European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/6457

4.12.2025

Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)

(C/2025/6457)

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)

“Ribeiro”

Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-ES-A1123-AM04 - 5.9.2025

1.   Isem il-prodott

Ribeiro

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

☐

IĠP

☑

DOP

☐

IĠ

3.   Settur

☐

Prodotti agrikoli

☑

Inbejjed

☐

Xarbiet spiritużi

4.   Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika

Spanja

5.   Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard

Isem

Il-Ministeru għall-Agrikoltura, għas-Sajd u għall-Ikel, id-Direttorat Ġenerali għall-Ikel, is-Subdirettorat Ġenerali għall-Kontroll tal-Kwalità tal-Ikel u għal-Laboratorji Agroalimentari.

6.   Kwalifika bħala emenda standard

L-awtorità kompetenti tikkunsidra din l-emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott DOP Ribeiro bħala emenda standard; ma tistax titqies bħala emenda tal-Unjoni peress li ma tikkorrispondi mal-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) Nru 2024/1143 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi. Speċifikament, ma: tinkludix bidla fl-isem jew fl-użu tal-isem, jew fil-kategorija ta’ prodott jew prodotti deżinjati mill-indikazzjoni ġeografika; tirriskjax li xxejjen ir-rabta maż-żona ġeografika; tinvolvix aktar restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.

7.   Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i

Intestatura

BIDLIET FIL-PRATTIKI TAL-VITIKULTURA

Deskrizzjoni

Sabiex tittejjeb il-kwalità tal-inbejjed, il-varjetajiet tal-għeneb ikklassifikati bħala sekondarji (Palomino, Garnacha Tintorera u Tempranillo) ma jistgħux jintużaw meta jkunu qed jitħawlu vinji ġodda, u lanqas ma jistgħu jintużaw fit-tħawwil mill-ġdid jew fit-tilqim f’vinji eżistenti. Madankollu, is-sostituzzjoni okkażjonali ta’ dwieli neqsin b’oħrajn tal-istess varjetà hija permessa f’vinji b’varjetajiet sekondarji.

Din l-emenda taffettwa l-punt 3.a tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 7.1 tad-dokument uniku.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

BIDLIET FIR-RENDIMENTI MASSIMI TAL-PRODUZZJONI F’GĦENEB GĦAL KULL ETTARU

Deskrizzjoni

B’mod ġenerali, il-produzzjoni mkejla f’għeneb għal kull ettaru tnaqqset biex titjieb il-kwalità. Għal dan il-għan, inżammu l-limiti ta’ 13 000 kg/ha għall-varjetajiet bojod u 12 000 kg/ha għall-varjetajiet ħomor ewlenin. Madankollu, il-prattika l-ġdida hija li dawn il-limiti japplikaw irrispettivament mit-tip ta’ nbid li għalih huwa maħsub l-għeneb. Fil-każ tal-varjetajiet sekondarji, l-emenda żżomm il-limitu ta’ 19 000 kg/ha għall-varjetajiet bojod. Għall-varjetajiet ħomor, il-limitu tnaqqas minn 19 000 kg/ha għal 18 000 kg/ha.

Madankollu, ir-rendimenti massimi stabbiliti bħala regola ġenerali, kif stipulati fil-paragrafu ta’ hawn fuq, jistgħu jvarjaw f’ċerti ċirkostanzi. Għalhekk, fil-każ ta’ rqajja’ art b’densità tat-tħawwil ta’ anqas minn 3 000 pjanta għal kull ettaru, ir-rendimenti ta’ hawn fuq tnaqqsu għal 10 000 kg/ha għall-varjetajiet bojod, u 9 000 kg/ha għall-varjetajiet ħomor ewlenin. Fil-każ ta’ varjetajiet sekondarji, ir-rendimenti tnaqqsu għal 16 000 kg/ha għall-varjetajiet bojod u 15 000 kg/ha għall-varjetajiet ħomor. Barra minn hekk, għall-varjetajiet ta’ għeneb abjad imkabbra fuq irqajja’ art fi ħdan vinji fejn in-numru totali ta’ dwieli għal kull ettaru jkun ta’ 7 000 jew aktar, ir-rendimenti żdiedu għal 15 000 kg/ha għall-varjetajiet ewlenin u 20 000 kg/ha għall-varjetajiet sekondarji. Dawn ir-rendimenti speċifiċi nżammu għoljin għaliex huwa ċar li hemm ħafna rqajja’ art, ġeneralment ta’ daqs żgħir, fejn it-tħawwil dens ilu jiġi pprattikat żmien twil. Għandhom rendimenti produttivi għoljin u huma l-aktar immexxija minn sidien anzjani li għalihom ikun diffiċli li jirristrutturaw id-dwieli tagħhom.

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 5 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 7.2 tad-dokument uniku.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

