14.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/48


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2022/2205

tad-9 ta’ Novembru 2022

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta), u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/1224 (ATALANTA/6/2022)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) (il-'Kmandant tal-Forza tal-UE').

(2)

Fit-13 ta' Lulju 2022, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1224 (2), li taħtar lill-Komodor Rui Miguel Marcelo CORREIA bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE.

(3)

Fis-16 ta' Settembru 2022, il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Kaptan (Forza Navali) Nuno Filipe Cortes LOPES bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE l-ġdid mit-2 ta' Diċembru 2022. L-awtoritajiet Portugiżi indikaw li l-Kaptan (Forza Navali) Nuno Filipe Cortes LOPES ser jiġi promoss għal Komodor qabel il-ħatra tiegħu bħala Kmandant tal-Forza tal-UE.

(4)

Fit-22 ta' Settembru 2022, il-Kumitat Militari tal-UE qabel ma' dik ir-rakkomandazzjoni.

(5)

Għalhekk id-Deċiżjoni (PESK) 2022/1224 jenħtieġ li titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Komodor Nuno Filipe Cortes LOPES huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) mit-2 ta' Diċembru 2022.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/1224 hija b'dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta' Diċembru 2022.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2022/1224 tat-13 ta' Lulju 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta), u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/1179 (ATALANTA/5/2022) (ĠU L 188, 15.7.2022, p. 150).