemmija hawn fuq. Il-Kummissjoni stabbiliet il-proporzjon tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura għall-kostijiet diretti tal-manifattura, abbażi ta’ informazzjoni speċifika mill-produtturi tal-Unjoni u mill-kumpaniji relatati tagħhom, ipprovduta mill-applikant. (41)

(67)

Fid-dawl tal-kummenti tal-applikant dwar in-Nota għall-Fajl, il-Kummissjoni għamlet żewġ bidliet fil-lista tal-fatturi ta’ produzzjoni kif ġej. L-ewwel nett, żball klerikali ġie kkoreġut fejn l-informazzjoni relatata mal-batteriji nbidlet b’mod involontarju mal-informazzjoni għall-mutur elettriku għar-roti. It-tieni nett, għal erba’ fatturi ta’ produzzjoni (is-settijiet tal-krank, il-pedali, il-buttun ta’ wara u l-buttun ta’ quddiem) il-kodiċijiet tal-merkanzija użati fin-nota ġew issostitwiti b’kodiċijiet tal-merkanzija aktar preċiżi relatati direttament mal-parts ikkonċernati. Dawn il-bidliet ġew riflessi fit-Tabella 1.

3.4.   Kostijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni

3.4.1.   Fatturi ta’ produzzjoni

(68)

Meta titqies l-informazzjoni kollha bbażata fuq it-talba u l-informazzjoni sussegwenti ppreżentata mill-applikant u miġbura matul iż-żjarat ta’ verifika, il-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku:

Tabella 1

Fatturi ta’ produzzjoni tar-roti elettriċi

Fattur ta’ Produzzjoni

Kodiċi tal-Merkanzija

Valur mingħajr distorsjoni (CNY)

Unità ta’ kejl

Sors ta’ informazzjoni

Materja prima

Adapters (parts elettriċi)

39235090

55,13

Unità

Talba għal reviżjoni

Adapters (oħrajn)

39235090 , 87149990

1,61

Unità

Talba għal reviżjoni

Batterija

85076

1 487,88

Unità

GTA

Kaxxa tal-batterija

39235090

54,78

Kilogramma

GTA

Qanpiena

871499

3,64

Unità

Talba għal reviżjoni

Brejk

87149420

282,49

Kilogramma

GTA

Wajer ta’ ġewwa tal-brejk

8 714 99

2,83

Unità

Talba għal reviżjoni

Liver tal-brejk

87149490

14,24

Unità

Talba għal reviżjoni

Grupp tal-kejbils

-

3,73

Arloġġ

Talba għal reviżjoni

Katina

73151110 , 73151900

32,53

Arloġġ

Talba għal reviżjoni

Kaver tal-katina

871499900019

36,29

Sett

Talba għal reviżjoni

Ħowlder tal-kaver tal-katina

87149990

3,83

Unità

Talba għal reviżjoni

Parti ta’ konnessjoni

871499

0,56

Unità

Talba għal reviżjoni

Sett tal-Krank

87149630

120,22

Kilogramma

GTA

Decal

490890

511,63

Kilogramma

GTA

Parts ta’ roti elettriċi

871499

1,38

Arloġġ

Talba għal reviżjoni

Kejbil tal-elettriku

871499

51,00

Unità

Talba għal reviżjoni

Mutur elettriku għar-rota

8501310090

1 162,33

Unità

GTA

Furketta

87149130

626,86

Unità

GTA

Qafas

871491100019

1 485,75

Unità

GTA

Aċċessorji tal-qafas

871499900019

5,47

Unità

Talba għal reviżjoni

Il-Buttun ta’ Quddiem

871493

185,46

Kilogramma

GTA

Qabda

87149990

11,03

Unità

Talba għal rieżami

Manubriju

87149910

28,65

Unità

GTA

Sieq tal-manubriju

87149990

37,13

Kilogramma

GTA

Bozza ta’ quddiem

871499

115,77

Unità

Talba għal rieżami

Brekit tal-bozza ta’ quddiem

871499

14,59

Unità

Talba għal rieżami

Ilbies għall-protezzjoni tar-ras

87149190

59,39

Kilogramma

GTA

Kompressur tal-Ilbies għall-protezzjoni tar-ras

87149190

3,83

Unità

Talba għal rieżami

Tubu ta’ ġewwa

401320

5,96

Unità

GTA

Appoġġ tal-molla

871499

32,47

Unità

Talba għal rieżami

Mudguard

87149990

56,85

Sett

Talba għal rieżami

Parts tal-mudguard

87149990

15,68

Unità

Talba għal rieżami

Komponenti tal-buttun tal-gerijiet

87149990

15,85

Unità

Talba għal rieżami

Konnetturi tal-imgħażel

87149990

5,67

Unità

Talba għal rieżami

Kejsing ta’ barra

-

5,13

Arloġġ

Talba għal rieżami

Pedala

87149610

42,23

Par

GTA

Carrier ta’ wara

87149930

97,30

Unità

GTA

Derailleur ta’ wara

87149950

168,27

Kilogramma

GTA

Buttun ta’ wara

871493

185,46

Kilogramma

GTA

Sprokit ta’ wara

871493

185,46

Kilogramma

GTA

Rimm tar-Rota

87149210

85,76

Unità

Talba għal rieżami

Tejp tar-rimm

8714999

1,23

Unità

Talba għal reviżjoni

Rotor

871499

43,32

Unità

Talba għal reviżjoni

Sarġ

871495

81,05

Kilogramma

GTA

Klamp tas-sit

87149990

37,13

Kilogramma

GTA

Tubu tas-sit

87149990

37,13

Kilogramma

GTA

Liver tal-ger

87149990

37,13

Kilogramma

GTA

Spidometru

871499

364,85

Unità

Talba għal reviżjoni

Magħżel

87149990

37,13

Kilogramma

GTA

Protettur tal-magħżel

87149990

3,83

Unità

Talba għal reviżjoni

Swiċċ

39235090

54,78

Kilogramma

GTA

Bozza ta’ wara

871499

12,92

Unità

Talba għal reviżjoni

Tajer

401150

22,52

Unità

GTA

Manodopera

Manodopera

Mhux applikabbli

50,90

Sigħat

Istitut Tork tal-Istatistika (42)

Enerġija

Elettriku

Mhux applikabbli

0,892

kWh

Istitut Tork tal-Istatistika (42)

Gass

Mhux applikabbli

4,112

kWh

Istitut Tork tal-Istatistika (42)

3.4.1.1.   Materja prima

(69)

Il-proċessi tal-produzzjoni tar-roti elettriċi huma globalment simili, bl-ebda differenza sinifikanti bejn il-proċessi tal-produzzjoni jew il-materjali tal-input użati fir-RPĊ, fl-Unjoni u f’pajjiżi oħrajn.

(70)

Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima kif ikkonsenjata mal-bibien ta’ produttur ta’ pajjiż rappreżentattiv, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA, li miegħu żdiedu d-dazji tal-importazzjoni. Il-prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha, bl-esklużjoni tar-RPĊ u tal-pajjiżi li mhumiex membri tad-WTO, elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (43) Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li kkonkludiet fil-premessa (57) li mhuwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsubin għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Wara li ġew esklużi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv, il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn baqa’ rappreżentattiv.

(71)

Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda importazzjoni oħra fi kwantitajiet materjali minn sorsi distorti oħrajn.

(72)

Għal xi fatturi ta’ produzzjoni, id-data statistika mill-GTA pprovdiet prezzijiet għal kull tunnellata/kilogramma, filwaqt li l-valuri tal-konsum fil-produzzjoni ta’ rota elettrika kienu f’unitajiet (jew f’kejl ieħor bħall-metri). Dan kien jikkonċerna l-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin: swiċċijiet, brejkijiet, settijiet tal-krank, derailleurs ta’ wara, sprokits ta’ wara, livers tal-gerijiet, buttuni ta’ quddiem, buttun ta’ wara, imgħażel, buttuni ta’ wara, decals, settijiet tar-ras, pedali, sruġ, klamps tas-sit, u tubi tas-sit. Għall-fatturi ta’ konverżjoni li għandhom jintużaw għal dawn il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni qagħdet fuq l-ispjegazzjonijiet u l-evidenza ta’ sostenn ipprovduti mill-applikanti fit-talba. (44) Din l-evidenza kienet tikkonsisti f’informazzjoni minn siti web speċjalizzati (45) u fil-kalkoli tal-applikanti stess tal-piż għal kull oġġett. (46)

(73)

Għal għadd ta’ fatturi ta’ produzzjoni, il-kostijiet attwali mġarrba mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw sehem negliġibbli tal-kostijiet totali tal-materja prima fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni. Peress li l-valur użat għal dawn il-fatturi ta’ produzzjoni ma kellu l-ebda impatt sinifikattiv fuq il-kalkoli tal-marġni tad-dumping, irrispettivament mis-sors użat, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi dawk il-kostijiet fil-materjali konsumabbli kif spjegat fil-premessa (65).

(74)

Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni u fin-nuqqas ta’ elementi oħrajn fil-fajl, abbażi tad-data pprovduta mill-applikant, il-Kummissjoni stabbiliet il-proporzjon tal-materjali konsumabbli għall-kostijiet totali tal-materja prima/tal-komponenti għal 1 %. Dan il-perċentwal imbagħad ġie applikat għall-kost ikkalkulat mill-ġdid tal-materja prima/tal-komponenti meta ntużaw il-prezzijiet mingħajr distorsjoni stabbiliti.