BIDLIET FIL-VARJETAJIET AWTORIZZATI

Deskrizzjoni

Biex jittejbu l-kwalità u l-ispeċifiċità tal-inbejjed li jappartjenu għad-denominazzjoni, ġew inklużi l-varjetajiet ta’ għeneb aħmar Merenzao u Espadeiro u l-varjetajiet ta’ għeneb abjad Branco Lexítimo u Albilla do Avia, li kollha kemm huma jiġu kklassifikati bħala varjetajiet ewlenin. Dawn il-varjetajiet tradizzjonalment kienu jitkabbru fiż-żona, jiġifieri wħud minnhom huma minn dwieli li għandhom aktar minn mitt sena. L-inklużjoni ta’ dawn il-varjetajiet ta’ għeneb tippermetti diversità akbar fl-inbejjed Ribeiro. Dan jista’ jtejjeb is-sehem mis-suq kif ukoll jippromwovi l-preżervazzjoni tal-wirt ġenetiku rappreżentat minn dawn il-varjetajiet minoritarji. Il-varjetà Albilla do Avia jistħoqqilha referenza speċjali. Hija varjetà lokali mill-wied ta’ Avia, u ġiet inkluża fir-reġistru tal-varjetajiet kummerċjali fl-2021 (l-Ordni APA/1097/2021 tas-7 ta’ Ottubru 2021, ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Istat Spanjol Nru 243 tal-11 ta’ Ottubru 2021). Għal għexieren ta’ snin, id-dwieli ta’ din il-varjetà kienu mħalltin bi żball mal-varjetà Albillo li, fil-fatt, ma titkabbarx f’din iż-żona. Għal din ir-raġuni, din l-emenda neħħiet l-Albillo mil-lista ta’ varjetajiet awtorizzati u fl-istess ħin inkludiet l-Albilla do Avia, kif inhu ddikjarat.

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 8 tad-dokument uniku.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

BIDLIET F’REKWIŻITI APPLIKABBLI OĦRA RELATATI MAR-RENDIMENT

Deskrizzjoni

F’konformità mal-bidliet fir-rendimenti massimi, għall-produzzjoni tal-inbejjed Ribeiro, tneħħiet l-għażla li jintużaw għeneb tal-varjetà ewlenija minn irqajja’ art b’rendimenti li jaqbżu l-limiti stabbiliti iżda anqas minn 19 000 kg/ha. Dan ma japplikax għat-tipi “Castes”, “Barrica”, “Espumoso” u “Tostado”.

Hemm emenda għall-għażla li r-rendimenti massimi jiżdiedu sa 25 % fi staġuni speċifiċi tat-tkabbir minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp ta’ dik is-sena. Dik l-għażla issa tapplika esklużivament għall-varjetajiet ewlenin. Dan ifisser li, bil-formulazzjoni l-ġdida tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, din l-għażla ma teżistix għal varjetajiet sekondarji.

Dispożizzjoni tranżizzjonali dwar ir-rendimenti tal-għeneb kienet fis-seħħ sal-ħsad tal-2017. Issa tneħħiet peress li ma għadhiex tapplika.

Din l-emenda tirrigwarda t-Taqsima 8.b.1 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Id-dokument uniku ma huwiex affettwat.

☐

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

TITJIB FIT-TEST

Deskrizzjoni

Ġew ikkoreġuti diversi żbalji tipografiċi. Ir-referenzi għal dispożizzjonijiet regolatorji li ma baqgħux jintużaw maż-żmien ġew emendati. Id-dettalji ta’ kuntatt tal-korp delegat ġew aġġornati wkoll.

☐

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

DOKUMENT UNIKU

Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbid

“Ribeiro”

Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-ES-A1123-AM04 - 5.9.2025

1.   Isem/Ismijiet

Ribeiro

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

☑

DOP

☐

IĠP

☐

IĠ

3.   Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita

Spanja

4.   Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143

2204 – Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009

5.   Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli kif elenkati fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

1.

Inbid

5.

Inbid spumanti ta’ kwalità

15.

Inbid minn għeneb imqadded

6.   Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed

Prodott tad-dwieli

Ribeiro “Castes” u Ribeiro Bojod

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

Trasparenti bi lwien li jvarjaw minn sofor ċari sa dehbija u sfumaturi li jvarjaw minn ħodor sa dehbija, skont iż-żmien u l-metodu ta’ produzzjoni.

Aroma

Aromi nodfa u qawwija, bil-preżenza ta’ xi wħud mid-deskritturi li ġejjin: frott matur u frott frisk, fjuri, għasel, ħxejjex aromatiċi, pjanti u balzmi. L-inbejjed tal-kategorija “Castes” għandhom kumplessità akbar u intensità medja sa għolja.

Togħma

Friska u bbilanċjata b’finitura perfetta li ddum fil-ħalq. L-inbejjed tal-kategorija “Castes” għandhom aktar struttura, volum, togħma, estratt u finitura.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

“html:technicalFile.applicationDescriptio”

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

“maxAlcoholStrength”

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

9,5

Aċidità totali minima:

4

Unità ta’ aċidità totali minima:

fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima f’milliekwivalenti għal kull litru:

13,3

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

200

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika proprja minima tal-“Castes” abjad: 11 %

—

Fi nbejjed li ġew immaturati fl-injam għal aktar minn 3 xhur, u li għandhom sa sena, l-aċidità volatili massima hija ta’ 0,85 g/l (14,17 meq/l). Fl-inbejjed li għandhom aktar minn sena, il-massimu huwa ta’ 0,9 g/l (15 meq/l) flimkien ma’ 0,06 g/l (1 meq/l) għal kull grad ta’ qawwa alkoħolika ’l fuq minn 11 %. Fl-ebda każ ma jistgħu jinqabżu l-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli fis-seħħ.

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

Ribeiro “Castes” u Ribeiro Ħomor

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

Trasparenti b’intensità ta’ kulur medja sa għolja, ilwien li jvarjaw minn vjola għal aħmar lewn iċ-ċirasa u sfumaturi li jvarjaw minn vjola għal lewn it-tafal, skont iż-żmien u l-metodu ta’ produzzjoni.

Aroma

Aromi nodfa u qawwija, bil-preżenza ta’ xi wħud mid-deskritturi li ġejjin: frott aħmar u skur, matur u frisk, fjuri, ħxejjex aromatiċi, prodotti tal-ħalib, pjanti u balzmi. L-inbejjed tal-kategorija “Castes” għandhom kumplessità akbar u intensità medja sa għolja.

Togħma

Friska, ibbilanċjata, bi struttura tannika medja sa għolja u b’finitura perfetta li ddum fil-ħalq. L-inbejjed tal-kategorija “Castes” għandhom aktar reqqa tannika, volum, togħma, estratt u finitura.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

“html:technicalFile.applicationDescriptio”

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

“maxAlcoholStrength”

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

9,5

Aċidità totali minima:

4

Unità ta’ aċidità totali minima:

fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima f’milliekwivalenti għal kull litru:

13,3

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

150

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika proprja minima tal-“Castes” aħmar: 11 %

—

Fi nbejjed li ġew immaturati fl-injam għal aktar minn 3 xhur, u li għandhom sa sena, l-aċidità volatili massima hija ta’ 0,85 g/l (14,17 meq/l). Fl-inbejjed li għandhom aktar minn sena, il-massimu huwa ta’ 0,9 g/l (15 meq/l) flimkien ma’ 0,06 g/l (1 meq/l) għal kull grad ta’ qawwa alkoħolika ’l fuq minn 11 %. Fl-ebda każ ma jistgħu jinqabżu l-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli fis-seħħ.

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

Ribeiro “Barrica” Abjad

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

Trasparenti bi lwien li jvarjaw minn sofor ċari sa dehbija u sfumaturi li jvarjaw minn ħodor sa dehbija, skont iż-żmien u l-metodu ta’ produzzjoni.

Aroma

Aromatikament kumplessa b’aromi nodfa u qawwija, b’bilanċ fil-komponent aromatiku tal-injam, b’intensità medja sa għolja, bil-preżenza ta’ xi wħud mid-deskritturi li ġejjin: frott matur, frott frisk, frott imnixxef, fjuri, għasel, ġamm, ħxejjex aromatiċi, pjanti, balzmi, ħwawar, u aromi ta’ xiwi u ħami.

Togħma

Friska, ibbilanċjata u intensa, mimlija togħma u b’estratt, struttura u volum tajbin, b’finitura konsiderevolment twila li hija perfetta u ddum fil-ħalq.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

“html:technicalFile.applicationDescriptio”

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

“maxAlcoholStrength”

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

12

Aċidità totali minima:

4

Unità ta’ aċidità totali minima:

fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima f’milliekwivalenti għal kull litru:

13,3

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

200

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

—

Fi nbejjed li ġew immaturati fl-injam għal aktar minn 3 xhur, u li għandhom sa sena, l-aċidità volatili massima hija ta’ 0,85 g/l (14,17 meq/l). Fl-inbejjed li għandhom aktar minn sena, il-massimu huwa ta’ 0,9 g/l (15 meq/l) flimkien ma’ 0,06 g/l (1 meq/l) għal kull grad ta’ qawwa alkoħolika ’l fuq minn 11 %. Fl-ebda każ ma jistgħu jinqabżu l-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli fis-seħħ.

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

Ribeiro “Barrica” Aħmar

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

Trasparenti b’intensità ta’ kulur medja sa għolja, ilwien li jvarjaw minn vjola għal aħmar lewn iċ-ċirasa u sfumaturi li jvarjaw minn vjola għal lewn it-tafal, skont iż-żmien u l-metodu ta’ produzzjoni.

Aroma

Aromatikament kumplessa b’aromi nodfa u qawwija, b’bilanċ fil-komponent aromatiku tal-injam, b’intensità medja sa għolja, bil-preżenza ta’ xi wħud mid-deskritturi li ġejjin: frott aħmar u skur matur u frisk, frott imnixxef, fjuri, ġamm, ħxejjex aromatiċi, pjanti, prodotti tal-ħalib, balzmi, ħwawar, u aromi ta’ xiwi, inkaljar u ħami.

Togħma

Friska, ibbilanċjata u intensa, mimlija togħma u b’estratt, struttura u volum tajbin, b’finitura konsiderevolment twila li hija perfetta u ddum fil-ħalq.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

“html:technicalFile.applicationDescriptio”

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

“maxAlcoholStrength”

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

12

Aċidità totali minima:

4

Unità ta’ aċidità totali minima:

fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima f’milliekwivalenti għal kull litru:

13,3

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

150

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

—

Fi nbejjed li ġew immaturati fl-injam għal aktar minn 3 xhur, u li għandhom sa sena, l-aċidità volatili massima hija ta’ 0,85 g/l (14,17 meq/l). Fl-inbejjed li għandhom aktar minn sena, il-massimu huwa ta’ 0,9 g/l (15 meq/l) flimkien ma’ 0,06 g/l (1 meq/l) għal kull grad ta’ qawwa alkoħolika ’l fuq minn 11 %. Fl-ebda każ ma jistgħu jinqabżu l-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli fis-seħħ.

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

Ribeiro “Espumoso” abjad u rożè [spumanti]

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

Trasparenti bi bżieżaq fini u fissi, ilwien li jvarjaw minn sofor ċari sa dehbija (għall-inbejjed bojod spumanti) u minn roża lewn il-lampun sa roża fl-oranġjo (għall-inbejjed rożè spumanti). L-isfumaturi jvarjaw minn ilwien ħodor għal dehbija (għall-inbejjed bojod spumanti) u minn sfumaturi vjola sa oranġjo (għall-inbejjed rożè spumanti), skont iż-żmien u l-metodu ta’ produzzjoni.

Aroma

Aromatikament kumplessa b’aromi nodfa u qawwija, b’intensità medja sa għolja, bil-preżenza ta’ xi wħud mid-deskritturi li ġejjin: frott matur, frott frisk, frott imnixxef, ħmira, frak tal-ħobż, prodotti tal-furnar, fjuri, għasel, ġamm, ħxejjex aromatiċi, pjanti, balzmi, ħwawar, u aromi ta’ xiwi.

Togħma

Friska, ibbilanċjata u intensa, mimlija togħma u b’estratt, bi struttura u volum medji sa għoljin; il-bżieżaq huma fini, fissi, pjaċevoli, rotob u kremużi, u b’finitura medja sa twila li hija perfetta u ddum fil-ħalq.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

“html:technicalFile.applicationDescriptio”

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

“maxAlcoholStrength”

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

10

Aċidità totali minima:

5

Unità ta’ aċidità totali minima:

fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima f’milliekwivalenti għal kull litru:

16,7

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

185

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

“html:technicalFile.applicationDescriptio”

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

Ribeiro “Tostado” abjad u aħmar

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

Trasparenti bi lwien li jvarjaw minn sofor lewn l-ambra għal lewn il-kawba u sfumaturi li jvarjaw minn dehbija sa lewn il-qastan. Ilwien ħomor aktar ċari jistgħu jiżviluppaw fl-inbejjed ħomor skont iż-żmien u l-metodu ta’ produzzjoni tagħhom.

Aroma

Aromatikament kumplessa b’aromi nodfa u qawwija, b’intensità medja sa għolja, bil-preżenza ta’ xi wħud mid-deskritturi li ġejjin: frott matur, frott imqadded, konfettura tal-frott, frott imnixxef, għasel, ħxejjex aromatiċi, ħwawar, balzmi, b’aromi ta’ xiwi, inkaljar u ħami u injam iebes.

Togħma

Ħelwa u bbilanċjata, bi freskezza sottili, qawwija, b’volum għoli u b’sensazzjoni żejtnija, b’estratt u mimlija b’ħafna togħma, b’finitura intensa u twila ħafna li hija perfetta u ddum fil-ħalq.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

“html:technicalFile.applicationDescriptio”

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

“maxAlcoholStrength”

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

13

Aċidità totali minima:

“minAcidity”

Unità ta’ aċidità totali minima:

-

Aċidità volatili massima f’milliekwivalenti għal kull litru:

35

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

“maxSO2”

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

—

Kontenut massimu ta’ kubrit: 200 mg/l għall-ħomor u 250 mg/l għall-bojod.

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

7.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

7.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed u r-restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tagħhom

Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

“title”

Tip ta’ prattika enoloġika

Prattika enoloġika speċifika

Deskrizzjoni

—

Ħomor u bojod Ir-rendiment tal-estrazzjoni ma għandux jaqbeż it-72 litru ta’ nbid għal kull 100 kg ta’ għeneb għal inbejjed magħmula mill-varjetajiet ewlenin tal-għeneb: Ribeiro “Castes”, Ribeiro “Barrica” u Ribeiro “Espumoso”. Għall-inbejjed l-oħra, il-limitu huwa ta’ 74 litru ta’ nbid għal kull 100 kg ta’ għeneb.

—

L-inbejjed Ribeiro “Castes” iridu isiru esklużivament mill-varjetajiet ewlenin.

—

L-inbejjed Ribeiro “Barrica” huma nbejjed ħomor jew bojod li, fi kwalunkwe punt fil-proċess tal-produzzjoni, ikunu nżammu fi btieti b’volum massimu ta’ 600 litru, u li jsiru esklużivament mill-varjetajiet ewlenin tal-għeneb.

—

Inbejjed spumanti magħmulin biss mill-varjetajiet ewlenin tal-għeneb, bl-użu tal-metodu tradizzjonali, fil-verżjonijiet “Brut” u “Brut Nature”.

—

“Tostado”: Magħmulin esklużivament mill-varjetajiet ħomor jew bojod ewlenin kif xieraq. Bl-użu ta’ proċess tat-tnixxif naturali tal-għeneb f’żoni koperti mill-karatteristiċi xierqa li jippermettu tnixxif xieraq bl-użu ta’ ventilazzjoni naturali. Il-perjodu tat-tnixxif huwa ta’ mill-anqas 3 xhur. Il-most tal-għeneb ikollu kontenut ta’ zokkor ta’ mill-anqas 350 g/l. Ir-rendiment massimu huwa ta’ 40 litru ta’ nbid għal kull 100 kg ta’ għeneb imqadded. Ikun hemm proċess ta’ maturazzjoni f’kontenituri tal-ballut jew tal-injam mis-siġar taċ-ċirasa b’mod li jiġi żgurat li l-ħin totali f’kuntatt mal-injam ma jkunx anqas minn 6 xhur. Dan jinkludi, fejn rilevanti, it-tidwir ta’ taħt fuq matul il-proċess tal-fermentazzjoni. Il-proċess ta’ maturazzjoni fil-fliexken ma jdumx anqas minn 3 xhur.

Prattika enoloġika

Metodi ta’ kultivazzjoni

Tip ta’ prattika enoloġika

Prattika ta’ kultivazzjoni

Deskrizzjoni

It-tħawwil ġdid għandu densità minima ta’ 3 000 dielja għal kull ettaru.

Wara l-approvazzjoni ta’ din il-verżjoni l-ġdida tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, mhux se jkun possibbli li jintużaw il-varjetajiet sekondarji tal-għeneb (Palomino, Garnacha Tintorera u Tempranillo) f’vinji mħawla ġodda jew imħawla mill-ġdid, jew f’tilqim f’vinji eżistenti. Madankollu, f’vinji b’dawn il-varjetajiet sekondarji, hija permessa s-sostituzzjoni okkażjonali ta’ dwieli neqsin b’oħrajn tal-istess varjetà.

Iż-żbir annwali juża żbir Guyot, bis-sistema tal-cordon, f’forma ta’ sġajriet jew b’idfra.

