1992L0118 — MT — 01.05.2004 — 014.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 (ĠU L 062, 15.3.1993, p.49) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 190 |
26 |
26.7.1994 |
||
|
L 288 |
48 |
9.11.1994 |
||
|
L 200 |
35 |
24.8.1995 |
||
|
L 200 |
36 |
24.8.1995 |
||
|
L 24 |
28 |
31.1.1996 |
||
|
L 129 |
35 |
30.5.1996 |
||
|
L 165 |
40 |
4.7.1996 |
||
|
L 13 |
24 |
16.1.1997 |
||
|
L 24 |
31 |
30.1.1998 |
||
|
L 290 |
32 |
12.11.1999 |
||
|
L 2 |
27 |
5.1.2001 |
||
|
ID-DIRETTIVA 2002/33/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-21 ta’ Ottubru 2002 |
L 315 |
14 |
19.11.2002 |
|
|
L 13 |
24 |
18.1.2003 |
||
|
L 260 |
21 |
11.10.2003 |
||
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 445/2004 ta’ l-10 ta’ Marzu 2004 |
L 72 |
60 |
11.3.2004 |
|
Emendat bi:
|
C 241 |
21 |
29.8.1994 |
||
|
L 236 |
33 |
23.9.2003 |
|
(*) |
Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti. |
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/118/KEE
tas-17 ta’ Diċembru 1992
li tipprovdi għal rekwiżiti fir-rigward tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti mhux soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti f'regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A (I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fejn jidħlu l-patoġeni, għad-Direttiva 90/425/KEE
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposti mill-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkunsidra l-fehmiet tal-Parlament Ewropew ( 2 ),
Wara li kkunsidra l-fehmiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),
Billi l-prodotti li joriġinaw mill-annimali huma inklużi fil-lista ta’ prodotti fl-Anness II tat-Trattat; billi t-tqegħid fis-suq ta’ dawn il-prodotti jikkostitwixxi kull sors importanti ta’ introjtu għal parti mill-popolazzjoni agrikola;
Billi sabiex jiġi żgurat żvilupp razzjonali f'dan is-settur u tiżdied il-produttività, ir-regoli dwar is-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika għal dawn il-prodotti msemmija għandhom jiġu stabbiliti fil-livell ta’ Komunità;
Billi l-Komunità għandha tadotta l-miżuri maħsuba progressivament sabiex twaqqaf is-suq intern li jikkonsisti f' kull żona mingħajr fruntieri interni, fuq kull perjodu ta’ żmien li jagħlaq fil-31 ta’ Diċembru 1992;
Billi bil-ħsieb ta’ l-għanijiet imsemmija hawn fuq, il-Kunsill stabbilixxa r-regoli dwar is-saħħa ta’ l-annimali, li japplikaw għal-laħam frisk, il-laħam tat-tjur, il-prodotti mill-laħam, il-laħam ta’ l-annimali tal-kaċċa, il-laħam tal-fenek u l-prodotti tal-ħalib;
Billi, għajr fejn provdut xorta oħra, il-kummerċ fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali jrid jiġi liberalizzat, mingħajr preġudizzju għar-rikors għall-għajnuna lejn miżuri possibbli ta’ protezzjoni;
Billi, ġaladarba jeżisti r-riskju sinifikattiv ta’ l-imxija tal-mard li l-annimali huma esposti għalih, iridu jiġu speċifikati ħtiġiet partikolari għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali sabiex jiġu imposti meta jitqiegħdu fis-suq bl-għan ta’ kummerċ, partikolarment meta jkunu maħsuba għal reġjuni li għandhom kull stat ta’ saħħa għoli;
Billi, meta kienet adottata d-Direttiva 92/65/KEE, il-Kummissjoni qablet illi tiddissassoċja bejn l-aspetti ta’ saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-annimali minn dawk applikabbli għall-prodotti;
Billi, sabiex ikun permess li jiġu aboliti l-kontrolli fuq il-fruntieri ta’ l-Istati Membri fl-1 ta’ Jannar 1993, ir-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika għandhom jiġu stabbiliti sabiex japplikaw għal kull prodott bla ħsara għal dawn il-kontrolli, il-kummerċ u l-importazzjoni tagħhom li għadhom ma ġewx armonizzati fil-livell ta’ Komunità;
Billi, sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, iridu jiġu adattati ċerti regoli għall-adozzjoni tal-miżuri msemmija iktar 'il fuq;
Billi kull sistema ta’ approvazzjoni għandha tiġi introdotta għal pajjiżi terzi u għall-istabbilimenti li jilħqu l-ħtiġiet stabbiliti f'din id-Direttiva, flimkien ma’ kull proċedura ta’ spezzjoni tal-Komunità sabiex jiġi żgurat illi l-kondizzjonijiet ta’ din l-approvazzjoni jiġu osservati;
Billi d-dokumentazzjoni li takkumpanja l-prodotti huwa l-aħjar mezz sabiex jissodisfa lill-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni illi kull kunsinna tikkonforma mad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva; billi ċ-ċertifikat tas-saħħa pubblika jew tas-saħħa ta’ l-annimali għandu jinżamm bl-iskop li tiġi verifikata d-destinazzjoni ta’ ċerti prodotti importati;
Billi r-regoli, il-prinċipji u l-miżuri ta’ salvagward stabbiliti bid-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi ( 4 ) għandhom japplikaw hawnhekk;
Billi, fil-kuntest tal-kummerċ intra-Komunitarju, ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 89/662/KEE għandhom jiġu applikati wkoll;
Billi l-Kummissjoni għandha tiġi fdata bir-responsabbiltà li tadotta ċerti miżuri għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva; billi, għal dan l-iskop, għandhom jiġu stabbiliti proċeduri illi jistabbilixxu kooperazzjoni mill-qrib u effettiva bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fil-Kumitat Veterinarju Imwaqqaf;
Billi, fid-dawl ta’ diffikultajiet partikolari ta’ provvista partikolari riżultat tas-sitwazzjoni ġeografika tagħha, għandhom ikunu permessi derogi speċjali għar-Repubblika Ellenika;
Billi l-adozzjoni ta’ regoli speċifiċi għall-prodotti koperti minn din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-adozzjoni tar-regoli dwar l-iġene fl-ikel u s-salvagward ġenerali, li dwarhom il-Kummissjoni ssottomettiet proposta għall-qafas tad-Direttiva,
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA;
KAPITOLU I
Disposizzjonijiet ġenerali
Artikolu 1
Din id-Direttiva tipprovdi għall-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali (inklużi l-kampjuni kummerċjali meħuda minn dawn il-prodotti) li ma humiex soġġetti għall-ħtiġiet imsemmija stabbiliti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità li għalihom saret referenza fl-Anness A (I) sad-Direttiva 89/662/KEE ( 5 ) u, fejn għandhom x'jaqsmu l-aġenti patoġeniċi, id-Direttiva 90/425/KEE.
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-adozzjoni ta’ regoli aktar dettaljati dwar is-saħħa ta’ l-annimali fil-qafas tar-regoli speċifiċi msemmija hawn fuq jew għaż-żamma tar-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ jew fuq l-importazzjoni ta’ prodotti koperti bir-regoli speċifiċi li għalihom saret referenza fl-ewwel paragrafu bbażat fuq ir-regoli tas-saħħa pubblika.