(75)

Normalment, jenħtieġ li l-prezzijiet tat-trasport domestiku jiżdiedu wkoll ma’ dawn il-prezzijiet tal-importazzjoni. Madankollu, b’kunsiderazzjoni tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni kif ukoll tan-natura ta’ din l-investigazzjoni tar-reviżjoni ta’ skadenza, li hija ffokata biex tiskopri jekk id-dumping kompliex matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni jew jekk jistax jerġa’ jseħħ, aktar milli biex tiskopri d-daqs eżatt tiegħu, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-aġġustamenti għat-trasport domestiku ma kienux meħtieġa. Dawn l-aġġustamenti jirriżultaw biss f’żieda tal-valur normali u għalhekk tal-marġni tad-dumping.

3.4.1.2.   Manodopera

(76)

L-Istitut Tork tal-Istatistika jippubblika informazzjoni dettaljata dwar il-pagi f’setturi ekonomiċi differenti fit-Turkija. Il-Kummissjoni użat l-aħħar statistika disponibbli (2022) għall-kost lavorattiv medju fis-Settur 30 tan-NACE li tinkludi l-kostijiet tal-manodopera fil-manifattura tar-roti elettriċi (47). Il-kostijiet lavorattivi medji fis-siegħa miksubin b’dan il-mod ġew aġġustati aktar għall-inflazzjoni bl-użu tal-indiċi tal-kost lavorattiv (48) biex jirriflettu l-kostijiet għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni.

3.4.1.3.   Elettriku

(77)

Biex tistabbilixxi l-prezz referenzjarju għall-elettriku, il-Kummissjoni użat il-prezzijiet kif irrapportati fit-tabelli tat-tariffi tal-elettriku bbażati fuq il-kontijiet tal-elettriku ppubblikati mill-Awtorità Regolatorja Torka tas-Suq tal-Enerġija (EMRA, Turkish Energy Market Regulatory Authority) fl-istqarrijiet għall-istampa regolari tagħha. (49) Il-Kummissjoni użat id-data relatata mal-prezzijiet tal-elettriku industrijali f’Kuruş/kWh għas-settur industrijali għall-2023, li kien ta’ 0,892 CNY/kWh.

3.4.1.4.   Gass naturali

(78)

Biex tistabbilixxi l-prezz referenzjarju għall-gass, il-Kummissjoni użat il-prezz tal-gass għall-utenti industrijali fit-Turkija kif ippubblikat mill-Istitut Tork tal-Istatistika (50) fl-istqarrijiet għall-istampa regolari tiegħu għat-tieni semestru tal-2021 u għall-ewwel semestru tal-2022. Il-Kummissjoni użat id-data tal-prezzijiet tal-gass fil-faxxa ta’ konsum korrispondenti f’Kuruş/m3, aġġustata kif xieraq għall-inflazzjoni bl-użu tal-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Produtturi ppubblikat mill-Istitut Tork tal-Istatistika (51), biex tadatta għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (2023), li rriżulta fi prezz ta’ 4,112 CNY/m3. Il-prezz ġie aġġustat għall-VAT ta’ 18 %, peress li l-prezz ikkwotat kien jinkludi l-VAT.

3.4.1.5.   Kostijiet ġenerali tal-manifattura, kostijiet SG&A, profitti u deprezzament

(79)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq.

(80)

Sabiex tistabbilixxi valur mingħajr distorsjoni tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi tar-roti elettriċi, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, abbażi tad-data pprovduta mill-applikant, il-Kummissjoni stabbiliet il-proporzjon tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura għall-kostijiet totali tal-manifattura u lavorattivi. Imbagħad, dan il-perċentwal ġie applikat għall-valur mingħajr distorsjoni tal-kost tal-manifattura biex jinkiseb il-valur mingħajr distorsjoni tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura.

(81)

Sabiex tistabbilixxi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG&A u għall-profitt, il-Kummissjoni qagħdet fuq l-aktar data finanzjarja reċenti disponibbli għal 206 kumpaniji Torok attivi fil-kategorija 30.9 tan-NACE, kif stabbilit fil-premessa (36). Il-Kummissjoni qieset l-ammont għall-kostijiet SG&A u għall-profitti stabbilit b’dan il-mod bħala raġonevoli skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a), għal-livell tal-kummerċ ta’ kif joħroġ mill-fabbrika li fih inħadem il-valur normali.

3.4.2.   Kalkolu tal-valur normali

(82)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(83)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni qagħdet fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għal reviżjoni (52), ivverifikata fuq il-post għand wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, dwar l-użu ta’ kull fattur (il-materjali, l-enerġija u l-manodopera) għall-produzzjoni tar-roti elettriċi. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-fatturi tal-użu bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità osservati fil-pajjiż rappreżentattiv it-Turkija.

(84)

Hekk kif ġie stabbilit il-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura, il-Kummissjoni żiedet l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, il-kostijiet SG&A u l-profitt kif innotat fil-premessi (79)–(80). L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura ġew iddeterminati abbażi tad-data pprovduta mill-applikant. Il-kostijiet SG&A u l-profitt ġew iddeterminati abbażi tal-medja tal-valuri rrapportati għall-206 kumpaniji Torok attivi fil-kategorija 30.9 tan-NACE għall-2022. (53) Il-Kummissjoni żiedet l-entrati li ġejjin mal-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura:

—

Spejjeż ġenerali tal-manifattura, li ammontaw għal total ta’ 1 % tal-kostijiet diretti tal-manifattura,

—

SG&A u kostijiet oħrajn, li ammontaw għal 5,76 % tal-Kostijiet tal-Oġġetti Mibjugħa (“COGS”, Costs of Goods Sold), u

—

Profitti, li ammontaw għal 7,37 % tal-COGS ġew applikati għall-kostijiet totali mingħajr distorsjoni tal-manifattura.

(85)

Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

3.5.   Prezz tal-esportazzjoni

(86)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi mir-RPĊ, il-prezz tal-esportazzjoni ġie ddeterminat abbażi tad-data CIF (Eurostat) ikkoreġuta għal livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. Għalhekk, il-prezz CIF tnaqqas bil-kost tan-nol (bil-baħar) u tal-assigurazzjoni, u bil-kost tat-trasport domestiku. Il-kostijiet tat-trasport domestiku Ċiniż u internazzjonali kienu bbażati fuq informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għal reviżjoni.

3.6.   Tqabbil

(87)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali maħdum stabbilit f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku mal-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika kif stabbilit hawn fuq. Meta jitqies li kemm il-valur normali kif ukoll il-prezz tal-esportazzjoni ġew stabbiliti fil-livell tal-kummerċ ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, ma kien meħtieġ l-ebda aġġustament.

3.7.   Marġni tad-dumping

(88)

Fuq din il-bażi, instab li l-marġni medju tad-dumping kien sinifikanti. Għalhekk ġie konkluż li d-dumping tkompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni.

4.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI TAD-DUMPING

(89)

Wara li nstabet l-eżistenza tad-dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni, il-Kummissjoni investigat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping jekk il-miżuri jiskadu. Ġew analizzati l-elementi addizzjonali li ġejjin: il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ, ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni, u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. Huwa mfakkar li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi kif ukoll mill-GTĊ, l-analiżi kienet ibbażata fuq il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari t-talba għal reviżjoni, l-istatistika tal-GTA u informazzjoni disponibbli oħra.

4.1.   Kapaċità ta’ produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ

(90)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha rigward il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba tiegħu għal reviżjoni.

(91)

L-investigazzjoni wriet li kien hemm kapaċità żejda ġenerali fis-settur tar-roti elettriċi fir-RPĊ matul il-perjodu kkunsidrat. Il-kapaċità ta’ produzzjoni (54) fir-RPĊ matul dan il-perjodu kienet stmata għal 130 miljun unità fis-sena. Barra minn hekk, il-produzzjoni Ċiniża ta’ roti standard tista’ faċilment tinbidel għall-produzzjoni ta’ roti elettriċi, b’kapaċità totali potenzjali ta’ aktar minn 400 miljun unità. (55) Skont l-informazzjoni dwar is-suq tal-applikant, il-produzzjoni u l-bejgħ attwali Ċiniżi tar-roti elettriċi ammontaw għal 57 miljun unità fis-sena, li indikaw kapaċità stmata ta’ riżerva ta’ 73 miljun unità fis-sena matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni. (56) Din il-kapaċità ta’ riżerva, li kienet kważi 15-il darba akbar mill-konsum totali tal-Unjoni matul l-istess perjodu, tista’ tiġi ddevjata lejn l-Unjoni jekk il-miżuri attwali jiskadu.

(92)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom kapaċitajiet ta’ riżerva sinifikanti, li jistgħu jintużaw għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni fi kwantitajiet kbar bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

4.2.   Attraenza tas-suq tal-Unjoni

(93)

Abbażi tal-informazzjoni pprovduta fit-talba għal reviżjoni ta’ skadenza, is-suq tal-Unjoni għar-roti elettriċi baqa’ attraenti għall-esportaturi Ċiniżi. Mill-investigazzjoni oriġinali, l-importazzjonijiet mir-RPĊ naqsu kemm f’termini assoluti kif ukoll f’termini relattivi. Madankollu, mill-2020, meta l-volumi tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu fl-aktar livell baxx tagħhom, l-importazzjonijiet żdiedu b’mod sinifikanti u kważi rduppjaw minkejja l-miżuri fis-seħħ (ara t-tabella 3 hawn taħt). Is-sehem mis-suq li qabel kien miżmum mir-RPĊ ittieħed parzjalment minn pajjiżi terzi oħrajn bħat-Tajwan, li żied il-volumi tal-esportazzjoni tiegħu tal-prodott taħt reviżjoni lejn l-Unjoni mill-investigazzjoni preċedenti. Fl-istess ħin, ir-RPĊ kienet għadha t-tieni l-akbar esportatur ta’ roti elettriċi lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni. Dan juri li l-Unjoni baqgħet suq attraenti għal esportaturi mir-RPĊ.

