|
17.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 360/17 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1338/2014
tas-16 ta' Diċembru 2014
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 439/2011 dwar estensjoni tad-deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 dwar id-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti oriġinanti li jintuża għall-finijiet tal-iskema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati sabiex titqies is-sitwazzjoni speċjali tal-Kap Verde fir-rigward tal-esportazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd lejn l-Unjoni Ewropea
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 89(1)(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 815/2008 (3) il-Kap Verde ingħatat deroga mir-regoli ta' oriġini stipulati fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 439/2011 (4) il-Kummissjoni tat lill-Kap Verde deroga ġdida minn dawk ir-regoli ta' oriġini. L-aktar deroga riċenti tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2014. |
|
(2) |
B'ittra datata l-4 ta' Ġunju 2014, il-Kap Verde ressqet talba għall-estensjoni tad-deroga għal perjodu indefinit ta' żmien mill-1 ta' Jannar 2015 sal-iskadenza tal-Protokoll (se jiġi ppubblikat) bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ partijiet, jew id-data ta' applikazzjoni għar-regoli tal-oriġini taħt Ftehim ta' Sħubija Ekonomika futur bejn l-Unjoni u l-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent, skont liema minn dawn iseħħ l-aħħar. Din it-talba tikkonċerna volum annwali ta' 2 500 tunnellata għal qatgħat tal-kavalli ppreparati jew ippreservati u għal 875 tunnellata għal qatgħat ta' tumbrell (Auxis Thazard u Auxis Rochei) ippreparati jew ppreservati. |
|
(3) |
Mill-2008, it-total tal-kwantitajiet annwali li ngħataw lill-Kap Verde permezz tad-deroga kkontribwixxew, sa ċertu punt, biex titjieb is-sitwazzjoni tas-settur tal-ipproċessar tas-sajd tal-Kap Verde. Dawn il-kwantitajiet wasslu wkoll, sa ċertu punt, għat-tiġdid tal-flotta mhux industrijali tal-Kap Verde, li hija ta' importanza vitali għal dak il-pajjiż. Madankollu, sabiex il-flotta tal-Kap Verde tiġġedded kompletament għal-livell previst jeħtieġ tiġdid fiż-żieda fil-kapaċità disponibbli sabiex tiġi pprovduta biżżejjed materja prima oriġinarja. |
|
(4) |
It-talba turi li, mingħajr id-deroga, l-abbiltà tal-industrija tal-ipproċessar tal-ħut tal-Kap Verde sabiex tkompli l-esportazzjoni lejn l-Unjoni tista' tiġi affetwata b'mod sinifikanti, li tista' tkun ta' deterrent għal aktar żvilupp tal-flotta tal-Kap Verde għal sajd żgħir pelaġiku. |
|
(5) |
Huwa meħtieġ żmien addizzjonali biex jiġu kkonsolidati r-riżultati diġà miksuba mill-Kap Verde fl-isforzi tiegħu biex iġedded il-flotta tas-sajd lokali tiegħu. Id-deroga għandha tagħti lill-Kap Verde żmien biżżejjed biex iħejji lilu nnifisu sabiex jikkonforma mar-regoli għall-akkwist tal-oriġini preferenzjali. |
|
(6) |
Wara li kkunsidrat in-natura temporanja tad-derogi mogħtija rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti oriġinarji, mhux possibbli li tingħata d-deroga għal perjodu indefinit kif mitlub mill-Kap Verde. Minflok, id-deroga għandha tingħata għal perjodu ta' sentejn, fir-rigward tal-kwantitajiet annwali ta' 2 500 tunnellata għall-qatgħat tal-kavalli ppreparati jew ippreservati u għal 875 tunnellata għal qatgħat ta' tumbrell (Auxis Thazard u Auxis Rochei) ippreparati u ppreservati, sabiex jippermettu lill-Kap Verde jikseb konformità mar-regoli. |
|
(7) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 439/2011 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 439/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 2 Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 għandha tapplika għal prodotti esportati mill-Kap Verde iddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni, matul il-perjodi mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011, l-1 ta' Jannar 2012 sal-31 ta' Diċembru 2012, l-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2013, l-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2014, l-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015, l-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016, sal-kwantitajiet stipulati fl-Anness, fejn il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 74 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huma ssodisfati.” |
|
(2) |
L-Anness għandu jinbidel bit-test mogħti fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Japplika mill-1 ta' Jannar 2015.
Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
(2) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
(3) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 815/2008 tal-14 ta' Awwissu 2008 dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 dwar id-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti oriġinati għall-finijiet tal-iskema ta' preferenzi ġeneralizzati biex titqies is-sitwazzjoni speċjali ta' Kap Verde fir-rigward tal-esportazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd lejn il-Komunità (ĠU L 220, 15.8.2008, p. 11).
(4) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 439/2011 tas-6 ta' Mejju 2011 dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 dwar id-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti oriġinati li jintuża għall-finijiet tal-iskema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati biex titqies is-sitwazzjoni speċjali ta' Kap Verde fir-rigward tal-esportazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd lejn l-Unjoni Ewropea (ĠU L 119, 7.5.2011, p. 1).
ANNESS
|
Nru tal-ordni |
Kodiċi tan-NM |
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Perjodi |
Kwanità (f'piż nett ta' tunnellati) |
|
09.1647 |
1604 15 11 ex 1604 19 97 |
|
Qatgħat ta' Kavalli ppreparati jew ippreservati (Scomber scombrus, Scomber japonicus, Scomber colias) |
1.1.2011 sal-31.12.2011 1.1.2012 sal-31.12.2012 1.1.2013 sal-31.12.2013 1.1.2014 sal-31.12.2014 1.1.2015 sal-31.12.2015 1.1.2016 sal-31.12.2016 |
2 500 2 500 2 500 2 500 2 500 2 500 |
|
09.1648 |
ex 1604 19 97 |
|
Qatgħat ta' Tumbrell ippreparati jew ippreservati (Auxis thazard, Auxis rochei) |
1.1.2011 sal-31.12.2011 1.1.2012 sal-31.12.2012 1.1.2013 sal-31.12.2013 1.1.2014 sal-31.12.2014 1.1.2015 sal-31.12.2015 1.1.2016 sal-31.12.2016 |
875 875 875 875 875 875 |