Artikolu 2
1. Għall-fini ta’ din id-Direttiva:
(a) kummerċ ifisser il-kummerċ kif imfisser fl-Artikolu 2 (2) tad-Direttiva 89/662/KEE;
(b) kampjun kummerċjali jfisser kull kampjun li ma għandu l-ebda valur kummerċjali, meħud f’isem is-sid jew il-persuna responsabbli minn kull stabbiliment, illi huwa rappreżentattiv ta’ kull prodott imsemmi li joriġina minn annimal u prodott minn dan l-istabbliment, jew jikkostitwixxi kull kampjun ta’ prodott li joriġina minn annimal li l-fabbrikazzjoni tiegħu tkun kontemplata, u li, għall-għanijiet ta’ l-eżaminijiet sussegwenti, irid ikollu kull referenza għat-tip tal-prodott, il-komposizzjoni tiegħu u l-ispeċi ta’ l-annimal minn fejn ikun inkiseb;
(ċ) mard serju li jittieħed ifisser kull mard kopert bid-Direttiva 82/894/KEE ( 6 );
(d) aġenti patoġeniċi tfisser kull ġabra jew kultura ta’ organiżmi jew kull derivattiv, preżenti jew għal weħedhom jew fil-forma ta’ ġabra manipulata ta’ din il-ġabra jew kultura ta’ organiżmi kapaċi li jikkawżaw marda f'kull ħaġa oħra ħajja (għajr il-bniedem) u kull derivattiv modifikat ta’ dawn l-organiżmi, li jistgħu jġorru jew jittrasmettu patoġenu ta’ annimal, jew it-tessut, il-kultura taċ-ċelloli, it-tnixxija jew il-ħmieġ li bihom jew permezz tagħhom jista' jinġarr jew jiġi trasmess patoġenu ta’ annimal; din id-definizzjoni ma għandhiex tinkludi l-prodotti immunoloġiċi veterinarji mediċi awtorizzati b'mod konformi mad-Direttiva 90/677/KEE ( 7 );
▼M12 —————
(f) proteina proċessata ta’ l-annimali intiża għall-konsum tal-bniedem tfisser it-trab tal-qasab tas-saqajn (gambalijiet), ta’ l-ikel mil-laħam u tal-ġilda tal-majjal li għalihom saret referenza fl-Artikolu 2 (b) tad-Direttiva 77/99/KEE ( 8 ).
▼M12 —————
2. B'żieda, id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 2 tad-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE għandhom japplikaw mutatis mutandis.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi:
— kummerċ fi u l-importazzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1 ►M12 ————— ◄ tal-bniedem ma jkunux projbiti jew ristretti għal raġunijiet ta’ saħħa, ta’ l-annimali jew is-saħħa pubblika, għajr dawk li joħorġu mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew mil-leġislazzjoni tal-Komunità, u b’mod partikolari minn kull miżura ta’ salvagward meħuda,
— kull prodott ġdid ta’ oriġini annimali maħsub għall-konsum uman li t-tqegħid tiegħu fis-suq fi Stat Membru huwa awtorizzat wara d-dataprevista fl-Artikolu 20 ma jistax ikun is-suġġett ta’ negozju jewimportazzjoni qabel ma tkun ittieħdet b’konformità ma’ l-ewwelparagrafu ta’ l-Artikolu 15 wara valutazzjoni, jekk xieraq fid-dawl ta’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Xjentifiku stabbilit bid-Deċiżjoni 81/651/KEE, tar-riskju reali ta’ tixrid ta’ mard perikoluż li jittieħed li jista’ jirriżulta miċ-ċaqliq tal-prodott, mhux biss għall-ispeċi li minnha joriġina l-prodott iżda wkoll għall-ispeċi l-oħra li jistgħu jġorru l-marda, isiru ċ-ċentru ta’ marda jew riskju għas-saħħa umana,
— il-prodotti l-oħra li joriġinaw mill-annimali li għalihom saret referenza fl-Artikolu 2 (b) tad-Direttiva 77/99/KEE jistgħu ma jiġux soġġetti għan-negozju jew l-importazzjoni minn pajjiżi terzi jekk ma jilħqux il-ħtiġiet ta’ dik id-Direttiva u l-ħtiġiet relevanti ta’ din id-Direttiva.
KAPITOLU II
Disposizzjonijiet applikabbli għall-kummerċ
Artikolu 4
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi, għall-għanijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 4 (1) tad-Direttiva 89/662/KEE u ta’ l-Artikolu 4 (1) (a) tad-Direttiva 90/425/KEE, il-prodotti li joriġinaw mill-annimali li għalihom saret referenza fl-Annessi I u II u t-tieni u t-tielet inċiżi ta’ l-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva jistgħu, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet partikolari li jridu jiġu adottati fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikoli 10 (3) u 11, ikunu mingħajr ħsara għall-kummerċ jekk jissodisfaw il-ħtiġiet li ġejjin biss:
1. iridu jilħqu l-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 5 u l-ħtiġiet speċifiċi stabbiliti fl-Anness I rigward l-aspetti tas-saħħa ta’ l-annimali u l-Anness II rigward l-aspetti tas-saħħa pubblika,
2. iridu jiġu minn azjenda li:
(a) jissottomettu, fid-dawl tal-ħtiġiet speċifiċi stabbiliti fl-Anness I u II għall-prodotti li l-istabbiliment jipproduċi, sabiex:
— jikkonformaw mal-ħtiġiet speċifiċi tal-produzzjoni pprovduti f'din id-Direttiva,
— jistabbilixxi u jimplimentaw metodi ta’ monitoraġġ u kontroll tal-punti kritiċi fuq il-bażi tal-proċessi użati,
— kif jiddependi mill-prodotti, jieħdu kampjuni għall-analiżi f'kull laboratorju rikonoxxut mill-awtorità kompetenti bl-għan li jeżaminaw jekk ikunux konformi ma’ l-istandards stabbiliti b'din id-Direttiva,
— iżommu kull tagħrif, sewwa bil-miktub jew xort’oħra rrekordjat, dwar it-tagħrif miksub kif previst ma’ l-inċiżi preċedenti sabiex jiġu ppreżentati lill-awtorità kompetenti. Ir-riżultati tal-kontrolli u tat-testijiet varji għandhom partikolarmet jinżammu għal ta’ l-inqas sentejn,
— jiggarantixxu l-amministrazzjoni ta’ l-immarkar u t-tikkettar,
— jekk ir-riżultat ta’ l-eżami tal-laboratorju jew kull tagħrif ieħor disponibbli għalihom jikxfu l-eżistenza ta’ kull riskju serju għas-saħħa ta’ l-annimali jew għas-saħħa pubblika, jgħarrfu lill-awtorità kompetenti,
— jikkunsinnaw biss, għall-għan tal-kummerċ, prodotti akkumpanjati minn dokument kummerċjali li jindika n-natura tal-prodott, l-isem u, fejn xieraq, in-numru ta’ l-approvazzjoni veterinarja ta’ l-istabbiliment tal-produzzjoni;
(b) ikunu taħt sorveljanza mill-awtorità kompetenti sabiex jiġi żgurat illi l-operatur jew il-manager ta’ l-istabbiliment jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva;
(ċ) kienu reġistrati mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi ta’ kull assigurazzjonijiet mill-istabbiliment li jiggarantixxu konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 5
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi jkunu ttieħdu l-miżuri kollha sabiex jiggarantixxu li l-prodotti li joriġinaw mill-annimali li għalihom saret referenza fl-Anness I u II ma jintbagħtux minn kull azjenda għal għanijiet ta’ kummerċ, lokalizzata f'kull żona soġġetta għal restrizzjonijiet minħabba l-okkorrenza ta’ kull marda li għaliha tkunu suxxettibbli l-ispeċi li minnha jkun derivat il-prodott jew minn kull stabbiliment jew żona li minnhom iċ-ċaqliq jew in-negozju jikkostitwixxu riskju għas-saħħa ta’ l-annimali ta’ l-Istat Membru għajr meta l-prodotti jkunu trattati bis-sħana skond il-leġislazzjoni tal-Komunità.
Meta garanziji partikolari jippermettu, bħala mezz ta’ deroga mill-ewwel paragrafu, iċ-ċaqliq ta’ ċerti prodotti jista' jiġi adottat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 fil-qafas ta’ miżuri ta’ salvagward.
Artikolu 6
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-kummerċ ta’ aġenti patoġeniċi jkun bla ħsara għar-regoli stretti li jridu jiġu definiti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18.
Artikolu 7
1. Ir-regoli dwar il-kontrolli stabbiliti bid-Direttiva 89/662/KEE u, fejn jidħlu aġenti patoġeniċi, bid-Direttiva 90/425/KEE għandhom japplikaw, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-organizzazzjoni u s-sussegwirsi tal-provi li jridu jitwettqu, għall-prodotti koperti b'din id-Direttiva.