(94)

Is-suq tal-Unjoni għar-roti elettriċi huwa wieħed mill-akbar fid-dinja, b’konsum ta’ 4 979 000 unità matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni. Barra minn hekk, kif spjegat fit-talba għal reviżjoni ta’ skadenza, id-domanda għar-roti elettriċi hija mistennija tikber fis-snin li ġejjin minħabba (fost affarijiet oħrajn) il-politiki ambjentali fl-Unjoni. L-evidenza pprovduta mill-applikant fit-talba għal reviżjoni ta’ skadenza (57) u appoġġjata mis-sejbiet f’din l-investigazzjoni (ara l-premessa (147)) uriet li l-produtturi Ċiniżi kienu qed joffru roti elettriċi bi prezzijiet baxxi ħafna (bejn EUR 210 u EUR 650) kemm lill-Unjoni kif ukoll lil pajjiżi terzi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni.

(95)

Anki bil-miżuri fis-seħħ, l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni komplew, u saħansitra żdiedu fil-perjodu kkunsidrat biex inkiseb sehem mis-suq ta’ 4,4 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni, li wera li s-suq tal-Unjoni baqa’ attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi.

(96)

Għalhekk, abbażi tal-kapaċità żejda sinifikanti fir-RPĊ u tal-attraenza tas-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li, jekk il-miżuri kurrenti jiskadu, huwa probabbli li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jidderieġu mill-ġdid l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni fi kwantitajiet kbar, bi prezzijiet li jkunu l-oġġett ta’ dumping.

4.2.1.   Konklużjoni

(97)

Fid-dawl tas-sejbiet tagħha dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni u dwar l-iżvilupp probabbli ta’ żieda fl-esportazzjonijiet jekk il-miżuri jiskadu, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà qawwija li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ tirriżulta fil-kontinwazzjoni tad-dumping.

5.   DANNU

5.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(98)

Il-prodott simili kien immanifatturat minn 67 produttur fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(99)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni ġiet stabbilita għal madwar 4 560 000 unità. Dan in-numru ġie stabbilit abbażi tal-informazzjoni disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħar-rapport dwar L-Industrija Ewropea tar-Roti u l-Profil tas-Suq, u studju ekonomiku mwettaq mill-Konfederazzjoni tal-Industrija Ewropea tar-Roti (“CONEBI”, Confederation of the European Bicycle Industry). Kif indikat fil-premessa (11), intgħażlu tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li jirrappreżentaw 23,4 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

5.2.   Konsum tal-Unjoni

(100)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi tal-istatistika tal-Eurostat dwar l-importazzjonijiet u l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni, kif ippreżentat mill-CONEBI.

(101)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Konsum tal-Unjoni (unitajiet)

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni

Total tal-Unjoni Konsum (unitajiet)

4 377 000

4 892 000

5 325 000

4 979 000

Indiċi

100

112

122

114

Sors:

Eurostat u CONEBI.

(102)

Il-konsum totali tar-roti elettriċi fl-UE żdied minn madwar 4,3 miljun rota elettrika fl-2020 għal 5,3 miljun rota elettrika fl-2022. It-titjib fid-disinn u fil-prestazzjoni, flimkien ma’ sensibilizzazzjoni ambjentali akbar fost iċ-ċittadini tal-UE, wasslu għal żieda kostanti fil-konsum tar-roti elettriċi. Madankollu, fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni, il-konsum tar-roti elettriċi fl-UE naqas bi 346 000 unità meta mqabbel mal-2022 wara tnaqqis fid-domanda li seħħ xi żmien wara t-tneħħija tal-aħħar miżuri tal-COVID-19 fl-ewwel nofs tal-2022.

5.3.   Importazzjonijiet mir-RPĊ

5.3.1.   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

(103)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat.

(104)

Imbagħad is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit billi tqabblu l-volumi tal-importazzjonijiet mal-konsum tal-Unjoni kif jidher fit-Tabella 2.

(105)

L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mir-RPĊ żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Volum tal-importazzjoni (unitajiet) u sehem mis-suq

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni

Volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ (unitajiet)

102 757

210 806

268 148

220 914

Indiċi

100

205

261

215

Sehem mis-suq

2,3  %

4,3  %

5,0  %

4,4  %

Indiċi

100

184

214

189

Sors:

Eurostat u CONEBI.

(106)

Anki bil-miżuri fis-seħħ, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied minn 2,3 % fl-2020 għal 4,4 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni.

5.3.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u twaqqigħ tal-prezz

(107)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat.

(108)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mir-RPĊ żviluppa kif ġej:

Tabella 4

Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/unità)

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni

Ir-RPĊ

294

354

449

298

Indiċi

100

120

153

101

Sors:

Eurostat.

(109)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mir-RPĊ komplew ikunu estremament baxxi matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-2020 u l-2021, il-prezzijiet irrapportati mill-Eurostat kienu saħansitra aktar baxxi mill-prezzijiet medji misjuba fl-investigazzjoni inizjali (jiġifieri bejn EUR 422 u EUR 477).

(110)

Abbażi tad-data tal-Eurostat, il-prezzijiet fl-2022 kienu temporanjament ogħla, iżda xorta aktar baxxi mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi fl-2016 (jiġifieri EUR 477).

(111)

Peress li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni billi qabblet:

(1)

il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ tal-prodott taħt reviżjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mitlub lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell li joħroġ mill-fabbrika; u

(2)

l-prezzijiet medji ponderati korrispondenti tal-prodott taħt reviżjoni mir-RPĊ lejn is-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi ta’ Kost, assigurazzjoni u nol (CIF, Cost, insurance, freight), inkluż id-dazju anti-dumping (il-kumpaniji l-oħrajn kollha 62,1 %) u d-dazju kumpensatorju (il-kumpaniji l-oħrajn kollha 17,2 %), b’aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali (6 %) u għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni (2 %).

(112)

Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni. It-twaqqigħ tal-prezz varja minn 68 % sa 80 %. Mingħajr id-dazji, it-twaqqigħ tal-prezz ammonta għal 82,8 %.

5.3.3.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ

(113)

L-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ kienu prinċipalment mit-Tajwan u l-Vjetnam.

(114)

Il-volum (aggregat) tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet tal-prezzijiet għall-importazzjonijiet tar-roti elettriċi minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppaw kif ġej:

Tabella 5

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Pajjiż

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni

It-Tajwan

Volum (unitajiet)

506 822

539 473

598 920

435 315

 

Indiċi

100

106

118

86

 

Sehem mis-suq

11,6  %

11,0  %

11,2  %

8,7  %

 

Prezz medju (EUR/unità)

1 092

1 046

1 168

1 393

 

Indiċi

100

96

107

128

Il-Vjetnam

Volum (unitajiet)

162 787

173 204

210 321

199 070

 

Indiċi

100

106

129

122

 

Sehem mis-suq

3,7  %

3,5  %

3,9  %

4,0  %

 

Prezz medju (EUR/unità)

542

585

762

790

 

Indiċi

100

108

140

146

Total tal-pajjiżi terzi kollha għajr il-pajjiż ikkonċernat

Volum (unitajiet)

827 640

960 338

1 081 033

812 356

 

Indiċi

100

116

131

98

 

Sehem mis-suq

18,9  %

19,6  %

20,3  %

16,3  %

 

Prezz medju (EUR/unità)

966

935

1 082

1 258

 

Indiċi

100

97

112

130

Sors:

Eurostat.

(115)

L-ishma mis-suq tal-importazzjonijiet totali tal-prodott taħt rieżami minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ żdiedu bejn l-2020 u l-2022 u laħqu l-20,3 % fl-2022. Madankollu, fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami dan naqas għal 16,3 %, livell aktar baxx milli fl-2020.

5.4.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

5.4.1.   Kummenti ġenerali

(116)

Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(117)

Kif imsemmi fil-premessa (11), il-kampjunar intuża għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(118)

Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-CONEBI. Id-data kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(119)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping, u l-irkupru minn dumping fil-passat.

(120)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

5.4.2.   Indikaturi makroekonomiċi

5.4.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(121)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 6

Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni

Volum tal-produzzjoni (unitajiet)

3 428 000

4 284 000

5 145 000

4 560 000

Indiċi

100

125

150

133

Kapaċità tal-produzzjoni (unitajiet)

5 801 885

7 501 519

7 550 464

7 103 289

Indiċi

100

129

130

122

Użu tal-kapaċità

59  %

57  %

68  %

64  %

Indiċi

100

97

115

109

Sors:

CONEBI, produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(122)

Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-produzzjoni fl-Unjoni żdiedu b’mod kostanti fil-perjodu mill-2020 sal-2022 bħala konsegwenza ta’ żieda fid-domanda matul il-pandemija tal-COVID-19. Madankollu, fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni kien hemm tnaqqis fil-volumi u fil-kapaċitajiet tal-produzzjoni minħabba żieda fl-istokk akkumulat matul il-COVID-19, fejn il-produtturi tal-Unjoni antiċipaw li l-bejgħ se jkompli b’livell aċċellerat ħafna, li ma seħħx peress li d-domanda naqset b’mod sinifikanti wara l-COVID-19.

