|
8.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 362/209 |
P9_TA(2020)0172
Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej: miżuri temporanji dwar il-limiti ta' żmien għall-istadji ta' ġbir, verifika u eżami fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 ***I
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fid-19 ta’ Ġunju 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri temporanji dwar il-limiti ta’ żmien għall-istadji ta’ ġbir, verifika u eżami stipulati fir-Regolament (UE) 2019/788 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 (COM(2020)0221 – C9-0142/2020 – 2020/0099(COD)) (1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2021/C 362/47)
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 6
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 7
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-organizzaturi u lill-Istati Membri dwar l-estensjoni mogħtija fir-rigward ta' kull inizjattiva kkonċernata u tippubblika d-deċiżjoni tagħha fir-reġistru online msemmi fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2019/788. Għandha tippubblika wkoll il-lista tal-inizjattivi kollha bħal dawn u l-perjodu l-ġdid ta' ġbir għal kull inizjattiva f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni biex ittawwal il-perjodu massimu ta' ġbir ta' inizjattivi li għalihom il-ġbir ikun għaddej fil-mument ta' xi tifqigħa ġdida tal-COVID-19 li tkun teħtieġ maġġoranza ta' Stati Membri jew għadd ta' Stati Membri li jirrappreżentaw aktar minn 35 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni biex japplikaw miżuri li jaffettwaw lill-organizzaturi ta' dawk l-inizjattivi bl-istess mod. |
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni biex ittawwal il-perjodu massimu ta' ġbir ta' inizjattivi li għalihom il-ġbir ikun għaddej fil-mument ta' xi tifqigħa ġdida tal-COVID-19 meta tal-inqas kwart tal-Istati Membri jew għadd ta' Stati Membri li jirrappreżentaw aktar minn 35 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni japplikaw miżuri li jaffettwaw lill-organizzaturi ta' dawk l-inizjattivi bl-istess mod. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – subparagrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 6(2) u għandhom jidentifikaw liema inizjattivi huma kkonċernati u d-data l-ġdida tat-tmiem tal-perjodu ta' ġbir tagħhom . |
L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi għandhom jidentifikaw l-inizjattivi li fir-rigward tagħhom jiġi estiż il-perjodu ta' ġbir flimkien mad-data l-ġdida tat-tmiem tal-perjodu ta' ġbir u r-riżultati tal-valutazzjoni msemmija fil-ħames subparagrafu . |
|
|
L-atti ta' implimentazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2). |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – subparagrafu 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Għall-fini li jiġi vvalutat jekk ir-rekwiżit fl-ewwel u t-tieni subparagrafu ikunx ġie ssodisfat, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, meta mitluba, informazzjoni dwar il-miżuri li jkunu ħadu jew li beħsiebhom jieħdu b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19. |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, fuq talba, b'informazzjoni dwar il-miżuri li jkunu ħadu jew li jkun beħsiebhom jieħdu b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 jew b'reazzjoni għal tifqigħa ġdida ta' COVID-19. |
|
|
Għall-fini li jiġi vvalutat jekk ir-rekwiżiti fl-ewwel u t-tieni subparagrafi jkunux ġew issodisfati, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-kriterji dettaljati għal din il-valutazzjoni. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1) Minkejja dak li hemm fl-Artikoli 14(2) u 15(1) tar-Regolament (UE) 2019/788, meta l-Parlament Ewropew jew il-Kummissjoni jkunu ilhom iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet sa mill-11 ta' Marzu 2020 fl-organizzazzjoni ta' xi seduta pubblika jew laqgħa mal-organizzaturi, rispettivament, minħabba l-miżuri meħuda b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 mill-Istat Membru fejn dawk l-istituzzjonijiet ikollhom l-intenzjoni li jorganizzaw is-seduta jew il-laqgħa, huma għandhom jorganizzaw is-seduta jew il-laqgħa malli s-sitwazzjoni tas-saħħa pubblika fl-Istat Membru kkonċernat tagħmilha possibbli li jsir dan. |
(1) Minkejja dak li hemm fl-Artikoli 14(2) u 15(1) tar-Regolament (UE) 2019/788, meta l-Parlament Ewropew jew il-Kummissjoni jkunu ilhom iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet sa mill-11 ta' Marzu 2020 fl-organizzazzjoni ta' xi seduta pubblika jew laqgħa mal-organizzaturi, rispettivament, minħabba l-miżuri meħuda b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 mill-Istat Membru fejn dawk l-istituzzjonijiet ikollhom l-intenzjoni li jorganizzaw is-seduta jew il-laqgħa, huma għandhom jorganizzaw is-seduta jew il-laqgħa malli s-sitwazzjoni tas-saħħa pubblika fl-Istat Membru kkonċernat tagħmilha possibbli li jsir dan , jew, f'każ li l-organizzaturi jaqblu li jipparteċipaw b'mod remot fis-seduta jew il-laqgħa, malli jkunu jistgħu jaqblu mal-istituzzjonijiet dwar data għal din is-seduta jew il-laqgħa . |
(1) Il-kwistjoni ġiet riferuta lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu.