2012R0698 — MT — 26.05.2014 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 698/2012 tal-25 ta’ Lulju 2012 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 203, 31.7.2012, p.34) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 459/2014 tad-29 ta' April 2014 |
L 133 |
43 |
6.5.2014 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 698/2012
tal-25 ta’ Lulju 2012
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ( 1 ), u b’mod speċjali l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:|
(1) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’din it-tabella. |
|
(4) |
Hu f’loku li jkun ipprovdut li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità ( 2 ). |
|
(5) |
Il-miżuri previsti skont partiti 1 u 3 fl-Anness ta’ dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali; il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma’ tax opinjoni fuq partita 2 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament fi ħdan il-limitu ta’ żmien iffissat miċ-chairman tiegħu. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
Tagħrif tariffarju li jorbot maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhuwiex skont dan ir-Regolament, jista’ jkompli jkun invokat għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
1. Apparat multifunzjonali (hekk imsejjaħ “ċentru multimedjali għal vetturi bil-mutur”) tat-tip użat f'vetturi bil-mutur, li jikkonsisiti f'żewġ komponenti ewlenin: — apparat riċevitur ta' xandir bir-radju kombinat ma' CD/DVD player, — skrin tal-kristalli likwidi (LCD) tal-kulur u jinqala' tat-tip touch screen b'qies djagonali tal-iskrin ta' madwar 17,5 cm. (7 pulzieri) u proporzjon tal-aspett ta' 16:9. L-apparat huwa mgħammar b'konnetturi li jippermettu r-riċeviment ta' sinjali ta' vidjow minn sorsi esterni bħal kamera anterjuri. L-apparat hu ppreżentat b'remote control. Mal-apparat jista' jitwaħħal skrin addizzjonali. |
8528 59 70 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali (GIR) 1, 3(c) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 8528, 8528 59 u 8528 59 70. L-apparat huwa mfassal għall-fini li jwettaq funzjonijiet varji (ir-riproduzzjoni tal-ħoss, riproduzzjoni tal-vidjow, xandir bir-radju, wiri ta' vidjows), li l-ebda waħda minnhom, fid-dawl tat-tfassil u l-kunċett, ma tagħti lill-apparat il-karattru essenzjali tiegħu. Għalhekk bl-applikazzjoni tal-GIR 3(c), l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8528 59 70 bħala moniters oħrajn. |
|
2. Apparat multifunzjonali (hekk imsejjaħ “ċentru multimedjali għal vetturi bil-mutur”) tat-tip użat f'vetturi bil-mutur b'qisien ta' madwar 17 × 5 × 16 cm. Hu jġib flimkien, fl-istess qafas, apparat ta' riċeviment ta' xandir bir-radju, apparat għar-riproduzzjoni tal-ħoss u tal-vidjows u skrin tal-kristalli likwidi (LCD) b'qisien dijagonali ta' madwar 8 cm (3,5 pulzieri). L-apparat huwa mgħammar b'konnetturi li jippermettu r-riċeviment ta' sinjali ta' vidjow minn sorsi esterni bħal kamera anterjuri. L-apparat jista' wkoll jirriproduċi ħoss u immaġni minn stikka tal-memorja USB. L-apparat hu ppreżentat b'remote control. Mal-apparat jista' jitwaħħal skrin addizzjonali. |
8528 59 70 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali (GIR) 1, 3(c) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 8528, 8528 59 u 8528 59 70. L-apparat huwa mfassal għall-fini li jwettaq funzjonijiet varji (ir-riproduzzjoni tal-ħoss, riproduzzjoni tal-vidjow, xandir bir-radju, wiri ta' vidjows), li l-ebda waħda minnhom, fid-dawl tat-tfassil u l-kunċett, ma tagħti lill-apparat il-karattru essenzjali tiegħu. L-apparat mhuwiex kapaċi li juri sinjali direttament minn makkinarju għall-ipproċessar awtomatiku tad-dejta bħala interfaċċa tal-USB jintuża biss għar-riproduzzjoni tal-awdjo minn stikka tal-memorja USB. Konsegwentament il-klassifikazzjoni taħt is-sottointestaturi 8528 51 00 u 8528 59 31 hija eskluża. Għalhekk bl-applikazzjoni tal-GIR 3(c), l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8528 59 70 bħala mointers oħrajn. |
|
3. Apparat multifunzjonali (hekk imsejjaħ “ċentru multimedjali għal vetturi bil-mutur”) tat-tip użat f'vetturi bil-mutur. Hu jġib flimkien, fl-istess qafas, apparat ta' riċeviment ta' xandir bir-radju, apparat għar-riproduzzjoni tal-ħoss u tal-vidjows apparat ta' navigazzjoni bir-radju u display tal-kristalli likwidi (LCD) b'qisien dijagonali tal-iskrin ta' madwar 18 cm (7 pulzieri) u proporzjon tal-aspett ta' 16:9. L-apparat huwa mgħammar b'konnetturi li jippermettu r-riċeviment ta' sinjali vidjow minn sorsi esterni bħal kamera anterjuri jew tjuner DVB-T. L-apparat jista' wkoll jirriproduċi ħoss u immaġni minn kard tal-memorja. L-apparat hu ppreżentat b'żewġ remote controls. Mal-apparat tista' titwaħħal display addizzjonali. |
8528 59 70 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali (GIR) 1, 3(c) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 8528, 8528 59 u 8528 59 70. L-apparat huwa mfassal għall-finijiet li jwettaq funzjonijiet varji (riproduzzjoni tal-ħoss, riproduzzjoni tal-vidjow, għajnuna għan-navigazzjoni bir-radju, xandir bir-radju, wiri ta' vidjows), li l-ebda waħda minnhom, fid-dawl tat-tfassil u l-kunċett, ma tagħti lill-apparat il-karattru essenzjali tiegħu. Għalhekk bl-applikazzjoni tal-GIR 3(c), l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8528 59 70 bħala moniters oħrajn. |
( 1 ) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.
( 2 ) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.