5.4.2.2.   Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

(123)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq (unitajiet)

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni

Volum tal-Bejgħ Totali fis-suq tal-Unjoni

3 446 603

3 720 856

3 975 819

3 945 730

Indiċi

100

108

115

114

Sehem mis-suq

78,7  %

76,1  %

74,7  %

79,2  %

Indiċi

100

97

95

101

Sors:

CONEBI, produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(124)

Il-bejgħ żdied matul il-perjodu kkunsidrat, speċjalment minħabba żieda fid-domanda matul il-pandemija tal-COVID-19. Madankollu, hekk kif tneħħew il-miżuri tal-COVID-19, id-domanda għar-roti elettriċi naqset u dan irriżulta f’ċifri tal-bejgħ aktar baxxi fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni. Barra minn hekk, is-sitwazzjoni ekonomika fl-2022 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni (il-kostijiet ogħla tal-enerġija, l-inflazzjoni, b’mod partikolari) kellhom effett mhux biss fuq l-industrija tal-Unjoni iżda wkoll fuq il-konsumaturi, b’mod partikolari dawk b’anqas kapaċità tal-akkwist. Għalhekk, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni staġna fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni meta mqabbel mal-2022, filwaqt li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied b’4,5 punti perċentwali.

5.4.2.3.   Impjiegi u produttività

(125)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 8

Impjiegi u produttività

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni

Għadd ta’ impjegati

8 354

10 972

12 125

10 716

Indiċi

100

131

145

128

Produttività (unitajiet/impjegat)

410

390

424

426

Indiċi

100

95

103

104

Sors:

CONEBI, produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(126)

L-industrija tal-Unjoni żiedet il-livell ta’ impjiegi bi 28 % fil-perjodu kkunsidrat. Il-biċċa l-kbira ta’ din iż-żieda seħħet bejn l-2020 u l-2022 bħala konsegwenza ta’ żieda fid-domanda matul il-pandemija tal-COVID-19. Fl-2023 kien hemm tnaqqis fl-għadd ta’ impjegati minħabba t-tnaqqis fil-volumi tal-produzzjoni. Il-produttività baqgħet pjuttost stabbli fil-perjodu kkunsidrat.

5.4.2.4.   Tkabbir

(127)

Billi l-bejgħ baqa’ stabbli fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni meta mqabbel mal-2022, filwaqt li l-konsum naqas, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżid is-sehem mis-suq tagħha b’4,5 % f’dak il-perjodu.

5.4.2.5.   Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat

(128)

Il-livell tal-importazzjonijiet mir-RPĊ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni kien relattivament limitat, fejn kien jirrappreżenta 4,4 % tal-konsum tal-Unjoni. Għalhekk, l-impatt tad-daqs tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien pjuttost limitat.

5.4.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

5.4.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(129)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 9

Prezzijiet tal-bejgħ u kost tal-produzzjoni fl-Unjoni (EUR/unità)

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni

Prezz medju tal-bejgħ ta’ unità fl-Unjoni

1 533

1 633

1 719

1 871

Indiċi

100

107

112

122

Kost ta’ unità tal-produzzjoni

1 419

1 516

1 589

1 786

Indiċi

100

107

112

126

Sors:

produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(130)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, kif ukoll il-kostijiet tal-produzzjoni, żdiedu fil-perjodu kkunsidrat, li fl-2020 u fl-2021 kienu jirriflettu prinċipalment bidla fit-taħlita tat-tip ta’ prodotti u l-avvanzi teknoloġiċi fil-muturi u l-batteriji tar-roti elettriċi, filwaqt li fl-2022 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni dik iż-żieda kienet tirrifletti wkoll żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni minħabba s-sitwazzjoni ekonomika ġenerali kkaratterizzata mill-inflazzjoni u minn kostijiet ogħla tal-enerġija.

5.4.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(131)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

28 793

31 722

32 122

35 447

Indiċi

100

110

112

123

Sors:

produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(132)

Għalkemm kien hemm tnaqqis fl-għadd ta’ impjegati fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni meta mqabbel mal-2022 wara tnaqqis fid-domanda, il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat żdiedu b’mod kostanti fil-perjodu kkunsidrat.

5.4.3.3.   Inventarji

(133)

Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Inventarji

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni

Stokks tal-għeluq (unitajiet)

37 309

30 236

77 734

198 958

Indiċi

100

81

208

533

Sors:

produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(134)

Iż-żidiet fl-inventarji kienu dovuti għaż-żieda fl-istokk akkumulat matul il-COVID-19 fejn kien hemm żieda sinifikanti fid-domanda, flimkien ma’ kwistjonijiet tal-katina tal-provvista peress li l-produtturi tal-Unjoni kienu qed jordnaw materja prima u komponenti bl-eċċess sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-produzzjoni. Madankollu, hekk kif ġew solvuti l-kwistjonijiet tal-katina tal-provvista, il-produtturi tal-Unjoni rċevew aktar materja prima u komponenti milli kien meħtieġ. Dan kien segwit minn tnaqqis fid-domanda għar-roti elettriċi fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni, meta mqabbel mal-2022, li ħalla lill-produtturi tal-Unjoni b’għadd kbir ħafna ta’ inventarji fi tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni.

5.4.3.4.   Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(135)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 12

Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni

Profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

7,5  %

7,4  %

7,8  %

5,4  %

Indiċi

100

98

104

72

Fluss tal-flus (EUR)

145 777 915

96 187 869

68 459 937

-86 504 717

Indiċi

100

66

47

-59

Investimenti (EUR)

5 545 607

12 373 944

11 588 325

5 781 801

Indiċi

100

223

209

104

Redditu fuq l-investimenti

147  %

127  %

163  %

111  %

Indiċi

100

86

111

75

Sors:

produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(136)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala persentaġġ tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun baqgħu profittabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, il-profittabbiltà naqset minħabba żieda fil-kostijiet fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni.

(137)

Il-profittabbiltà stabbli ġenerali fil-perjodu kkunsidrat ippermettiet lill-industrija tal-Unjoni tagħmel investimenti kbar.

(138)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-abbiltà tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Il-fluss tal-flus naqas b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat u qaleb għan-negattiv fl-2023. Ir-redditu fuq l-investimenti ddeterjora wkoll, li għamilha aktar diffiċli għall-industrija tal-Unjoni biex tiġġenera l-kapital u tikber. Dan irriżulta fi tnaqqis fl-investimenti ta’ 50 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni meta mqabbel mal-2022.

5.5.   Konklużjoni dwar id-dannu

(139)

L-indikaturi makro bħall-produzzjoni, il-bejgħ u l-impjiegi tal-Unjoni żdiedu b’mod kostanti fil-perjodu mill-2020 sal-2022, bħala konsegwenza ta’ żieda fid-domanda matul il-pandemija tal-COVID-19. Madankollu, il-volumi tal-produzzjoni, il-kapaċitajiet, il-bejgħ u l-impjiegi naqsu fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni minħabba żieda fl-istokk akkumulat matul il-pandemija tal-COVID-19, segwita minn tnaqqis fid-domanda bħala riżultat tat-tneħħija tal-miżuri tal-COVID-19 u tal-bidla fis-sitwazzjoni ekonomika fl-Unjoni, ikkaratterizzata b’mod partikolari minn kostijiet għoljin tal-enerġija u mill-inflazzjoni.

(140)

Fir-rigward tal-indikaturi mikroekonomiċi, l-investigazzjoni stabbiliet li l-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fil-perjodu mill-2020 sal-2022 baqgħet ogħla minn 7 %. Madankollu, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset għal 5,4 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni. Il-fluss tal-flus naqas mill-2020 sal-2022 u qaleb għan-negattiv fl-2023. Ir-redditu fuq l-investimenti ddeterjora wkoll, li għamilha aktar diffiċli għall-industrija tal-Unjoni biex tiġġenera l-kapital u tikber.

(141)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni kienet irkuprat minn dannu materjali fil-passat skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, ikkawżat minn importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ. Madankollu, matul il-perjodu kkunsidrat, għadd ta’ indikaturi tad-dannu ddeterjoraw, u l-industrija tal-Unjoni reġgħet lura għal sitwazzjoni ekonomikament fraġli. Għalhekk, il-Kummissjoni eżaminat ukoll il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat oriġinarjament mill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ jekk il-miżuri kellhom jitħassru.

6.   PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TA’ DANNU

(142)

Il-Kummissjoni analizzat l-elementi li ġejjin biex tistabbilixxi l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu jekk il-miżuri kellhom jitħassru: il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ, ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni u l-impatt tal-importazzjonijiet potenzjali u tal-livelli tal-prezzijiet ta’ tali importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

6.1.   Kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni

(143)

Kif diġà ġie deskritt u spjegat fid-dettall fit-taqsima 3.10.1 hawn fuq, il-produtturi esportaturi fir-RPĊ għandhom kapaċitajiet ta’ riżerva sinifikanti li jistgħu jintużaw biex jipproduċu l-prodott taħt reviżjoni għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Il-kwantitajiet li jistgħu jiġu esportati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi jammontaw għal 73 miljun unità, li jaqbżu bil-kbir id-daqs tas-suq tal-Unjoni.

(144)

Kif deskritt u spjegat fid-dettall fit-taqsima 3.10.2 hawn fuq, is-suq tal-Unjoni għar-roti elettriċi huwa wieħed mill-akbar fid-dinja u d-domanda għar-roti elettriċi hija mistennija tikber fis-snin li ġejjin minħabba, fost punti oħrajn, il-politiki ambjentali fl-Unjoni. Il-produtturi esportaturi Ċiniżi esportaw lejn is-swieq terzi ewlenin tagħhom bi prezzijiet ferm taħt il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni. Għalhekk, l-esportazzjoni lejn l-Unjoni hija potenzjalment ħafna aktar attraenti għall-esportaturi Ċiniżi. Konsegwentement, jista’ jkun raġonevolment mistenni li, jekk il-miżuri jitħassru, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jibdew jesportaw volumi kbar tal-prodott taħt reviżjoni lejn l-Unjoni.

6.2.   Prezzijiet probabbli tal-importazzjoni u impatt fuq l-industrija tal-Unjoni

(145)

Sabiex jiġi stabbilit kif l-importazzjonijiet mir-RPĊ jaffettwaw l-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jintemmu, il-Kummissjoni wettqet analiżi komparattiva tal-prezzijiet mingħajr l-eżistenza ta’ miżuri anti-dumping.

(146)

Sabiex jiġi stmat il-prezz probabbli li bih ibigħu l-produtturi Ċiniżi meta jesportaw lejn is-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni għamlet tqabbil tal-prezzijiet bejn il-prezz medju (kif joħroġ mill-fabbrika) tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mal-prezz medju korrispondenti tal-prodott taħt reviżjoni mir-RPĊ meta jiġi esportat lejn pajjiżi terzi bħar-Renju Unit, it-Turkija, in-Norveġja jew is-Serbja, li għandhom kodiċijiet separati għar-roti elettriċi u li ma għandhom l-ebda miżura fis-seħħ.

(147)

Ir-riżultat tat-tqabbil wera li l-prezz medju tal-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat lejn il-pajjiżi msemmija hawn fuq varja minn EUR 210 għal EUR 650, jiġifieri ferm aktar baxx mill-prezz tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, ikun probabbli li l-importazzjonijiet mir-RPĊ jidħlu fis-suq f’volumi kbar, bħal fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali u bi prezzijiet baxxi li jikkawżaw dannu.

(148)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-konklużjoni hija li t-tħassir tal-miżuri x’aktarx jirriżulta f’żieda sinifikanti ta’ importazzjonijiet li jkunu l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ f’livelli ta’ prezzijiet dannużi. B’konsegwenza ta’ dan, il-vijabbiltà tal-industrija tal-Unjoni tkun f’riskju serju.

7.   INTERESS TAL-UNJONI

(149)

F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni kollha kemm hi. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi diversi kollha involuti, inkluż dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti.

7.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(150)

L-investigazzjoni wriet li jekk il-miżuri jiskadu dawn ikollhom effett negattiv fuq l-industrija tal-Unjoni. Il-miżuri reġgħu stabbilixxew kundizzjonijiet ekwi fis-suq tal-Unjoni. Dan ippermetta li kumpaniji ġodda jidħlu fis-suq, speċjalment fis-segmenti tal-livell tad-dħul u tal-livell medju. L-għadd ta’ produtturi magħrufa tal-Unjoni tar-roti elettriċi kważi rdoppja minn madwar 37 fl-2020 għal 67 fl-2023, minkejja l-isfidi li rriżultaw mis-sitwazzjoni ekonomika bejn l-2022 u l-2023. L-għadd ta’ roti elettriċi prodotti fl-Unjoni żdied b’aktar minn miljun bejn l-2020 (3,4 miljuni) u l-2023 (4,5 miljuni) u huwa previst li jkompli jiżdied. L-għadd ta’ impjegati diretti żdied minn madwar 3 500 fil-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali għal kważi 11 000 fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni.

(151)

It-terminazzjoni tal-miżuri anti-dumping tpoġġi lill-produtturi tal-Unjoni f’riskju għoli, speċjalment lil dawk li jservu s-segmenti tar-roti elettriċi fil-livell tad-dħul u fil-livell medju, li jinkludu ħafna produtturi iżgħar fl-industrija kollha tal-Unjoni.

(152)

Li jaggrava s-sitwazzjoni vulnerabbli huwa l-fatt li l-produzzjoni tar-roti elettriċi hija negozju ta’ kapital intens ħafna, minħabba li l-istokks sostanzjali tal-parts tar-roti huma meħtieġa f’kull ħin biex tinżamm il-produzzjoni. Barra minn hekk, matul dawn l-aħħar snin il-produtturi tal-Unjoni għamlu investimenti kbar fil-produzzjoni u fit-titjib tal-prodotti biex dawn ikunu sostenibbli u ma jagħmlux ħsara lill-ambjent. It-terminazzjoni tal-miżuri anti-dumping timblokka l-iżvilupp ta’ għarfien espert prattiku tal-inġinerija għall-applikazzjoni tal-aqwa teknoloġiji avvanzati, inkluż l-awtomatizzazzjoni u l-materjali ġodda.

(153)

Barra minn hekk, skont it-talba għal reviżjoni, l-industrija tar-roti elettriċi tal-Unjoni hija waħda mill-akbar industriji ekoloġiċi, b’aktar minn 1 000 intrapriża żgħira u ta’ daqs medju (“SMEs”, small and medium-sized enterprises) li pprovdew madwar 80 000 impjieg skont ir-rapport tal-2024 dwar L-Industrija Ewropea tar-Roti u l-Profil tas-Suq. Dan jinkludi impjiegi f’xogħlijiet fil-produzzjoni diretti u indiretti, fl-industriji upstream, fl-aċċessorji tar-roti, f’negozji tar-roti, eċċ.

(154)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, l-estensjoni tal-miżuri hija fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

7.2.   Interess ta’ dawk li jimmontaw ir-roti

(155)

Il-Kummissjoni kkuntattjat lill-utenti u lill-importaturi mhux relatati kollha magħrufa.

(156)

Wara l-bidu, l-unika parti li ppreżentat ruħha u pprovdiet kummenti kien Grupp ad hoc, f’isem tmien kumpaniji żgħar, li jimmontaw fl-Unjoni parts tar-roti elettriċi importati miċ-Ċina u minn pajjiżi terzi oħrajn. Il-kumment ewlieni tagħhom kien relatat mal-implimentazzjoni tal-miżuri kontra l-importazzjonijiet ta’ parts tar-roti (konvenzjonali) miċ-Ċina, li toħloq inċertezza dwar ir-regoli legali tal-importazzjoni ta’ komponenti tar-roti elettriċi u, għalhekk, tagħmilha diffiċli li jiġu importati parts tar-roti elettriċi li mhumiex soġġetti għall-miżuri. Il-grupp oppona l-estensjoni tal-miżuri, prinċipalment minħabba l-problemi kurrenti bl-importazzjonijiet tal-komponenti, flimkien mar-riskju ta’ estensjoni tal-miżuri għal dawn il-komponenti tar-roti elettriċi, u argumenta li l-użu tas-sorveljanza tas-suq biex tiġi skrutinizzata l-konformità tal-importazzjonijiet mir-RPĊ mar-regolamenti pertinenti kollha jkun aktar effiċjenti biex jiġu indirizzati l-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi nnegozjati b’mod inġust miċ-Ċina li spiss ikunu illegali u mhux sikuri.

(157)

Madankollu, il-Kummissjoni qieset li mhuwiex realistiku li s-sorveljanza tas-suq u l-miżuri regolatorji biss jistgħu jipprevjenu d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li jkunu l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ. Barra minn hekk, il-kwistjonijiet ta’ infurzar doganali fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ komponenti tar-roti elettriċi ma jistgħux jiġġustifikaw it-terminazzjoni tal-miżuri, li kisbu l-effett maħsub. Fi kwalunkwe każ, l-infurzar tal-miżuri jaqa’ barra mill-ambitu tal-investigazzjoni.

(158)

Wara d-divulgazzjoni, il-Grupp ad hoc tenna l-istess affermazzjonijiet. Huwa argumenta li l-Kummissjoni għandha tiffoka fuq it-tisħiħ tas-sorveljanza tas-suq aktar milli testendi l-miżuri għad-difiża tal-kummerċ biex tindirizza l-kawżi ewlenin tad-distorsjonijiet tas-suq u tiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-partijiet ikkonċernati kollha. Skont il-Grupp ad hoc, il-miżuri għad-difiża tal-kummerċ b’mod involontarju joħolqu qafas regolatorju li jrawwem l-importazzjonijiet ta’ roti substandardizzati u mhux sikuri filwaqt li jagħmel il-ħajja tal-manifatturi serji tar-roti elettriċi mir-RPĊ b’ambizzjonijiet fit-tul fis-suq tal-Unjoni diffiċli.

(159)

Il-Kummissjoni qieset li l-argumenti mqajma mill-Grupp ad hoc kienu diġà indirizzati fil-premessa. Peress li ma tressaq l-ebda kumment ġdid dwar is-sustanza, il-konklużjoni fil-premessa (157) ġiet ikkonfermata.

(160)

Il-grupp ad hoc argumenta wkoll li r-revoka tal-miżuri għad-difiża tal-kummerċ ma twassalx għal żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet dannużi peress li, skonthom, sehem mis-suq modest ta’ 4,4 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-PIR dgħajjef l-affermazzjoni li l-importazzjonijiet Ċiniżi huma ta’ theddida sinifikanti.

(161)

Il-Kummissjoni qieset li ż-żieda fis-sehem mis-suq għal 4.4 % fil-PIR seħħet f’sitwazzjoni b’miżuri ta’ difiża kummerċjali fis-seħħ. Minħabba l-miżuri għad-difiża tal-kummerċ, l-importazzjonijiet Ċiniżi kisbu biss sehem mis-suq ta’ 2,1 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat. Meta titqies l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ u r-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li jekk il-miżuri jridu jiġu revokati, ikun hemm żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ f’livelli ta’ prezzijiet dannużi. Fuq din il-bażi, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(162)

Barra minn hekk, il-grupp ad hoc sostna li l-Kummissjoni bbażat ruħha fuq informazzjoni u allegazzjonijiet mhux ivverifikati li jikkompromettu l-imparzjalità tal-investigazzjoni, speċjalment dawk li ġejjin mill-applikant.