2. L-Artikolu 10 tad-Direttiva 90/425/KEE għandu japplika għall-prodotti koperti b'din id-Direttiva.
3. Għall-fini tal-kummerċ, id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12 tad-Direttiva 90/425/KEE għandhom jiġu estiżi għal stabbilimenti li jissupplixxu prodotti ta’ oriġini mill-annimali koperti b'din id-Direttiva.
4. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet speċifiċi ta’ din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti għandha twettaq kull kontroll li jidrilha xieraq fejn ikun hemm is-suspett li din id-Direttiva mhix qiegħda tiġi mħarsa.
5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri amministrattivi jew penali xierqa sabiex jippenalizzaw kull ksur ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari fejn jinstab illi ċ-ċertifikati jew id-dokumenti mfassla ma jikkorrispondux ma' l-istat attwali tal-prodotti li għalihom saret referenza fl-Annessi I u II, jew illi l-prodotti in kwistjoni ma jissodisfawx il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva jew ma jkunux għaddew mill-kontrolli pprovduti fiha.
Artikolu 8
Fil-Kapitolu 1 (1) ta’ l-Anness A tad-Direttiva 92/46/KEE ( 9 ) għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:
“Il-ħalib u l-prodotti mill-ħalib ma għandhomx jiġu minn kull żona taħt is-sorveljanza kif definita b’mod konformi mad-Direttiva 85/511/KEE kemm-il darba l-ħalib ma jkunx ġie pasturizzat (71,7 °C għal 15-il sekonda) taħt is-sorveljanza ta’ l-awtorità kompetenti.”
.
IL-KAPITOLU III
Disposizzjonijiet applikabbli għall-importazzjonijiet fil-Komunità
Artikolu 9
Il-ħtiġiet li japplikaw għall-importazzjoni ta’ prodotti koperti b'din id-Direttiva jridu joffru mill-inqas il-garanziji pprovduti bil-Kapitolu II, inklużi dawk stabbiliti sabiex jimplimentaw l-Artikolu 6, u dawk stabbiliti fit-tieni u t-tielet inċiżi ta’ l-Artikolu 3.
Artikolu 10
1. Għall-iskop li l-Artikolu 9 jiġi applikat l-istess u b’mod uniformi, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet li ġejjin.
2. Il-prodotti li għalihom saret referenza fl-Annessi I u II u t-tieni u tielet inċiżi ta’ l-Artikolu 3 jistgħu jiġu importati fil-Komunità biss jekk jissodisfaw il-ħtiġiet li ġejjin:
(a) jekk kemm-il darba ma jkunx speċifikat xorta oħra fl-Annessi I u II, il-prodotti jridu jiġu minn kull pajjiż terz jew parti minn pajjiż terz skond kull lista li trid tiġi mfassla u aġġornata b’mod konformi mal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 18;
(b) sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Anness II, il-prodotti għandhom jiġu minn stabbilimenti fuq lista tal-Komunità li se tkunimfassla skond il-proċedura stabbilita fl-artikolu 18;
(ċ) fil-każijiet speċifiċi provduti fl-Annessi I u II u fit-tieni u t-tielet inċiżi ta’ l-Artikolu 3, il-prodotti jridu jkunu akkumpanjati b'ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali jew ta’ saħħa pubblika li jikkorrispondi ma’ kull kampjun li jrid jitfassal skond il-proċedura li għaliha hemm ipprovdut fl-Artikolu 18, li jiċċertifika illi l-prodotti jilħqu l-kondizzjonijiet addizzjonali jew joffru l-garanziji ekwivalenti li għalihom hemm referenza fil-paragrafu 3 (a) u li l-prodotti jkunu ġejjin minn stabbilimenti li joffru dawn il-garanziji, u ffirmati minn kull veterinarju uffiċjali jew, kif xieraq, minn kull awtorità kompetenti rikonoxxuta skond l-istess proċedura.
3. Skond il-proċedura li għaliha hemm previst fl-Artikolu 18:
(a) għandhom jiġu stabbiliti ħtiġiet speċifiċi - b’mod partikolari għall-protezzjoni tal-Komunità minn ċertu mard eżotiku jew mard li jittieħed mill-bniedem - jew garanziji ekwivalenti għal dawn il-kondizzjonijiet.
Il-ħtiġiet speċifiċi u l-garanziji ekwivalenti stabbiliti minn pajjiżi terzi jistgħu ma jkunux iktar favorevoli minn dawk stabbiliti fl-Anness I u II u fit-tieni u t-tielet inċiżi ta’ l-Artikolu 3.
Sakemm jiġu ffissati r-regoli dettaljati ta’ tħaddim li hemm provvediment dwarhom fir-raba’ u l-ħames inċiżi tal-Kapitolu 2 ta’ l-Anness II, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-importazzjoni tal-prodotti li hemm referenza dwarhom hemmhekk ikunu suġġetti għall-konformità mal-garanziji minimi stabbiliti fl-imsemmija inċiżi;
▼M8 —————
(ċ) in-natura ta’ kull trattament jew il-miżuri li jridu jittieħdu sabiex tiġi prevenuta t-tniġġiz mill-ġdid tal-ġlud ta’ l-annimali, il-bajd u l-prodotti mill-bajd.
4. Id-deċiżjonijiet li għalihom hemm provdut fil-paragrafi 2 u 3 iridu jittieħdu fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni u, jekk jixraq, il-fehma tal-Kumitat Veterinarju Xjentifiku, dwar ir-riskju reali ta’ l-imxija ta’ mard serju li jittieħed jew mard li jista' jittieħed minnu l-bniedem li jistgħu jirriżultaw miċ-ċaqliq tal-prodott, mhux biss rigward l-ispeċi li minnu joriġina l-prodott imma wkoll għal speċi oħra li jistgħu jġorru l-marda jew isiru ċ-ċentru ta’ marda jew ta’ riskju għas-saħħa pubblika.
5. Esperti mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjonijiet fuq il-lok sabiex jivverifikaw jekk il-garanziji mogħtija minn pajjiż terz rigward il-kondizzjonijiet tal-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq jistgħux jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti għal dawk applikati fil-Komunità.
L-esperti mill-Istati Membri responsabbli minn dawn l-ispezzjonijiet għadhom jiġu maħtura mill-Kummissjoni, fil-waqt li taġixxi fuq proposti mill-Istati Membri.
Dawn l-ispezzjonijiet għandhom isiru f'isem il-Komunità, li għandha ġġorr in-nefqa fuq kull spiża involuta.
Sakemm jiġu organizzati l-ispezzjonijiet li għalihom saret referenza fl-ewwel paragrafu, ir-regoli nazzjonali li japplikaw għall-ispezzjoni f'pajjiżi terzi għandhom jissoktaw li japplikaw, sakemm issir notifika, permezz tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ta’ kull nuqqas ta’ konformità mal-garanziji offruti bi qbil mal-paragrafu 3 stabbilit matul dawn l-ispezzjonijiet.
6. Sakemm jiġu kumpilati l-listi pprovduti ►M8 fil-paragrafu 2 (a) u (b) it-tieni inċiż ◄ , l-Istati Membri huma awtorizzati li jżommu l-kontrolli pprovduti għalihom fl-Artikolu 11 (2) tad-Direttiva 90/675/KEE u ċ-ċertifikat nazzjonali meħtieġ mill-prodotti importati skond ir-regoli nazzjonali eżistenti.
Artikolu 11
Il-proċedura provduta fl-Artikolu 18 għandha tiġi użata sabiex tistipula ħtiġiet speċifiċi dwar is-saħħa ta’ l-annimali għall-importazzjoni fil-Komunità u n-natura u l-kontenut tad-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li għalihom saret referenza fl-Anness I, maħsuba għal laboratorji esperimentali.
Artikolu 12
1. Il-prinċipji u r-regoli stabbiliti fid-Direttivi 90/675/KEE u 91/496/KEE ( 10 ) għandhom japplikaw, b'referenza partikolari għall-organizzazzjoni u s-sussegwirsi ta’ l-ispezzjonijiet li jridu jitwettqu mill-Istati Membri u l-miżuri ta’ salvagward li jridu jiġu implimentati.