Is-sistema ta’ tħarriġ tuża kannizzati jew lasti.

7.2.   Rendimenti massimi

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Varjetajiet bojod ewlenin

Rendiment massimu:

Rendiment massimu

13 000

Rendiment massimu għal kull unità:

kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Varjetajiet bojod ewlenin

Rendiment massimu:

Rendiment massimu

93,60

Rendiment massimu għal kull unità:

ettolitri għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Varjetajiet bojod ewlenin għal “Tostado”

Rendiment massimu:

Rendiment massimu

13 000

Rendiment massimu għal kull unità:

kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Varjetajiet bojod ewlenin għal “Tostado”

Rendiment massimu:

Rendiment massimu

52

Rendiment massimu għal kull unità:

ettolitri għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Varjetajiet ħomor ewlenin

Rendiment massimu:

Rendiment massimu

12 000

Rendiment massimu għal kull unità:

kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Varjetajiet ħomor ewlenin

Rendiment massimu:

Rendiment massimu

86,40

Rendiment massimu għal kull unità:

ettolitri għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Varjetajiet ħomor ewlenin għal “Tostado”

Rendiment massimu:

Rendiment massimu

12 000

Rendiment massimu għal kull unità:

kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Varjetajiet ħomor ewlenin għal “Tostado”

Rendiment massimu:

Rendiment massimu

48

Rendiment massimu għal kull unità:

ettolitri għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Varjetajiet bojod sekondarji

Rendiment massimu:

Rendiment massimu

19 000

Rendiment massimu għal kull unità:

kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Varjetajiet bojod sekondarji

Rendiment massimu:

Rendiment massimu

140,60

Rendiment massimu għal kull unità:

ettolitri għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Varjetajiet ħomor sekondarji

Rendiment massimu:

Rendiment massimu

18 000

Rendiment massimu għal kull unità:

kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Varjetajiet ħomor sekondarji

Rendiment massimu:

Rendiment massimu

133,20

Rendiment massimu għal kull unità:

ettolitri għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Varjetajiet bojod ewlenin minn irqajja’ art b’densità tat-tħawwil ta’ anqas minn 3 000 dielja/ha

Rendiment massimu:

Rendiment massimu

10 000

Rendiment massimu għal kull unità:

kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Varjetajiet bojod ewlenin minn irqajja’ art b’densità tat-tħawwil ta’ anqas minn 3 000 dielja/ha

Rendiment massimu:

Rendiment massimu

72

Rendiment massimu għal kull unità:

ettolitri għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Varjetajiet bojod ewlenin għal “Tostado” minn irqajja’ art b’densità tat-tħawwil ta’ anqas minn 3 000 dielja/ha

Rendiment massimu:

Rendiment massimu

10 000

Rendiment massimu għal kull unità:

kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Varjetajiet bojod ewlenin għal “Tostado” minn irqajja’ art b’densità tat-tħawwil ta’ anqas minn 3 000 dielja/ha

Rendiment massimu:

Rendiment massimu

40

Rendiment massimu għal kull unità:

ettolitri għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Varjetajiet ħomor ewlenin minn irqajja’ art b’densità tat-tħawwil ta’ anqas minn 3 000 dielja/ha

Rendiment massimu:

Rendiment massimu

9 000

Rendiment massimu għal kull unità:

kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Varjetajiet ħomor ewlenin minn irqajja’ art b’densità tat-tħawwil ta’ anqas minn 3 000 dielja/ha

Rendiment massimu:

Rendiment massimu

64,80

Rendiment massimu għal kull unità:

ettolitri għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Varjetajiet ħomor ewlenin għal “Tostado” minn irqajja’ art b’densità tat-tħawwil ta’ anqas minn 3 000 dielja/ha

Rendiment massimu:

Rendiment massimu

9 000

Rendiment massimu għal kull unità:

kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Varjetajiet ħomor ewlenin għal “Tostado” minn irqajja’ art b’densità tat-tħawwil ta’ anqas minn 3 000 dielja/ha

Rendiment massimu:

Rendiment massimu

36

Rendiment massimu għal kull unità:

ettolitri għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Varjetajiet bojod sekondarji minn irqajja’ art b’densità tat-tħawwil ta’ anqas minn 3 000 dielja/ha

Rendiment massimu:

Rendiment massimu

16 000

Rendiment massimu għal kull unità:

kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Varjetajiet bojod sekondarji minn irqajja’ art b’densità tat-tħawwil ta’ anqas minn 3 000 dielja/ha

Rendiment massimu:

Rendiment massimu

118,40

Rendiment massimu għal kull unità:

ettolitri għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Varjetajiet ħomor sekondarji minn irqajja’ art b’densità tat-tħawwil ta’ anqas minn 3 000 dielja/ha

Rendiment massimu:

Rendiment massimu

15 000

Rendiment massimu għal kull unità:

kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Varjetajiet ħomor sekondarji minn irqajja’ art b’densità tat-tħawwil ta’ anqas minn 3 000 dielja/ha

Rendiment massimu:

Rendiment massimu

111

Rendiment massimu għal kull unità:

ettolitri għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Varjetajiet bojod ewlenin minn irqajja’ art b’densità ta’ aktar minn 7 000 dielja/ha

Rendiment massimu:

Rendiment massimu

15 000

Rendiment massimu għal kull unità:

kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Varjetajiet bojod ewlenin minn irqajja’ art b’densità ta’ aktar minn 7 000 dielja/ha

Rendiment massimu:

Rendiment massimu

108

Rendiment massimu għal kull unità:

ettolitri għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Varjetajiet bojod ewlenin għal “Tostado” minn irqajja’ art b’densità ta’ aktar minn 7 000 dielja/ha

Rendiment massimu:

Rendiment massimu

15 000

Rendiment massimu għal kull unità:

kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Varjetajiet bojod ewlenin għal “Tostado” minn irqajja’ art b’densità ta’ aktar minn 7 000 dielja/ha

Rendiment massimu:

Rendiment massimu

60

Rendiment massimu għal kull unità:

ettolitri għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Varjetajiet bojod sekondarji minn irqajja’ art b’densità ta’ aktar minn 7 000 dielja/ha

Rendiment massimu:

Rendiment massimu

20 000

Rendiment massimu għal kull unità:

kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Varjetajiet bojod sekondarji minn irqajja’ art b’densità ta’ aktar minn 7 000 dielja/ha

Rendiment massimu:

Rendiment massimu

148

Rendiment massimu għal kull unità:

ettolitri għal kull ettaru

8.   Indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li minnhom jiġi prodott l-inbid jew jiġu prodotti l-inbejjed

—

BRANCELLAO

—

ALBARIÑO

—

CAÍÑO BRAVO

—

LOUREIRA - LOUREIRO BLANCO

—

TREIXADURA

—

GARNACHA TINTORERA

—

TORRONTÉS

—

PALOMINO

—

GODELLO

—

MERENZAO

—

ALBILLA DO AVIA

—

CAÍÑO LONGO

—

CAÍÑO BLANCO

—

MENCÍA

—

CAÍÑO TINTO

—

TEMPRANILLO

—

FERRÓN

—

ALBARIN BLANCO - BRANCO LEXITIMO

—

SOUSÓN

—

ESPADEIRO

—

LADO

9.   Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika definita

Iż-żona tal-produzzjoni tal-inbejjed koperti mid-denominazzjoni ta’ oriġini Ribeiro tinkludi l-artijiet li jinsabu fil-muniċipalitajiet u fil-lokalitajiet li ġejjin: il-muniċipalitajiet ta’ Ribadavia, Arnoia, Castrelo de Miño, Carballeda de Avia, Leiro, Cenlle, Beade, Punxín u Cortegada; il-kwartieri ta’ Banga, Cabanelas u O Barón, il-muniċipalità ta’ O Carballiño; il-kwartieri ta’ Pazos de Arenteiro, Albarellos, Laxas, Cameixa u Moldes fil-muniċipalità ta’ Boborás; il-lokalitajiet ta’ Santa Cruz de Arrabaldo u Untes fil-muniċipalità ta’ Ourense; u fil-muniċipalità ta’ Toén, il-lokalitajiet ta’ Puga, A Eirexa de Puga, O Olivar, il-villaġġ ta’ Feá y Celeirón u l-kwartier ta’ Alongos; u l-villaġġ ta’ A Touza fil-muniċipalità ta’ San Amaro.

Dawn il-muniċipalitajiet kollha jinsabu fil-provinċja ta’ Orense, fil-Komunità Awtonoma tal-Galicia.

10.   Rabta maż-żona ġeografika

Kategorija ta’ prodott tad-dwieli

1.

Inbid

Sommarju tar-rabta

Id-distrett jinsab f’dik li hija magħrufa bħala ż-żona ta’ tranżizzjoni klimatika tal-Galicia, maħluqa bil-kombinazzjoni tal-kenn mill-muntanji tal-madwar u l-prossimità tal-Oċean Atlantiku. Il-klima hija moderata u Mediterranja b’influwenza tal-Atlantiku mmoderata mill-firxiet tal-muntanji li jinsabu fil-Punent tad-distrett. Il-muntanji jipproteġu d-distrett mill-maltempati ġejjin mill-baħar. Karatteristiċi notevoli jinkludu temperaturi li jvarjaw b’mod sinifikanti minn matul il-jum għal billejl; livelli baxxi ta’ xita wara l-iffurmar tal-frott; artijiet mhux maħduma, fil-biċċa l-kbira tal-granit, b’kapaċità baxxa ta’ żamma tal-ilma, u l-art wieqfa tal-muntanji.

Id-distrett huwa fil-limitu tal-adegwatezza għall-vitikultura. Il-frott ma jimmaturax faċilment, iżda jilħaq il-maturità alkoħolika meħtieġa fl-istess ħin tal-maturità fenolika. B’dan il-mod, iżomm freskezza bbilanċjata pprovduta mill-aċidità naturali bl-aċidu tartariku jipprevali fuq il-maliku. In-natura kemxejn kontinentali taż-żona, flimkien mal-kurrenti tal-arja prevalenti, jipproduċu differenza sinifikanti fit-temperatura minn matul il-jum għal billejl. Dan jgħin biex il-maturazzjoni ssir bil-mod, u b’hekk jiġu intensifikati l-freskezza naturali u l-aroma.

Billi ħadu vantaġġ mill-art bl-għoljiet tad-distrett, il-produtturi ħawlu vinji fuq l-għoljiet li huma l-aktar orjentati b’mod favorevoli. F’ħafna każijiet, bnew artijiet imtarrġa biex jieħdu ħsieb il-vinji u jagħtu aktar fond lill-ħamrija, li rriżulta f’pajsaġġ li fih l-intervent tal-bniedem huwa evidenti ħafna. B’dan il-mod, il-produtturi żguraw li l-pjanti jirċievu biżżejjed dawl tax-xemx u b’hekk joħolqu z-zokkor neċessarju għall-produzzjoni tal-inbid b’kontenut tajjeb ta’ alkoħol. Din, kif intqal qabel, hija żona fil-limitu tal-adegwatezza għall-vitikultura.