(163)

Kif imsemmi fil-premessi (31) u (32), il-Kummissjoni applikat l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar is-sejbiet fir-rigward tal-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza ta’ dumping u dannu peress li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-esportaturi/produtturi mir-RPĊ fl-investigazzjoni. Konsegwentement, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari l-informazzjoni ppreżentata mat-talba għal reviżjoni u l-informazzjoni miksuba mill-partijiet li kkooperaw matul l-investigazzjoni tar-reviżjoni (jiġifieri, l-applikant u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun). L-informazzjoni kollha sottomessa mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ġiet ivverifikata bir-reqqa. Fuq din il-bażi, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

7.3.   Interess tal-utenti u tal-importaturi mhux relatati

(164)

L-ebda utent jew importatur mhux relatat ma ppreżenta ruħu u kkoopera f’din l-investigazzjoni billi ppreżenta tweġiba għall-kwestjonarju għajr is-sottomissjoni msemmija hawn fuq. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, hija sabet li ma kien hemm l-ebda evidenza li tikkontradixxi l-konklużjoni fl-investigazzjoni oriġinali li l-effetti negattivi fuq importaturi mhux relatati ma setgħux jitqiesu sproporzjonati u dawn ittaffew bid-disponibbiltà ta’ sorsi alternattivi tal-provvista. L-effetti pożittivi tal-miżuri kompensatorji fuq is-suq tal-Unjoni, b’mod partikolari fuq l-industrija tal-Unjoni, kienu akbar mill-effett negattiv potenzjali fuq il-gruppi ta’ interess l-oħrajn. Tabilħaqq, l-investigazzjoni kkonfermat li, minbarra ċ-Ċina, qed ikun hemm dejjem aktar sorsi oħrajn ta’ provvista minn pajjiżi terzi. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kontinwazzjoni tal-miżuri ma tkunx ta’ detriment sproporzjonat għall-utenti u l-importaturi.

7.4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(165)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti tal-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tal-prodott taħt reviżjoni li joriġina mir-RPĊ.

8.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(166)

Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping, ir-rikorrenza tad-dannu u l-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jinżammu l-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw mir-RPĊ.

(167)

Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. L-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-regolament. Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, jenħtieġ li l-importazzjonijiet ikunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(168)

Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa għall-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri biex japplikaw ir-rati individwali tad-dazju anti-dumping u l-eżenzjonijiet għall-importazzjonijiet, din mhijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anki jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jeħtiġilhom iwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) għall-fini li tiġi vverifikata l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u biex jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju aktar baxxa tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

(169)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, inter alia, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju fil-pajjiż kollu.

(170)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament japplikaw b’mod esklużiv għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt reviżjoni li joriġina mir-RPĊ u li jkun prodott mill-entitajiet legali msemmija. Jenħtieġ li l-importazzjonijiet tal-prodott taħt reviżjoni li jkun prodott minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Jenħtieġ li dawn ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali.

(171)

Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk din sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (58). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li jintwera li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, se jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(172)

Il-partijiet interessati kollha ġew infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Dawn ingħataw ukoll perjodu biex jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni.

(173)

Jenħtieġ li esportaturi jew produtturi li ma esportawx il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu użat biex jiġi stabbilit il-livell tad-dazju li huwa applikabbli bħalissa għall-esportazzjonijiet tagħhom ikunu jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni sabiex ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju anti-dumping għall-kumpaniji li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tilqa’ talba bħal din dment li jiġu ssodisfati tliet kundizzjonijiet. Il-produttur esportatur il-ġdid ikollu juri li: (i) ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu li ntuża sabiex jiġi stabbilit il-livell tad-dazju applikabbli għall-esportazzjonijiet tiegħu; (ii) mhuwiex relatat ma’ kumpanija li għamlet dan u, għalhekk, huwa soġġett għad-dazji anti-dumping; u (iii) esporta l-prodott ikkonċernat wara dan jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jagħmel dan fi kwantitajiet sostanzjali.

(174)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (59), meta ammont ikollu jiġi rrimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament prinċipali tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(175)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti, b’assistenza tal-pedali, b’mutur elettriku awżiljarju, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 8711 60 10 u ex 8711 60 90 (il-kodiċi TARIC 8711 60 90 10).

2.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fuq il-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju anti-dumping

Kodiċi addizzjonali TARIC

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Bodo Vehicle Group Co., Ltd.

58,3  %

C382

 

Giant Electric Vehicle (Kunshan) Co., Ltd;

9,9  %

C383

 

Jinhua Vision Industry Co., Ltd u Yongkang Hulong Electric Vehicle Co., Ltd

10,3  %

C384

 

Suzhou Rununion Motivity Co., Ltd

62,1  %

C385

 

Yadea Technology Group Co., Ltd

37,4  %

C463

 

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw fl-investigazzjoni oriġinali dwar l-anti-dumping (bl-eċċezzjoni tal-kumpaniji soġġetti għar-rata parallela tad-dazju kompensatorju għall-kumpaniji l-oħrajn kollha) elenkati fl-Anness I

24,2  %

 

 

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw fl-investigazzjoni oriġinali dwar l-anti-dumping, soġġetti għar-rata parallela tad-dazju kompensatorju għall-kumpaniji l-oħrajn kollha elenkati fl-Anness II

16,2  %

 

 

Kumpaniji li ma kkooperawx fl-investigazzjoni oriġinali dwar l-anti-dumping, iżda li kkooperaw fl-investigazzjoni oriġinali parallela kontra s-sussidji elenkata fl-Anness III

70,1  %

 

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

62,1  %

C999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt(a), niċċertifika li l-(volum) ta’ (prodott taħt reviżjoni) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea u kopert b’din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

4.   L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat biex iżid produtturi esportaturi ġodda mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u jagħmilhom soġġetti għar-rata medja ponderata xierqa ta’ dazju anti-dumping għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Produttur esportatur ġdid għandu jipprovdi evidenza li:

(a)

ma esportax l-oġġetti deskritti fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2016 u t-30 ta’ Settembru 2017 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali”);

(b)

mhuwiex relatat ma’ esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament, u li kkoopera jew seta’ kkoopera fl-investigazzjoni li wasslet għad-dazju; u

(c)

jew effettivament esporta l-prodott taħt reviżjoni li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli biex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali.

5.   Jekk id-dazji kompensatorji definittivi imposti mill-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/114 (60) jiġu mmodifikati jew jitneħħew, id-dazji speċifikati fil-paragrafu 2 se jiżdiedu bl-istess proporzjon limitat għall-marġni tad-dumping attwali misjub jew għall-marġni tad-dannu misjub kif xieraq għal kull kumpanija u mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

F’każijiet fejn id-dazju kompensatorju jkun tnaqqas mid-dazju anti-dumping għal ċerti produtturi esportaturi, ir-rikjesti għar-rifużjonijiet skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/1037 għandhom ukoll iwasslu għall-valutazzjoni tal-marġni ta’ dumping għal dak il-produttur esportatur prevalenti waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rifużjoni. L-ammont li għandu jiġi rimborżat lill-applikant għal rifużjoni ma jistax jaqbeż id-differenza bejn id-dazju miġbur u d-dazju kumpensatorju u anti-dumping ikkombinat stabbilit fl-investigazzjoni tar-rifużjoni.

6.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/73 tas-17 ta’ Jannar 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 16, 18.1.2019, p. 108, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/73/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/609 tas-17 ta’ Marzu 2023 li jimponi mill-ġdid dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fir-rigward ta’ Giant Electric Vehicle (Kunshan) Co., Ltd wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-242/19 (ĠU L 80, 20.3.2023, p. 41, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/609/oj).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/72 tas-17 ta’ Jannar 2019 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 16, 18.1.2019, p. 5 , ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/72/oj).

(5)   ĠU C 154, 2.5.2023, p. 46.

(6)  Notifika tal-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C, C/2024/802, 17.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/802/oj).

(7)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1279 tat-8 ta’ Mejju 2024 dwar l-eżenzjonijiet mid-dazju anti-dumping estiż fuq ċerti partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 (ĠU L, 2024/1279, 21.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1279/oj).

(8)  Statistika tal-Kontijiet tal-Kumpanija, disponibbli minn https://www3.tcmb.gov.tr/sektor/#/en.

(9)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 tas-16 ta’ Frar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ĠU L 36, 17.2.2022; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 tas-16 ta’ April 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi wweldjati tal-ħadid jew tal-azzar bil-karbonju li joriġinaw mill-Belarussja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Russja, ĠU L 132, 19.4.2021; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2239 tal-15 ta’ Diċembru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti torrijiet tar-riħ tal-azzar fuq skala utilitarja li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ĠU L 450, 16.12.2021; u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2239 tal-15 ta’ Diċembru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti torrijiet tar-riħ tal-azzar fuq skala utilitarja li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ĠU L 450, 16.12.2021.

(10)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/983 tas-17 ta’ Ġunju 2021 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ foil tal-aluminju għall-modifikazzjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ĠU L 216, 18.6.2021; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2170 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ fojl tal-aluminju għall-modifikazzjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ĠU L 438, 8.12.2021; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1428 tat-12 ta’ Ottubru 2020 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ĠU L 336, 13.10.2020; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/546 tad-29 ta’ Marzu 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ĠU L 109, 30.3.2021; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/582 tad-9 ta’ April 2021 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ĠU L 124, 12.4.2021; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1784 tat-8 ta’ Ottubru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-aluminju llaminati ċatti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ĠU L 359, 11.10.2021; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/402 tad-9 ta’ Marzu 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu fojl tal-aluminju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 83, 10.3.2022; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/112 tat-18 ta’ Jannar 2023 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti roti tal-aluminju għall-użu fit-triq li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ĠU L 18, 19.1.2023. Ara wkoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1012 tas-17 ta’ Lulju 2018 li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/671 ĠU L 181, 18.7.2018.

(11)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD (2017) 483 final/2, 20.12.2017, disponibbli minn: https://ec.europa.eu/transparency/documents-register/detail?ref=SWD(2017)483&lang=mt.

(12)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, l-10 ta’ April 2024, SWD(2024) 91 final, disponibbli minn: https://ec.europa.eu/transparency/documents-register/detail?ref=SWD(2024)91&lang=mt.

(13)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 80; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessa 208, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/95, il-premessa 59, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2239, il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635, il-premessi 149-150.

(14)  L-14-il Pjan Għal 5 Snin dwar l-iżvilupp ekonomiku u soċjali u l-perspettivi għall-2035 disponibbli minn https://www.gov.cn/xinwen/2021-03/13/content_5592681.htm (aċċessat fid-29 ta’ Awwissu 2024).

(15)  Disponibbli minn https://www.gov.cn/zhengce/content/2015-05/19/content_9784.htm (aċċessat fid-29 ta’ Awwissu 2024).

(16)  Disponibbli (mill-paġna 29) minn https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2020-12/28/5574265/files/b145a6631698460e8777d1ab4581ef1f.pdf (aċċessat fid-29 ta’ Awwissu 2024).

(17)  Disponibbli minn https://www.ndrc.gov.cn/xxgk/zcfb/fzggwl/202312/t20231229_1362999.html (aċċessat fid-29 ta’ Awwissu 2024).

(18)  L-Opinjoni Gwida tal-2022 dwar l-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija ħafifa disponibbli minn https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2022-06/19/content_5696665.htm (aċċessat fid-29 ta’ Awwissu 2024).

(19)  Ara wkoll l-artiklu mtella’ fuq is-sit web tal-MOFCOM bid-data tat-12.6.2024, China’s electric bicycles actively expand the “One Belt One Road” market disponibbli minn http://tradeinservices.mofcom.gov.cn/article/ydyl/sedly/qtfw/202406/164502.html.

(20)  Il-Kundizzjonijiet Standard għall-2024 tal-Industrija tar-Roti Elettriċi u l-Miżuri ta’ Ġestjoni tad-Dikjarazzjoni Standard tal-Industrija tar-Roti Elettriċi (MIIT) disponibbli minn http://www.hunan.gov.cn/zqt/zcsd/202405/t20240509_33296376.html(aċċessat fid-29 ta’ Awwissu 2024).

(21)  Il-miżuri ta’ ġestjoni ta’ Shandong għall-2022 applikabbli għar-roti elettriċi, disponibbli minn https://www.gov.cn/zhengce/2022-03/18/content_5714921.htm(aċċessat fid-29 ta’ Awwissu 2024).

(22)  Hebei, 14 FYP għall-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija tal-manifattura, disponibbli minn http://www.xiongan.gov.cn/2022-02/16/c_1211574110.htm (aċċessat fid-29 ta’ Awwissu 2024).

(23)  Tianjin, 14 FYP għall-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija tal-manifattura, disponibbli minn https://www.tjjn.gov.cn/zwgk/zcwj/qjwj/QZF/QZBF/202111/t20211115_5702971.html (aċċessat fid-29 ta’ Awwissu 2024).

(24)  Jiangsu, Notifika tal-2024 dwar il-pjan ta’ implimentazzjoni biex jiġi promoss it-tiġdid tat-tagħmir fil-qasam industrijali, disponibbli minn https://gxt.jiangsu.gov.cn/art/2024/5/31/art_6278_11260100.html (aċċessat fid-29 ta’ Awwissu 2024).

(25)  Ara l-artiklu tal-istampa bid-data tal-21.11.2023, disponibbli minn https://bg.qianzhan.com/trends/detail/506/231121-9d0c8395.html (aċċessat fid-29 ta’ Awwissu 2024).

(26)  L-artiklu tal-istampa dwar il-cluster tar-roti ta’ Tianjin Jinghai bid-data tal-11.12.2023, Bicycles, electric bicycles Why is Jinghai called the “capital”? Jinghai District creates a full-cycle industrial chain to let “small wheels” drive “big development” , disponibbli minn https://www.sohu.com/a/743048182_121443915 (aċċessat fid-29 ta’ Awwissu 2024).

(27)  L-artiklu tal-istampa dwar il-park tal-industrija ta’ Jinghai bid-data tal-4.7.2024, The robot arm of AIMA Technology’s Tianjin factory is working, disponibbli minn https://m.yunnan.cn/system/2024/07/04/033128530.shtml (aċċessat fid-29 ta’ Awwissu 2024).

(28)  L-Artikolu 3 tas-CBA, disponibbli minn http://www.china-bicycle.com/information/?cid=33 (aċċessat fid-29 ta’ Awwissu 2024).

(29)  Ara http://www.jsbeva.cn/?xhzc/ (aċċessat fid-29 ta’ Awwissu 2024).

(30)  Ara https://www.tjdl.gov.cn/dongtai/jddt/202206/t20220622_5913121.html (aċċessat fid-29 ta’ Awwissu 2024).

(31)  Ara r-Rapport Annwali tal-2023, il-paġni 9, 28 u 65, disponibbli minn http://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESH_STOCK/2024/2024-4/2024-04-27/10118847.PDF (aċċessat fid-29 ta’ Awwissu 2024).

(32)  Ara https://www.flyingpigeon1936.com/index.html (aċċessat fid-29 ta’ Awwissu 2024).

(33)  Ara r-Rapport Annwali tal-2023, il-paġna 22, disponibbli minn http://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESH_STOCK/2024/2024-4/2024-04-18/9985123.PDF (aċċessat fid-29 ta’ Awwissu 2024).

(34)  L-artiklu tal-istampa dwar il-Park tal-Industrija ta’ Jinghai bid-data tal-4.7.2024, The robot arm of AIMA Technology’s Tianjin factory is working, disponibbli minn https://m.yunnan.cn/system/2024/07/04/033128530.shtml (aċċessat fid-29 ta’ Awwissu 2024).

(35)  Ara r-Rapport Annwali tal-2023, il-paġna 165, disponibbli minn http://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESH_STOCK/2024/2024-4/2024-04-27/10118847.PDF (aċċessat fid-29 ta’ Awwissu 2024).

(36)  Ara r-Rapport Annwali tal-2023, il-paġna 116, disponibbli minn http://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESH_STOCK/2024/2024-4/2024-04-18/9985123.PDF (aċċessat fid-29 ta’ Awwissu 2024).

(37)   Data Miftuħa tal-Bank Dinji – Introjtu Medju Superjuri, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.

(38)  Jekk ma jkun hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fi kwalunkwe pajjiż b’livell simili ta’ żvilupp, tista’ tiġi kkunsidrata l-produzzjoni ta’ prodott li jinsab fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur tal-prodott taħt rieżami.

(39)   http://www.gtis.com/gta/secure/default.cfm.

(40)   https://www.tuik.gov.tr/Home/Index.

(41)  L-Applikant stima l-ispejjeż ġenerali (il-kirjiet, il-materjali konsumabbli u oħrajn) għal perċentwal konservattiv ta’ 1 % tal-kost totali tal-manifattura ta’ rota elettrika. Ara l-Annessi 40.0 u 40.1 tat-talba għal reviżjoni, disponibbli fi Tron.tdi t24.000754.

(42)   https://data.tuik.gov.tr/Kategori/GetKategori?p=Istihdam%2c-Issizlik-ve-Ucret-108.

(43)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/755/oj). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali.

(44)  Ara l-Anness 40.2 tat-talba, disponibbli minn Tron.tdi t24.000754 u pprovdut ukoll bħala anness għan-nota għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali (Tron.tdi t24.006125).

(45)   https://cyclingbeginner.com/which-bike-part-is-the-heaviest-20-parts-ranked/ u https://www.bikeraceinfo.com/tech/wheel-building-03-spokes.html.

(46)  Dawn il-kalkoli saru billi oġġett partikolari (eż. buttun ta’ wara) tqiegħed fuq miżien diġitali u l-piż totali ġie diviż bil-piż għal kull unità fl-istatistika tal-importazzjoni għal dak l-oġġett.

(47)   https://data.tuik.gov.tr/ (aċċessat l-aħħar fis-6 ta’ Settembru 2024).

(48)   https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Labour-Input-Indices-Quarter-I:-January-March,-2024-53682 (aċċessat l-aħħar fis-6 ta’ Settembru 2024).

(49)   EMRA | L-Awtorità Regolatorja tas-Suq tal-Enerġija (epdk.gov.tr) (aċċessat l-aħħar fis-6 ta’ Settembru 2024).

(50)   http://www.turkstat.gov.tr (aċċessat l-aħħar fis-6 ta’ Settembru 2024).

(51)   http://www.turkstat.gov.tr (aċċessat l-aħħar fis-6 ta’ Settembru 2024).

(52)  Id-data rilevanti ġiet aġġornata għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni u vverifikata fuq il-post għand wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(53)  Statistika tal-Kontijiet tal-Kumpanija, disponibbli minn https://www3.tcmb.gov.tr/sektor/#/en (aċċessat l-aħħar fis-6 ta’ Settembru 2024).

(54)  Skont informazzjoni pprovduta mill-applikant abbażi tal-għarfien tiegħu dwar is-suq, informazzjoni mis-siti web ta’ għadd kbir ta’ produtturi Ċiniżi tar-roti elettriċi u l-White Paper on China’s Two-Wheeled Electric Vehicle Industry, disponibbli minn https://m.thepaper.cn/baijiahao_17589803 (aċċessat l-aħħar fis-7 ta’ Ottubru 2024). Ara l-Anness 8 tat-talba għal reviżjoni, disponibbli fi Tron minn Tron.tdi t24.000754.

(55)  Abbażi tal-għarfien dwar is-suq tal-applikant u s-siti web tal-produtturi Ċiniżi magħrufa tar-roti elettriċi ipprovduti fl-Anness 4 tat-talba għal reviżjoni, disponibbli fi Tron minn Tron.tdi t24.000754.