Madankollu, għal ċertu tip ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, jistgħu jiġu adottati derogi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, mill-kontroll fiżiku provdut ►M9 l-Artikolu 4(4)(b) tad-Direttiva 97/78/KE ◄ .
▼M9 —————
Artikolu 13
1. L-Istati Membri jistgħu, billi joħorġu kull liċenza xierqa, jippermettu l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali kif riferut fl-Annessi I u II fl-għamla ta’ kampjuni kummerċjali.
2. Il-liċenzja msemmija fil-paragrafu 1 trid takkumpanja lill-kunsinna u jrid ikun fiha d-dettalji kollha dwar il-kondizzjonijiet speċifiċi li fuqhom il-kunsinna tista' tiġi importata, inklużi d-derogi kollha mill-kontrolli provduti bid-Direttiva 90/675/KEE.
3. Meta l-kunsinna tidħol fi Stat Membru sabiex tgħaddi għal Stat Membru ieħor, l-Istat Membru li l-ewwel jirċievi l-kunsinna għandu jiżgura illi din ikollha magħha l-liċenza xierqa. Iċ-ċaqliq għandu jsir bi qbil mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 11 (2) tad-Direttiva 90/675/KEE. Ir-responsabbiltà sabiex jiġi żgurat illi l-kunsinna tikkonforma mal-kondizzjonijiet tal-liċenzja (u jekk għandux ikun hemm permess għad-dħul fit-teritorju tiegħu) għandha tkun vestita fl-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja.
IL-KAPITOLU IV
Disposizzjonijiet komuni finali
Artikolu 14
1. Għandu jiġi mħassar l-Artikolu 3 (d) tad-Direttiva 72/461/KEE ( 11 ).
Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/183/KEE ( 12 ) u 92/187/KEE ( 13 ) għandhom jissoktaw li japplikaw għall-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għal kull emenda li trid issirilha skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18.
2. Id-Direttiva 90/667/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:
(a) fl-Artikolu 13 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:
2.“2. B’kull għan li jiġi żgurat illi l-kontrolli provduti fil-paragrafu 1 jiġu segwiti:
(a) il-prodotti proċessati miksuba minn materjali ta’ riskju baxx jew riskju għoli jridu jissodisfaw il-ħtiġiet tal-Kapitolu 6 ta’ l-Anness I mad-Direttiva 92/118/KEE ( 14 );
(b) il-materjali ta’ riskju baxx, il-materjali ta’ riskju għoli maħsuba biex jiġu proċessati f'kull impjant partikolari fi Stat Membru ieħor b’mod konformi mat-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 4 (1) u l-prodotti proċessati miksuba minn materjali ta’ riskju baxx jew riskju għoli jridu jiġu akkumpanjati:
— jekk ikunu ġejjin minn kull impjant approvat b’mod konformi ma' l-Artikolu 4 jew 5, b’kull dokument kummerċjali illi jispeċifika:
—— jekk xieraq, in-natura tat-trattament,
— jekk fil-prodotti jkunux jinstabu proteini ruminanti,
— jekk ikunu ġejjin minn impjant ieħor, b’kull ċertifikat maħruġ u ffirmat minn veterinarju uffiċjali li juri:
—— il-metodi tat-trattament użati fuq il-kunsinna,
— ir-riżultat tat-testijiet għas-salmonella,
— jekk fil-prodott instabux proteini ruminanti.
(b) fl-Artikolu 6, “għandhom jiġu stabbiliti taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19” għandu jiġi mibdul b’“huma stabbiliti fil-Kapitolu 10 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 92/118/KEE”;
(ċ) fl-Artikolu 14 l-ewwel paragrafu għandu jitħassar.
Artikolu 15
Il-Kunsill, hu u jaġixxi b’kull maġġoranza kwalifikata u fuq kull proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta kull Anness ġdid illi jistabbilixxi ħtiġiet speċifiċi għal prodotti oħra kapaċi li jippreżentaw kull riskju reali li jifirxu mard serju li jittieħed jew kull riskju reali għas-saħħa umana.
Meta tinħass il-ħtieġa, l-Annessi għandhom jiġu emendati b’mod konformi mal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 18 b'konformità mal-prinċipji ġenerali dikjarati fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 3.
Artikolu 16
1. L-Istati Membri għandhom jiġu awtorizzati illi jdaħħlu fit-teritorju tagħhom il-prodotti li joriġinaw mill-annimali li għalihom saret referenza fl-Anness I u II u fit-tieni u t-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 3 li kienu prodotti fit-territorju ta’ kull Stat Membru u li jkunu għaddew mit-territorju ta’ kull pajjiż terz bla ħsara għat-turija ta’ kull ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali jew ta’ saħħa pubblika li jattesta l-konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.
2. L-Istati Membri li jirrikorru għall-possibbilità stabbilita fil-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fil-Kumitat Veterinarju Imwaqqaf stabbilit bid-Deċiżjoni 68/361/KEE ( 15 ).
Artikolu 17
1. L-Annessi A u B mad-Direttivi 89/662/KEE u 90/425/KEE għandhom jiġu mibdula bit-testi prodotti fl-Anness III ta’ din id-Direttiva.
2. Id-Direttiva 77/99/KEE qed tiġi emendata kif ġej:
— fl-Artikolu 2 (b), il-punt (iv) għandu jitħassar u l-punti (v) u (vi) għandhom isiru (iv) u (v) rispettivament;
— L-Artikolu 6 (2) għandu jinqara’:
—
“2. Taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20, jistgħu jiġu dikjarati kondizzjonijiet addizzjonali għall-prodotti l-oħra li joriġinaw mill-annimali sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tas-saħħa pubblika.”
Artikolu 18
Meta ssir riferenza għall-proċedura pprovduta f'dan l-Artikolu, il-Kumitat Veterinarju Imwaqqaf għandu jaġixxi b’mod konformi mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 89/662/KEE.
Artikolu 19
Skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 18, jistgħu jiġu adottati miżuri tranżitorji għal kull perjodu ta’ tliet snin li jibdew mill-1 ta’ Lulju 1993 sabiex jiffaċilitaw it-transizzjoni għall-arranġamenti l-ġodda stabbiliti b'din id-Direttiva.
Artikolu 20
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' l-Artikoli 12 (2) u 17 sal-1 ta’ Jannar 1993 u mal-ħtiġiet l-oħra ta’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Jannar 1994. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni fil-pront b’dan.
Meta dawn il-miżuri jiġu adottati mill-Istati Membri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali. Il-metodi dwar kif tiġi magħmula kull tali referenza għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet ewlenin fil-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva.
3. It-twaqqif ta’ temma taż-żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali sa l-1 ta’ Jannar 1994 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-abolizzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq il-fruntieri pprovdut fid-Direttivi 89/662/KEE u 90/425/KEE.
Artikolu 21
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
ĦTIĠIET SPEĊIFIĊI DWAR IS-SAĦĦA TA’ L-ANNIMALI
▼M12 —————
IL-KAPITOLU 2
Casings ta’ l-annimali maħsuba għall-konsum uman
A. Kummerċ
Il-kummerċ fil-ġlud ta’ l-annimali huwa soġġett għall-produzzjoni ta’ kull dokument li jispeċifika l-impjant ta’ l-oriġini li jrid ikun:
— fejn il-ġlud jiġu mmellħa jew imnixxfa fuq il-post ta’ l-oriġini u fejn il-ġlud immellħa jew imnixxfa jiġu sussegwentement imgħoddija bl-idejn għal għanijiet oħra, kull impjant approvat mill-awtorità kompetenti,
— fil-każijiet l-oħra, kull impjant approvat b’mod konformi mad-Direttiva 64/433/KEE ( 16 ), kemm-il darba l-ġlud jiġu trasportati f'kull tali manjiera sabiex jipprevjenu l-kontaminazzjoni.
B. Importazzjoni minn pajjiżi terzi
L-importazzjoni ta’ ġlud ta’ l-annimali minn kull pajjiż terz hija soġġetta għall-produzzjoni taċ-ċertifikat li għalih saret referenza fl-Artikolu 10 (2) (c), maħruġ u ffirmat minn veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz ta’ l-esportazzjoni, li jiddikara illi:
(i) il-ġlud ġejjin minn impjanti approvati mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta’ l-esportazzjoni;
(ii) il-ġlud tagħhom ġew imnaddfa, mibruxa u imbagħad jew immellħa jew ibbliċjati (jew bħala alternattiva għat-tmelliħ jew l-ibbliċjar, illi ġew imqadda wara l-brix);
(iii) wara t-trattament skond (ii), ittieħdu passi effettivi sabiex jipprevjenu l-kontaminazzjoni mill-ġdid tal-ġlud.
▼M12 —————
IL-KAPITOLU 5
L-għadam u l-prodotti mill-għadam (għajr ikel mill-għadam), il-qrun u l-prodotti mill-qrun (għajr ikel mill-qrun) u n-nagħal u prodotti min-nagħal (għajr ikel min-nagħal) ►M12 maħsuba għall-konsum uman ◄
Il-kummerċ fi u l-importazzjoni tal-prodotti in kwistjoni huma soġġetti għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
1. fejn jidħol il-kummerċ, l-għadam, il-qrun u n-nagħal huma soġġetti għall-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali kif stabbilit fid-Direttiva 72/461/KEE;
2. fejn jidħol il-kummerċ, il-prodotti mill-għadam, il-prodotti mill-qrun u l-prodotti min-nagħal huma soġġetti għall-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali kif provdut fid-Direttiva 80/215/KEE ( 17 );
3. fejn tidħol l-importazzjoni, l-għadam, il-prodotti mill-għadam, il-qrun, il-prodotti mill-qrun, in-nagħal u l-prodotti min-nagħal huma soġġetti għall-ħtiġiet tad-Direttiva 72/462/KEE ( 18 ).
▼M12 —————
IL-KAPITOLU 6
Proteina proċessata mill-annimali ►M12 maħsub għall-konsum uman ◄
I. Mingħajr preġudizzju għal kull restrizzjoni imposta rigward il-BSE jew ir-restrizzjonijiet fuq l-għalf ta’ proteina ruminanti lill-annimali li jixtarru (ruminanti), il-kummerċ fi u l-esportazzjoni ta’ proteina proċessata mill-annimali huma soġġetti għal:
A. dwar in-negozju, għall-produzzjoni tad-dokument jew ċertifikat previst fid-Direttiva 77/99/KEE, li jistqarr li l-ħtiġijiet ta’ dik id-Direttiva ġew imħarsa;
B. rigward l-importazzjonijiet:
1. il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa kif ipprovdut fl-Artikolu 10 (2) (c), iffirmat mill-veterinarju uffiċjali tal-pajjiż ta’ l-oriġini u li jiddikjara illi:
(a) il-prodotti jissodisfaw il-ħtiġijiet tad-Direttiva 80/215/KEE;
(b) kull prekawzjoni tkun ittieħdet wara t-trattament sabiex jiġi prevenut kull tniġġiz tal-prodott trattat;
(ċ) ikunu ttieħdu kampjuni u ġew testjati għas-salmonella meta l-kunsinna tkun ħalliet il-pajjiż ta’ l-oriġini;
(d) ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet huma fin-negattiv;
2. wara l-eżami dwar id-dokument taċ-ċertifikat li għalih saret referenza f’1, ikunu ttieħdu kampjuni mill-awtoritajiet kompetenti fuq il-post ta’ l-ispezzjoni fuq il-fruntiera mingħajr preġudizzju għal punt II:
(i) minn kull kunsinna ta’ prodotti sottomessi bil-massa;
(ii) każwalment minn kunsinni tal-prodotti mqiegħda f'pakketti fl-impjant tal-fabbrikazzjoni;
3. għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa fit-territorju tal-Komunità ta’ kunsinni ta' proteina proċessata mill-annimali, sabiex jiġi ppruvat illi r-riżultati mill-kampjuni mwettqa b'mod konformi ma' B (1) (c) instabu fin-negattiv, u jekk meħtieġ, anke wara ipproċessar mill-ġdid;
Ċ. ir-regoli nazzjonali li kienu jeżistu fid-data tan-notifika ta’ din id-Direttiva rigward il-ħtiġiet applikabbli rigward il-BSE u l-marda scrapie tan-nagħaġ għall-proteini mill-annimali jistgħu jinżammu sakemm tittieħed kull deċiżjoni dwar it-trattament bis-sħana li jkun kapaċi jeqred l-aġent responsabbli.
Il-kummerċ fi u l-importazzjoni ta’ ikel mill-laħam u ikel mill-għadam jibqgħu soġġetti għall-Artikolu 5 (2) tad-Direttiva 89/662/KEEC u l-Artikolu 11 (2) tad-Direttiva 90/675/KEE.
II. L-Istati Membri jistgħu jwettqu teħid każwali ta’ kampjuni fuq kunsinni bil-massa li joriġinaw f' kull pajjiż terz minn fejn l-aħħar sitt testijiet wara xulxin irriżultaw fin-negattiv. Fejn matul wieħed minn dawn il-kontrolli r-riżultat ikun ġie pożittiv, l-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta’ l-oriġini għandha tiġi mgħarrfa sabiex tkun tista' tieħu l-miżuri xierqa sabiex tirrimedja s-sitwazzjoni. Dawn il-miżuri jridu jinġiebu taħt l-attenzjoni ta’ l-awtorità kompetenti responsabbli mill-kontroll fuq l-importazzjoni. Fil-każ ta’ kull riżultat pożittiv ieħor mill-istess sors, iridu jitwettqu iktar provi fuq il-kunsinni kollha mill-istess sors sakemm jerġgħu jiġu sodisfatti l-ħtiġiet stabbiliti fl-ewwel sentenza.
III. L-Istati Membri jridu jżommu tagħrif tar-riżultati mill-mostri mwettqa fuq il-kunsinni kollha li jkunu għaddew mill-mostri.
IV. B’mod konformi ma’ l-Artikolu 3 (3) tad-Direttiva 89/662/KEE, it-trasbord tal-kunsinji huwa permess biss f'portijiet li jkunu ġew approvati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, kemm-il darba jkun intlaħaq kull ftehim bilaterali bejn l-Istati Membri li jippermetti hekk li jħalli l-kontroll tal-kunsinni jiġi diferit sakemm il-kunsinni jaslu fuq il-post ta’ l-ispezzjoni fuq il-fruntiera ta’ l-Istat Membru fejn tkun id-destinazzjoni ta’ l-aħħar.
V. Fejn kunsinna tiġi pruvata pożittiva għas-salmonella, trid tiġi jew:
(a) esportata mill-ġdid għal barra mill-Komunità; (jew)
(b) użata bi skopijiet oħra għajr għall-għalf ta’ l-annimali. F'dan il-każ, il-kunsinna tista' tħalli biss il-port jew il-maħżen bil-kondizzjoni li (l-proteina) ma' tiġix inkorporata fl-oġġetti ta’ l-ikel ta’ l-annimali;
(ċ) proċessata mill-ġdid f'impjant tat-trattament approvat b'mod konformi mad-Direttiva 90/667/KEE jew kull impjant ieħor approvat għad-dekontaminazzjoni. Iċ-ċaqliq mill-port għall-maħżen għandu jiġi kontrollat bil-permess ta’ l-awtorità kompetenti u l-kunsinna ma għandhiex tiġi rilaxxata qabel tkun trattata, iċċekkjata għas-salmonella mill-awtorità kompetenti b’mod konformi ma’ l-Anness II, Kapitolu III, mad-Direttiva 90/667/KEE u jkun ġie miksub kull riżultat fin-negattiv..
IL-KAPITOLU 7
Demm u prodotti tad-demm ta' l-ammimali tal-fart u t-tjur
(bl-eċċezzjoni tas-serum mir-razza taż-żwiemel)
I. Demm frisk u prodotti tad-demm intiżi għall-konsum uman
A. Kummerċ
|
1. |
Il-kummerċ f'demm frisk ta' l-ammimali tal-fart u tat-tjur intiż għall-konsum uman huwa suġġett għall-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali applikabbli għall-kummerċ fil-laħam frisk bi qbil mad-Direttivi tal-Kunsill 72/461/KEE ( 19 ), 91/494/KEE ( 20 ) jew 91/495/KEE ( 21 ). |
|
2. |
Il-kummerċ fi prodotti tad-demm intiżi għall-konsum uman huwa suġġett għall-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali kif stabbiliti fil-Kapitolu 11 ta' din id-Direttiva. |
B. Importazzjoni
|
1. |
L-importazzjoni ta' demm frisk ta' l-annimali domestiċi tal-fart intiżi għall-konsum uman hija pprojbita permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE ( 22 ). L-importazzjonijiet ta' demm frisk ta' tjur domestiċi intiżi għall-konsum uman huma suġġetti għall-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali stabbiliti fid-Direttiva 91/494/KEE. L-importazzjoni ta' demm frisk ta' tjur tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet intiż għall-konsum uman hija suġġetta għall-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali stabbiliti fil-Kapitolu 11 ta' dan l-Anness. |
|
2. |
L-importazzjonijiet tal-prodotti tad-demm għall-konsum uman, inklużi dawk li hemm referenza dwarhom fid-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE ( 23 ), huma suġġetti għal-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jgħoddu għall-prodotti tal-laħam permezz tad-Direttiva 72/462/KEE u ta' din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-prodotti pproċessati tal-proteini ta' l-annimali bbażati fuq id-demm kif hemm referenza dwarhom fil-Kapitlu 6 ta' dan l-Anness. |
▼M12 —————
III. Disposizzjonijiet ġenerali
Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu għandhom jiġu adottati, meta meħtieġ, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18.
▼M12 —————
IL-KAPITOLU 9
Xaħam tal-majjal u xaħam imdewweb maħsub għall-konsum uman
1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni fil-Komunità ta’ xaħam ta’ l-ikel u xaħmijiet mirduda li jiġu minn pajjiżi terzi li jidhru fil-lista annessa mad-Deċiżjoni 79/542/KEE li minnhom hija permessa l-importazzjoni ta’ laħam frisk ta’ l-ispeċi interessata.
2. Fejn tgħaddi mxija ta’ mard serju li jittieħed fit-12-il xahar ta’ qabel l-esportazzjoni ġewwa KULL pajjiż imsemmi fil-paragrafu 1, kull kunsinna ta’ xaħam ta’ l-ikel jew xaħmijiet mirduda għandha ġġorr magħha ċertifikat li għalih saret referenza fl-Artikolu 10 (2) ta’ din id-Direttiva li jiddikjara illi:
A. ix-xaħam ta’ l-ikel jew ix-xaħmijiet mirduda kienu ġew soġġetti għal wieħed mill-proċessi ta’ trattament bis-sħana li ġejjin:
(i) ta’ mill-inqas 70 °C għal ta’ l-inqas 30 minuta; jew
(ii) ta’ mill-inqas 90 °C għal mill-inqas 15-il minuta; jew
(iii) kull temperatura minima ta’ of 80 °C f' kull sistema kontinwa ta’ radd;
B. fejn ix-xaħam ta’ l-ikel jew ix-xaħmijiet mirduda jiġu f'pakketti, ikunu ppakkjati f'kontenituri ġodda u jkun ittieħed kull prekawzjoni sabiex jipprevjeni t-tniġġiz mill-ġdid tagħhom;
Ċ. fejn ikun maħsub it-trasport bil-massa tal-prodott, il-pajpijiet, il-pompi u t-tank tal-massa u kull kontenitur bil-massa jew vettura tat-triq tank tal-massa użati fit-trasport tal-prodotti mill-impjant tal-manifattura jew direttament għal fuq il-bastiment jew għal ġewwa tankijiet fuq l-art jew direttament lejn l-istabbilimenti jkunu spezzjonati u misjuba nodfa qabel l-użu.
▼M12 —————
IL-KAPITOLU 11
Laħam tal-fenek u laħam tal-kaċċa mrobbi maħsub għall-konsum uman
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-laħam tal-fenek u l-laħam tas-selvaġġina mrobbi fl-irziezet jiġi impurtat biss jekk:
(a) ikun ġej minn pajjiżi terzi inklużi:
(i) għas-selvaġġina bil-pil imrobbija fl-irziezet, fil-lista tal-pajjiżi li minnhom jista' jiġi importat laħam frisk ta’ l-ispeċi korrispondenti b'mod konformi mad-Direttiva 72/462/KEE;
(ii) għas-selvaġġina bir-rix imrobbija fl-irziezet, il-lista tal-pajjiżi li minnhom laħam frisk tat-tjur jista' jiġi importat b'mod konformi mad-Direttiva 91/494/KEE ( 24 );
(iii) għal-laħam tal-fenek, fil-lista mfassla skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18;
(b) għall-inqas jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fil-Kapitoli II u III rispettivament tad-Direttiva 91/495/KEE ( 25 );
(ċ) ikunu ġejjin minn stabbilimenti li joffru l-garanziji provduti fil-(b) u jkunu rikonoxxuti skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 18 jew, kemm-il darba titfassal il-lista li għaliha ma saritx referenza f' (a) (iii), minn stabbilimenti approvati mill-awtoritajiet kompetenti;
(d) kull lott ta’ laħam ikun akkumpanjat biċ-ċertifikat tas-saħħa pprovdut bl-Artikolu 10 (2) (ċ).
▼M12 —————
ANNESS II
KONDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IS-SAĦĦA PUBBLIKA
IL-KAPITOLU 1
L-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ prodotti mil-laħam miksuba mil-laħam tat-tjur, mil-laħam tas-selvaġġina imrobbija fl-irziezet, il-laħam tas-selvaġġina u mil-laħam tal-fenek
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-prodotti tal-laħam miksub mill-laħam tat-tjur, mil-laħam tas-selvaġġina imrobbija fl-irziezet u mil-laħam tal-fenek ma jiġux importati għajr jekk:
(a) jew li jiġu minn pajjiż terz elenkat bi qbil ma:
(i) l-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/494/KEE għal-laħam tat-tjur;
(ii) l-Artikolu 16 tad-Direttiva 92/45/KEE għal-laħam tal-kaċċa ferali;
(iii) il-Kapitolu 2 ta' l-Anness I ta' din id-Direttiva għal-laħam tal-fenek u laħam tat-tjur tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet, jew li jiġu minn pajjiż terz elenkat fl-Anness, il-Parti I tad-Deċiżjoni 79/542/KEE. F'dan il-każ iridu jkunu ngħataw trattament ta' sħana f'kontenitur issiġillat, il-valur ta' F!!! error character !!! Β!!! error character !!! Ί ikun egwali jew ogħla minn 3,00. B'dankollu, għall-prodotti tal-laħam magħmula minn speċi apparti milli mill-majjal, dan it-trattament jista' jiġi mibdul minn trattament ta' sħana li jġib it-temperatura interna ta' l-anqas għal 70 °C;
(b) il-laħam frisk użat jilħaq il-ħtiġiet xierqa ta’ l-Artikolu 14 tad-Direttiva 71/118/KEE għal-laħam tat-tjur, l-Artikolu 16 tad-Direttiva 92/45/KEE għal-laħam tas-selvaġġina, l-Artikolu 3 tad-Direttiva 91/495/KEE għal-laħam tal-fenek u l-Artikolu 6 ta’ din id-Direttiva għal-laħam tas-selvaġġina imrobbija fl-irziezet;
(ċ) ikunu ġejjin minn stabbiliment li joffri l-istess garanziji bħal dawk li saret referenza għalihom fid-Direttiva 77/99/KEE u approvati b’mod konformi mal-proċedura provduta fl-Artikolu 18 jew, sakemm tiġi adottata kull tali deċiżjoni, mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istati Membri bl-importazzjoni ta’ dawn il-prodotti jibqgħu soġġetti għar-regoli ta’ l-Artikolu 11 (2) tad-Direttiva 90/675/KEE;
(d) ikunu mħejjija, kontrollati u maniġġjati b’mod konformi kif ipprovdut fid-Direttiva 77/99/KEE;
(e) kull kunsinna ta’ prodotti mil-laħam tkun akkumpanjata b’kull ċertifikat tas-saħħa stabbilit b’mod konformi mal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 18.
IL-KAPITOLU 2
►M8 Qabel l-1 ta’ Lulju 1997 ◄ , il-kondizzjonijiet dwar is-saħħa applikabbli għal dan li ġej għandhom jiġu stabbiliti b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18:
— it-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni ta’ bajd u l-importazzjoni ta’ prodotti mill-bajd maħsuba għall-konsum uman, mingħajr preġudizzju għar-regoli magħmula fid-dawl ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq.
— Fir-rigward tas-salmonella u sakemm ikun hemm l-adozzjoni tad-disposizzjonijiet Komunitarji, dawn ir-regoli li ġejjin għandhom ikunu applikabbli għal bajd intenzjonat għall-Finlandja, għan-Norveġja u għall-Isvezja:
—(a) il-kunsinni ta' bajd jistgħu jkunu suġġetti għal garanziji ġenerali, limitati jew addizzjonali kif definiti mill-Kummissjoni skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 18;
(b) il-garanziji previsti f' (a) m'għandhomx isiru dwar bajd li joriġina minn stabbiliment li huwa suġġett għal programm rikonoxxut bħala ekwivalenti għal dak previst f'(ċ), bis-saħħa tal-proċedura prevista fl-Artikolu 18;
(ċ) Il-garanziji previsti f'(a) għandhom ikunu applikabbli biss wara approvazzjoni mill-Kummissjoni ta' programm operazzjonali li għandu jkun ippreżentat mill-Finlandja u mill-Isvezja. Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni għandhom jittieħdu qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni sabiex il-programmi operazzjonali u l-garanziji previsti f'(a) ikunu applikabbli mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni,
▼M10 —————
— il-kummerċ fi u l-importazzjoni ta’ għasel, ►M6 ————— ◄ maħsuba għall-konsum mill-bniedem,
— il-kummerċ fi u l-importazzjoni tal-ħalib u l-prodotti fuq bażi tal-ħalib intiżi għall-konsum uman, miksuba minn speċi mhux koperti bid-Direttiva 92/46/KEE; jiddependi mill-ispeċi, ħtiġiet speċifiċi jistgħu jiġu stabbiliti f'dak li jirrigwarda:
—— s-saħħa ta’ l-annimali u l-istatus tas-saħħa tal-merħliet tal-baqar, b’mod partikolari fir-rigward tat-tuberkolożi u l-bruċellożi;
— ta’ l-iġjene fir-rigward ta’
—— ħlib,
— l-ġbir, it-trasport, it-trattament u l-proċessar tal-ħalib,
— persunal,
— testjar għar-residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament u/jew ormonikament attivi, antibiotiċi, pestiċidi jew sustanzi oħra ta' ħsara fil-ħalib jew fil-prodotti tal-ħalib,
— kriterji applikabbli għal ħalib nej bħala materja prima,
— kriterji mikrobioloġiċi applikabbli għall-prodotti mlestija,
— il-produzzjoni, il-bejgħ u l-importazzjoni tal-laħam ta’ l-ispeċi mhux koperti minn ħtiġiet speċifiċi, b’mod partikolari l-laħam tar-rettili u l-prodotti tiegħu, intiżi għall-konsun uman.
— Jiddependi mill-ispeċi, ħtiġiet speċifiċi jistgħu jiġu stabbiliti fir-rigward ta’:
—— kriterji mikrobiotiċi u parasitoloġiċi,
— l-iġjene waqt il-qatla,
— it-testjar għal residwi.
IL-KAPITOLU 3
I. Kondizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa pubblika li jgħoddu għall-kummerċ fi u l-importazzjonijiet ta' bebbux maħsub għall-konsum tan-nies
|
A. |
Mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet tal-Komunità, nazzjonali jew internazzjonali fuq il-protezzjoni għall-fawna selvaġġa, għall-iskopijiet ta' dan il-Kapitolu, bebbux tfisser gastropodi ta' l-art ta' l-ispeċi Helix pomatia Linné, Helix aspersa Muller, Helix lucorum u speċi tal-familja Achatinidae. |
|
B. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li bebbux bla qoxra, imsajjar u ppreparat jew ippreservat ikun mibjugħ għall-konsum uman biss jekk jitħarsu l-kondizzjonijiet li ġejjin: (1) Għandu jiġi minn impriżi: — li jħarsu l-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 4 (2) ta' din id-Direttiva, — li huma approvati mill-awtoritajiet kompetenti b'mod konformi mal-ħtiġijiet tal-Kapitoli III u IV ta' l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE, — li jsirilhom sorveljar mill-awtoritajiet kompetenti tal-kondizzjonijiet tal-produzzjoni u kontrolli tas-saħħa skond il-Kapitolu V (I) (3) u (5) u (II), (3) u (4) tad-Direttiva 91/493/KEE, — li jagħmlu kontrolli fuqhom infushom skond id-disposizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/356/KE (2) Għandu jsirilhom kontrolli organoleptiku magħmul bit-teħid ta' kampjuni. Jekk l-istħarriġ organoleptiku jirrivela li l-bebbux mhux tajjeb għall-konsum uman, għandhom jittieħdu passi biex jiġi rtirat mis-suq u denaturat b'tali mod li ma jkunx jista' jintuża għall-konsum uman. (3) Għall-preparazzjoni ta' laħam tal-bebbux bla qoxra, (a) jiddependi mill-iskala tal-ħidma, l-impriżi għandu jkollhom kmamar speċjali jew żoni għal: — il-ħżin għall-materjal ta' pakkjar u sarr, — l-ilqugħ u l-ħżin ta' bebbux ħaj, — il-ħasil, smit jew tgħollija, fejn jnqala' mill-qoxra u jitranġa, — il-ħżin u, fejn meħtieġ, tindif u trattament tal-qxur, — it-trattament tas-sħana tal-laħam tal-bebbux, fejn meħtieġ, — is-sarr jew l-ippakkjar tal-laħam tal-bebbux, — il-ħżin tal-prodott imlesti f'maħżen tal-friża; (b) il-bebbux għandu jiġi kontrollat qabel ma jitgħalla. Bebbux mejjet m'għandux jiġi preparat għall-konsum uman; (ċ) wara li jitneħħa mill-qoxra, il-hepatopancreas imneħħija waqt it-tirqim m'għandhiex tintuża għall-konsum tan-nies. (4) Bebbux fil-landi L-impriżi għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet imwaqqfa fil-Kapitolu IV (IV) (4) ta' l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE. (5) Bebbux imsajjar u ppreparat (a) Jiddependi mill-iskala tal-ħidma, l-impriżi għandu jkollhom apparti kmamar speċjali jew żoni għall-: — ħżin ta' laħam tal-bebbux mingħajr qoxra f'imħażen tal-friża, — ħżin ta' qxur nadif, — ħżin għall-prodotti tal-panura, — il-preparazzjoni tal-mili, — it-tisjir u t-tberrid, — il-mili tal-qxur b'laħam tal-bebbux u mili, u ppakkjar f'kamra b'temperatura kkontrollata, — fejn applikabbli, friżar, — il-ħżin tal-prodotti mlestija f'imħażen tal-friża; Il-prodotti għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet relevanti stabbiliti fil-Kapitolu IX ta' l-Anness B tad-Direttiva 77/99/KEE. (b) Il-laħam tal-bebbux użat biex jimtela l-qxur qabel ma jissajjar irid jissodisfa l-kondizzjonijiet imwaqqfa fir-rigward ta' laħam tal-bebbux maħruġ mill-qoxra. (6) Kontrolli mikrobijoloġiċi B'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 ta' din id-Direttiva, kriterji mikrobijoloġiċi, inklużi pjani għat-teħid ta' kampjuni u metodi ta' analiżi, jistgħu jiġu mwaqqfa fejn ikun kemm il-ħtieġa li tkun protetta s-saħħa pubblika. (7) Il-bebbux għandu jkun imqiegħed, jiġi ppakkjat, maħżun u trasportat taħt il-kondizzjonijiet xierqa ta' iġjene mwaqqfa fil-Kapitoli VI u VIII ta' l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE. (8) L-imballaġġ u t-tgeżwir tal-bebbux għandu jġib marka ta' identifikazzjoni bl-informazzjoni li ġejja: l-isem tal-pajjiż mittenti f'ittri kbar, jew l-ittra jew l-ittri ta' l-inizjali tal-pajjiż mittenti b'ittri kbar stampati, jiġifieri: B, CZ, DK, D, EE, EL, E, F, IRL, I, CY, LV, LT, L, HU, MT, NL, AT, PL, P, SI, SK, FI, SE, UK segwiti bin-numru ta' approvazzjoni ta' l-istabbiliment, u wieħed mill-gruppi ta' inizjali li ġejjin: CE, EC, EF, EG, EK, EY, ES, EÜ, EB, KE, WE. |
|
Ċ. |
Għall-importazzjonijiet: (1) l-ippakkjar u s-sarr ta' bebbux maqlugħ mill-qoxra, imsajjar u ppreparat jew ippreservat għandu jkollu l-isem jew il-kodiċi ISO tal-pajjiż ta' oriġini u n-numru ta' l-approvazzjoni ta' l-impriża tal-produzzjoni fi stampar indelibbli; (2) dan li ġej huwa eżempju ta' kampjun ta' ċertifikat tas-saħħa stabbilit fl-Artikolu 10 (2) (c) ta' din id-Direttiva, li għandu jkun hemm ma' kull kunsinna ta' bebbux bla qoxra, imsajjar u ppreparat jew bebbux ippreservat ġej minn pajjiżi terzi.