Aspett fundamentali ieħor tar-rabta bejn dawn l-inbejjed u ż-żona jikkonċerna l-varjetajiet disponibbli tal-għeneb. Ħafna minnhom huma varjetajiet tradizzjonalment imkabbra fid-distrett iżda rarament jinstabu f’żoni oħra ta’ vitikultura. Fost dawn, il-varjetà bajda Treixadura hija prominenti, l-aktar rappreżentattiva u mkabbra ħafna f’din iż-żona ġeografika. Dawn il-varjetajiet huma adattati kompletament għall-ambjent u jirriżultaw mill-għażliet tal-produtturi matul iż-żmien. Bil-kundizzjonijiet tad-distrett, dawn il-varjetajiet, b’mod partikolari Treixadura, jipproduċu nbejjed li huma ferm aromatiċi u b’togħma ta’ frott b’noti ta’ fjuri. Il-kontenut tal-alkoħol ipatti għall-aċidità, li jirriżulta fi nbejjed friski u bbilanċjati.

Kategorija ta’ prodott tad-dwieli

5.

Inbid spumanti ta’ kwalità

Sommarju tar-rabta

L-inbejjed spumanti ta’ kwalità tad-DOP Ribeiro jsiru bil-metodu tradizzjonali. Il-karatteristiċi tagħhom huma marbuta mill-qrib mal-kundizzjonijiet ambjentali speċifiċi u mal-varjetajiet tal-għeneb li jintużaw.

L-ambjent huwa kkaratterizzat minn klima moderata ta’ karattru Mediterranju b’influwenzi mill-Atlantiku. It-temperaturi jvarjaw b’mod sinifikanti minn matul il-jum għal billejl b’livelli baxxi ta’ xita wara l-iffurmar tal-frott. Il-ħamrija għandha kapaċità baxxa ta’ żamma tal-ilma u hija magħluqa b’art muntanjuża. Din hija żona fejn il-vitikultura żviluppat taħt kundizzjonijiet restrittivi u l-għeneb ma jimmaturax faċilment. B’reazzjoni għal dan, il-vitikulturi jieħdu vantaġġ mill-art bl-għoljiet taż-żona billi jikkultivaw vinji fil-ġnub tal-għoljiet l-aktar esposti għax-xemx. Id-differenza fit-temperatura matul il-jum għal billejl twassal biex il-frott jimmatura bil-mod. Dan jintensifika l-freskezza naturali u l-aroma ta’ dawn l-inbejjed spumanti.

Il-varjetajiet tal-għeneb użati huma kollha indiġeni u adattati għall-kundizzjonijiet ambjentali partikolari tad-distrett. Dawn huma r-riżultat tal-proċess tal-għażla li sar mill-produtturi taż-żona matul is-snin. Il-varjetà Treixadura, l-aktar imkabbra b’mod wiesa’, hija prominenti fosthom. Madankollu, il-varjetajiet Loureiro u Albariño huma wkoll adattati ħafna biex isiru dawn l-inbejjed. Il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima ta’ dan id-distrett ifissru li dawn il-varjetajiet jistgħu jiġu maħsuda kmieni, ladarba jintlaħaq il-bilanċ korrett ta’ zokkor u aċidità. B’dan il-mod, l-għeneb jinqata’ meta jkollu kontenut moderat ta’ zokkor u livell raġonevoli ta’ aċidità. Dan jagħmilha possibbli li jiġu prodotti nbejjed bażi bbilanċjati li ma humiex alkoħoliċi żżejjed iżda li huma ferm aromatiċi. F’żoni oħra ta’ vitikultura fil-qrib, il-prattika li l-ħsad isir qabel sabiex tiġi moderata l-qawwa alkoħolika tal-inbid bażi tirriżulta f’aċidità akbar, li hawn ma sseħħx. Il-kawża ewlenija tkun l-aċidu maliku eċċessiv li jnaqqas il-kwalità tal-inbid prodott.

Dawn il-varjetajiet jirrappreżentaw wirt ġenetiku ta’ valur kbir. Dan jagħti kwalità unika lit-tipi differenti ta’ nbid minn dan id-distrett, b’mod partikolari lill-inbejjed spumanti ferm aromatiċi u b’togħma ta’ frott.

Kategorija ta’ prodott tad-dwieli

15.

Inbid minn għeneb imqadded

Sommarju tar-rabta

Tostado del Ribeiro huwa nbid magħmul minn għeneb imqadded. Il-karatteristiċi partikolari tiegħu jirriżultaw mill-materja prima użata biex jiġi prodott, u mill-kundizzjonijiet ambjentali naturali u l-metodu ta’ produzzjoni partikolari, ir-riżultat tal-għarfien prattiku tal-produtturi lokali.

Il-materja prima tikkonsisti f’varjetajiet tal-għeneb li huma indiġeni għaż-żona u li huma adattati għall-kundizzjonijiet ambjentali partikolari. Il-varjetà Treixadura, l-aktar imkabbra b’mod wiesa’ u l-aktar tipika, hija prominenti fost dawn il-varjetajiet.

L-ambjent huwa kkaratterizzat minn klima moderata ta’ karattru Mediterranju b’influwenzi mill-Atlantiku. It-temperaturi jvarjaw b’mod sinifikanti minn matul il-jum għal billejl b’livelli baxxi ta’ xita wara l-iffurmar tal-frott. Il-ħamrija mhux ikkultivata għandha kapaċità baxxa ta’ żamma tal-ilma u hija magħluqa b’art muntanjuża. Id-dwieli jitkabbru fuq il-ġnub tal-għoljiet li huma l-aktar esposti għax-xemx sabiex tkun possibbli maturazzjoni tajba.

