European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6596

29.10.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11418 – ADQ / EGPC / ETHYDCO / EDC / ELAB)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/6596)

1.   

Fit-22 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Alpha Oryx III Limited (“Alpha”, l-Emirati Għarab Magħquda), ikkontrollata Abu Dhabi Developmental Holding Company P.J.S.C. (“ADQ”, l-Emirati Għarab Magħquda),

—

Egyptian General Petroleum Corporation (“EGPC”, l-Eġittu),

—

Egyptian Ethylene and Derivatives Company (ETHYDCO) S.A.E. (“ETHYDCO”, l-Eġittu),

—

Egyptian Drilling Company S.A.E. (“EDC”, l-Eġittu), ikkontrollata minn EGPC,

—

Egyptian Linear Alkyl Benzene (Elab) S.A.E. (“ELAB”, l-Eġittu), ikkontrollata minn EGPC.

Alpha se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ ETHYDCO. Fl-istess waqt, Alpha u EGPC se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ EDC u ELAB.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

ADQ hija waħda mill-akbar kumpaniji azzjonarji fir-reġjun b’investimenti diretti u indiretti f’għadd ta’ setturi fl-ekonomija ta’ Abu Dhabi, inkluż fl-ikel u fl-agrikoltura, fl-avjazzjoni, fis-servizzi finanzjarji, fil-kura tas-saħħa, fl-industriji, fil-loġistika, fil-media, fil-proprjetà immobbli, fit-turiżmu u fl-ospitalità, fit-trasport, u fl-utilitajiet,

—

L-EGPC hija korporazzjoni organizzata u eżistenti skont il-liġijiet tal-Eġittu u hija attiva fl-iżvilupp tar-riżorsi taż-żejt u l-isfruttament tal-bjar taż-żejt,

—

ETHYDCO, EDC u ELAB huma attivi fil-produzzjoni tad-derivati taż-żejt u fis-settur taż-żejt u tal-gass upstream, prinċipalment, iżda mhux esklużivament, fl-Eġittu.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11418 – ADQ / EGPC / ETHYDCO / EDC / ELAB

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6596/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)