(56)  Abbażi tas-sorsi msemmija fin-noti 55 u 57 f’qiegħ il-paġna. Ara l-Annessi 8 u 9 tat-talba għal reviżjoni, disponibbli fi Tron minn Tron.tdi t24.000754.

(57)  Ara t-taqsima 7.3 u l-annessi 15, 17 u 18 tat-talba għal reviżjoni, disponibbli fi Tron minn Tron.tdi t24.000754. L-evidenza kienet tikkonsisti minn 19-il offerta tal-prezz minn produtturi Ċiniżi għal tipi differenti ta’ roti elettriċi, u informazzjoni statistika mill-Eurostat.

(58)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat G, Rue de la Loi/Wetstraat 170, 1040 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË.

(59)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj).

(60)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/114 tat-23 ta’ Jannar 2025 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2025/114, 24.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/114/oj).


ANNESS I

Isem

Provinċja

Kodiċi TARIC addizzjonali

Acetrikes Bicycles (Taicang) Co., Ltd.

Jiangsu

C386

Active Cycles Co., Ltd.

Jiangsu

C387

Aigeni Technology Co., Ltd.

Jiangsu

C388

Alco Electronics (Dongguan) Limited

Guangdong

C390

Changzhou Airwheel Technology Co., Ltd.

Jiangsu

C392

Changzhou Bisek Cycle Co., Ltd.

Jiangsu

C393

Changzhou Fujiang Vehicle Co., Ltd.

Jiangsu

C484

Changzhou Rich Vehicle Technology Co., Ltd.

Jiangsu

C395

Changzhou Sobowo Vehicle Co., Ltd.

Jiangsu

C397

Changzhou Steamoon Intelligent Technology Co., Ltd.

Jiangsu

C398

Cycleman E-Vehicle Co., Ltd.

Jiangsu

C400

Dongguan Benling Vehicle Technology Co., Ltd.

Guangdong

C401

Dongguan Honglin Industrial Co., Ltd,

Melton Industrial (Dong Guan) Co., Ltd

Guangdong

C402

Easy Electricity Technology Co., Ltd.

Tianjin

C451

“Enjoycare Technology (Zhejiang) Co., Ltd.

Zhejiang

C419

Foshan Lano Bike Co., Ltd.

Guangdong

C405

Foshan Zenith Sports Co., Ltd.

Guangdong

C406

Guangzhou Symbol Bicycle Co., Ltd.

Guangdong

C410

Hangzhou Fanzhou Technology Co., Ltd.

Zhejiang

C411

Jiangsu Imi Electric Vehicle Technology Co., Ltd.

Jiangsu

C415

Jiangsu Lvneng Electrical Bicycle Technology Co., Ltd.

Jiangsu

C416

Jiangsu Stareyes Bicycle Industrial Co., Ltd.

Jiangsu

C417

Jiaxing Onway Ev Tech Co., Ltd.

Zhejiang

C418

Jinhua Feirui Vehicle Co., Ltd.

Zhejiang

C420

Jinhua Jobo Technology Co., Ltd.

Zhejiang

C421

Jinhua Lvbao Vehicles Co. Ltd

Zhejiang

C486

Jinhua Suntide Vehicle Co., Ltd.

Zhejiang

C422

Jinhua Zodin E-Vehicle Co., Ltd.

Zhejiang

C424

Kenstone Metal (Kunshan) Co., Ltd.

Jiangsu

C425

Komda Industrial (Dongguan) Co., Ltd.

Guangdong

C426

Kunshan Sevenone Cycle Co., Ltd.

Jiangsu

C427

Nantong Tianyuan Automatic Vehicle Co., Ltd.

Jiangsu

C429

Ningbo Bestar Co., Ltd.

Zhejiang

C430

Ningbo Lvkang Vehicle Co., Ltd.

Zhejiang

C431

Ningbo Nanyang Vehicle Co., Ltd.

Zhejiang

C432

Ningbo Oner Bike Co., Ltd.

Zhejiang

C433

Ningbo Roadsan New Energy Technology Co., Ltd.

Zhejiang

C435

Ningbo Zixin Bicycle Industry Co., Ltd.

Zhejiang

C437

Pronordic E-Bikes Limited Company

Jiangsu

C438

Shenzhen Shenling Car Co., Ltd.

Guangdong

C442

Sino Lithium (Suzhou) Electric Technology Co., Ltd.

Jiangsu

C443

Skyland Sport Tech Co., Ltd.

Tianjin

C444

Suzhou Guoxin Group Fengyuan Imp & Exp. Co., Ltd.

Jiangsu

C446

Suzhou Leisger Vehicle Co. Ltd

Jiangsu

C487

Tianjin Luodeshengda Bicycle Co., Ltd.

Tianjin

C449

Tianjin Upland Bicycle Co., Ltd.

Tianjin

C450

Ubchoice Co., Ltd.

Guangdong

C452

Wettsen Corporation

Shandong

C454

Wuxi Shengda Bicycle Co., Ltd. u Wuxi Shengda Vehicle Technology Co.,Ltd

Jiangsu

C458

Wuxi United Mobility Technology Inc

Jiangsu

C459

Xiangjin (Tianjin) Cycle Co., Ltd.

Tianjin

C462

Yong Qi (China) Bicycle Industrial Corp

Jiangsu

C464

Yongkang Juxiang Vehicle Co, Ltd.

Zhejiang

C466

Yongkang Lohas Vehicle Co., Ltd.

Zhejiang

C467

Yongkang Mars Vehicle Co., Ltd.

Zhejiang

C468

Zhejiang Apollo Motorcycle Manufacturer Co., Ltd.

Zhejiang

C469

Zhejiang Baoguilai Vehicle Co., Ltd.

Zhejiang

C470

Zhejiang Goccia Electric Technology Co., Ltd.

Zhejiang

C472

Zhejiang Hangpai Electric Vehicle Co. Ltd

Zhejiang

C488

Zhejiang Jsl Vehicle Co., Ltd.

Zhejiang

C473

Zhejiang Kaiyi New Material Technology Co., Ltd.

Zhejiang

C474

Zhejiang Lianmei Industrial Co., Ltd.

Zhejiang

C475

Zhejiang Tuer Vehicle Industry Co., Ltd.

Zhejiang

C477

Zhejiang Xingyue Electric Vehicle Co., Ltd.

Zhejiang Xingyue Overfly Electric Vehicle Co., Ltd., u

Zhejiang Xingyue Vehicle Co., Ltd.,

Zhejiang

C478

Zhongxin Power (Tianjin) Bicycle Co., Ltd.

Tianjin

C480


ANNESS II

Isem

Provinċja

Kodiċi TARIC addizzjonali

Aima Technology Group Co., Ltd.

Tianjin

C389

Beijing Tsinova Technology Co., Ltd.

Beijing

C391

Changzhou Hj Pedal Co., Ltd.

Jiangsu

C394

Changzhou Merry Ebike Co., Ltd.

Jiangsu

C456

Changzhou Ristar Cycle Co., Ltd

Jiangsu

C396

Cutting Edge Power Vehicle Int’l TJ Co., Ltd.

Tianjin

C399

Eco International Elebike Co., Ltd.

Jiangsu

C403

Everestt International Industries Ltd.

Jiangsu

C404

Geoby Advance Technology Co., Ltd.

Jiangsu

C407

Guangdong Commercial Trading Imp. & Exp. Corp., Ltd.

Guangdong

C408

Guangdong Shunde Junhao Technology Development Co., Ltd.

Guangdong

C409

Hangzhou Morakot E-Bike Manufacture Co., Ltd.

Zhejiang

C412

Hangzhou TOP Mechanical And Electrical Technology, Co. Ltd.

Zhejiang

C413

Hua Chin Bicycle & Fitness (H.Z.) Co., Ltd.

Guangdong

C414

Jinhua Yifei Electric Science And Technology Co., Ltd.

Zhejiang

C423

Nanjing Jincheng Machinery Co., Ltd.

Jiangsu

C428

Ningbo Pugonying Vehicle Technology Co., Ltd.

Zhejiang

C434

Ningbo Shenchima Vehicle Industry Co., Ltd.

Zhejiang

C436

Shandong Eco Friendly Technology Co., Ltd.

Shandong

C439

Shanghai Promising Int’l Trade & Logistics Co., Ltd.

Shanghai

C440

Shenzhen SanDin Cycle Co., Ltd.

Guangdong

C441

Suzhou Dynavolt Intelligent Vehicle Technology Co., Ltd.

Jiangsu

C445

Suzhou Joydeer E-Bicycle Co., Ltd

Jiangsu

C447

Taioku Manufacturing (Jiangsu) Co., Ltd.

Jiangsu

C448

Universali Cycle Corporation (Guang Zhou)

Guangdong

C453

Wuxi Bashan E-Vehicle Co., Ltd.

Jiangsu

C455

Wuxi METUO Vehicle Co., Ltd.

Jiangsu

C457

Wuyi Simino Industry & Trade Co., Ltd.

Zhejiang

C460

Wuyi Yuema Leisure Articles Co., Ltd.

Zhejiang

C461

Yongkang Aijiu Industry & Trade Co., Ltd.

Zhejiang

C465

Zhejiang Enze Vehicle Co., Ltd.

Zhejiang

C471

Zhejiang Luyuan Electric Vehicle Co., Ltd.

Zhejiang

C476

Zhongshan Qiangli Electronics Factory

Guangdong

C479


ANNESS III

Isem

Provinċja

Kodiċi TARIC addizzjonali

Changzhou Fujiang Vehicle Co., Ltd.

Jiangsu

C484

Jinhua Lvbao Vehicles Co. Ltd

Zhejiang

C486

Suzhou Leisger Vehicle Co. Ltd

Jiangsu

C487

Zhejiang Hangpai Electric Vehicle Co. Ltd

Zhejiang

C488


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/120/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)