Iż-żona hija fil-limitu tal-adegwatezza għall-vitikultura, fejn ma huwiex faċli għad-dwieli li jimmaturaw sew. Il-maturazzjoni hija possibbli biss minħabba li l-varjetajiet tal-għeneb użati huma adattati u mkabbra f’irqajja’ orjentati bir-reqqa. Dan huwa dak li jagħmel l-inbid speċjali ħafna. Dan huwa nbid ħelu minn żona fejn, normalment, il-kundizzjonijiet ambjentali naturali ma jippermettux il-produzzjoni tiegħu.

Dan huwa possibbli bis-saħħa tat-tekniki tal-produzzjoni li l-produtturi lokali żviluppaw matul iż-żmien. Wara l-ħsad tal-għeneb, il-produtturi jagħmlu l-għenieqed soġġetti għal proċess kumpless ta’ maturazzjoni f’żoni koperti minn ventilazzjoni naturali. Il-varjetà Treixadura hija partikolarment adattata għat-tqaddid peress li l-qoxra tagħha hija eħxen u aktar reżistenti minn dik ta’ varjetajiet oħra. Dan jagħmilha aktar kapaċi li tlaħħaq mal-proċess tat-tqaddid naturali.

Barra minn hekk, fil-ħarifa ma tagħmilx xita daqs kemm mistenni meta wieħed iqis il-prossimità mal-Atlantiku. Dan huwa minħabba l-barriera protettiva fformata mill-muntanji li tagħlaqha lejn il-Punent. Dawn il-kundizzjonijiet jgħinu l-proċess tat-tqaddid. L-għeneb ma huwiex soġġett għal livelli għoljin wisq ta’ umdità relattiva, li jdewmu l-proċess tad-deidratazzjoni naturali u jżidu r-riskju ta’ mard kriptogamiku. Barra minn hekk, it-temperaturi fil-ħarifa għandhom ħabta li jkunu moderati, u dan jgħin fil-proċess tat-tnixxif. Id-distretti li jinsabu aktar ’il ġewwa mill-kosta jista’ jkollhom il-vantaġġ ta’ umdità ambjentali aktar baxxa. Madankollu, l-iżvantaġġ ta’ dan huwa li t-temperaturi baxxi jagħmlu t-tnixxif naturali aktar diffiċli.

Ir-riżultat ta’ dan il-proċess huwa nbid ħelu u bbilanċjat b’kontenut totali ta’ zokkor ta’ aktar minn 120 g/l, karatteristiku ħafna tal-kultura tal-vitikultura tad-distrett. Dan huwa apprezzat ħafna, jiswa l-flus biex jiġi prodott u jgawdi minn reputazzjoni eċċellenti.

11.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Intestatura tar-rekwiżit/deroga

Imballaġġ fis-sors.

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri

Imballaġġ fi ħdan iż-żona ġeografika definita

Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga

It-trasport u l-ibbottiljar barra miż-żona tal-produzzjoni joħolqu riskju għall-kwalità tal-inbid, li jista’ jidher fil-fenomeni tat-tnaqqis tal-ossidazzjoni, varjazzjonijiet fit-temperatura u oħrajn. Dan ir-riskju jkun aktar serju, aktar ma tkun kbira d-distanza koperta. L-ibbottiljar fiż-żona tal-oriġini jippermetti li jiġu ppreżervati l-karatteristiċi u l-kwalità tal-inbid. Dan, flimkien mal-esperjenza u mal-għarfien profond tal-kwalitajiet partikolari tal-inbejjed, li nbnew tul is-snin mill-fabbriki tal-inbid tad-denominazzjoni ta’ oriġini Ribeiro, jagħmlu l-ibbottiljar fiż-żona tal-oriġini neċessarju. Għaldaqstant, il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi kollha ta’ dawn l-inbejjed huma ppreżervati.

Intestatura tar-rekwiżit/deroga

Regoli tat-tikkettar

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga

It-tikketti tal-inbejjed ibbottiljati jinkludu l-logo u l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini.

Għall-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini Ribeiro li huma prodotti mill-varjetajiet ewlenin, huwa permess li jiġu inklużi t-termini li ġejjin fuq it-tikketti, l-imballaġġ u l-materjali tar-reklamar: “Castes”, “Barrica”, “Espumoso” u “Tostado”, kif xieraq.

Għal inbejjed mhux ikklassifikati bħala “Castes”, “Barrica”, “Espumoso” jew “Tostado”, it-termini “caste” u “autóctonas” ma humiex permessi li jidhru fuq it-tikketta tagħhom, u lanqas l-isem ta’ xi waħda mill-varjetajiet ewlenin. Bl-istess mod, ma huwiex permess li jintuża xi terminu ieħor li jista’ jqarraq lill-konsumatur rigward il-karatteristiċi tal-inbid, b’mod partikolari termini li jistgħu jwasslu għal konfużjoni ma’ nbejjed tal-kategoriji Ribeiro “Castes”, Ribeiro “Barrica”, Ribeiro “Espumoso” u Ribeiro “Tostado”.

Is-sena tal-ħsad trid tidher fuq it-tikkettar tal-inbejjed fil-kategoriji “Castes” u “Barrica”.

L-imballaġġ għandu jinkludi siġilli numerati ta’ kwalità jew tikketti ta’ quddiem/wara, maħruġa mill-Bord Regolatorju. Dawn iridu jitwaħħlu fil-fabbrika tal-inbid korrispondenti.

Referenza elettronika (URL) għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://agacal.xunta.gal/sites/default/files/calidade-alimentaria/vinos/Pliego_Condiciones_DOP_Ribeiro_abril_2025_ES.pdf


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6457/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)