|
II. Isem (ismijiet) u numru (numri) uffiċjali ta' approvazzjoni ta' impriża(i) approvata(i) mill-awtorità kompetenti għall-esportazzjoni lill-Komunità Ewropea:
|
A. |
Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-Komunità, nazzjonali jew internazzjonali fuq il-protezzjoni tal-fawna selvaġġa, għall-iskopijiet ta' dan il-Kapitolu, 'Saqajn taż-żrinġijiet' tfisser il-parti ta' wara tal-ġisem diviża minn qatgħa trasversali wara s-saqajn ta' quddiem, svixxerata u mqaxxra, ta' l-ispeċi Rana app. (familja Ranidae), ippreżentati friski, iffriżati jew ipproċessati. |
|
B. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-saqajn taż-żrinġijiet jinbiegħu għall-konsum tan-nies biss jekk jitħarsu l-kondizzjonijiet li ġejjin: (1) Iż-żrinġijiet iridu jkunu ġew maqtula, tneħħielhom id-demm, ippreparati u, fejn xieraq, imkessħa, iffriżati, ipproċessati, ippakkjati u maħżuna ġo impjanti li: — jħarsu l-ħtiġiet ta' l-Artikolu 4, punt 2 ta' din id-Direttiva, — huma approvati mill-awtorità kompetenti skond il-ħtiġijiet tal-Kapitoli III u IV ta' l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE, — isirilhom monitoraġġ mill-awtorità kompetenti tal-kondizzjonijiet tal-produzzjoni u kontroll ta' saħħa skond il-Kapitolu V (I) (3) u (5) u (II) (3) u (4) ta' l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE, — jagħmlu kontrolli fuqhom infushom skond id-disposizzjonijiet tad-Deċiżjoni 94/356/KE. (2) Is-saqajn taż-żrinġijiet iridu jkunu suġġetti għal kontrolli organoleptiku magħmula bit-teħid ta' kampjuni. Jekk l-eżami organoleptiku jirrivela li s-saqajn taż-żrinġijiet mhumiex tajbin għall-konsum tan-nies, iridu jittieħdu miżuri biex jiġu rtirati mis-suq u jiġu denaturati b'mod li ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw għall-konsum uman. (3) Barra minn hekk, għandha titħalla kamra speċjali għall-ħżin u l-ħasil ta' żrinġijiet ħajjin, u għall-qatla u t-tneħħija tad-demm tagħhom. Il-qatla taż-żrinġijiet għandha ssir biss bi qtil ġo impjant approvat. Żrinġijiet li jinstab li jkunu mejta qabel il-qatla m'għandhomx jiġu ppreparati għall-konsum uman. Il-kamra speċjali trid tissodisfa l-ħtiġijiet tal-Kapitolu III, paragrafu I, punt 2 ta' l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE u għandha tkun fiżikament separata mill-kamra tal-preparazzjoni. (4) Immedjatament wara l-preparazzjoni, is-saqajn taż-żrinġijiet iridu jiġu maħsula sewwa ħafna taħt vit ta' l-ilma tax-xorb miftuħ u immedjatament imkessħa f'temperatura ta' silġ jinħall, iffriżati f'temperatura ta' almenu 18 °C jew ipproċessati. (5) Meta s-saqajn taż-żrinġijiet ikunu pproċessati, dan għandu jsir skond ir-regoli stabbiliti fil-Kapitolu IV ta' l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE. (6) Kontrolli mikrobijoloġiċi B'mod konformi mal-poċedura mwaqqfa fl-Artikolu ta' din id-Direttiva, kriterji mikrobijoloġiċi, inklużi impjanti tat-teħid ta' kampjuni u metodi ta' analisi, jistgħu jiġu mwaqqfa meta jkun hemm il-ħtieġa biex tkun protetta s-saħħa pubblika. (7) Is-saqajn taż-żrinġijiet għandhom ikunu mqiegħda, ippakkjati, maħżuna u trasportati taħt kondizzjonijiet ta' iġjene xierqa stabbiliti fil-Kapitolu VI u VIII tad-Direttiva 91/493/KEE. (8) L-imballaġġ u l-kontenituri tas-saqajn taż-żrinġijiet għandhom iġibu marka ta' identifikazzjoni bl-informazzjoni li ġejja: L-isem tal-pajjiż mittenti f'ittri kbar, jew l-ittra jew l-ittri ta' l-inizjali tal-pajjiż mittenti f'ittri kbar stampati, jiġifieri: B, CZ, DK, D, EE, EL, E, F, IRL, I, CY, LV, LT, L, HU, MT, NL, AT, PL, P, SI, SK, FI, SE, UK segwiti bin-numru ta' approvazzjoni ta' l-istabbiliment, u wieħed mill-gruppi ta' inizjali li ġejjin: CE, EC, EF, EG, EK, EY, ES, EÜ, EB, KE, WE. |
|
Ċ. |
Għall-importazzjonijiet: (1) L-ippakkjar u s-sarr tas-saqajn taż-żrinġijiet għandu jġib l-isem jew il-kodiċi ISO tal-pajjiż ta' oriġini u n-numru ta' approvazzjoni ta' l-impriża tal-produzzjoni stampat b'mod indelibbli. (2) Dan li ġej huwa eżempju ta' kampjun ta' ċertifikat tas-saħħa stabbilit fl-Artikolu 10 (2) (ċ) ta' din id-Direttiva, li għandu jkun hemm ma' kull kunsinna ta' saqajn taż-żrinġijiet ġejjin minn pajjiżi terzi:
|
IL-KAPITOLU 4
Taqsima A
Kondizzjoniijiet speċifiċi tas-saħħa ġħall-ġelatina intiża għall-konsum mill-bniedem
Dan il-kapitolu jipprovdi l-kondizzjonijiet tas-saħħa li japplikaw għall-ħruġ fis-suq u għall-importazzjoni tal-ġelatina intiża għall-konsum mill-bniedem, izda bl-esklużjoni tal-ġelatina intiża għall-użu farmaċewtiku, kożmetiku jew għal xi użu tekniku ieħor u għall-apparati mediċi.
Għall-iskop ta' dan il-Kapitolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet segwenti:
— ġelatina: proteina naturali, solubbli, li tagħqad u li ma tagħqadx, miksuba permezz ta' l-idroliżi parzjali tal-kollaġini magħmul mill-għadam, ġlud ħoxnin u ġlud oħra, l-għerq u l-muskoli ta' l-annimali (inklużi l-ħut u t-tjur),
— ġlud ħoxnin u ġlud oħra: kull nisġa taċ-ċelluli tal-ġilda jew ta' taħt il-ġilda,
— l-ikkunzar: it-twebbis tal-ġlud ħoxnin, permezz ta' l-użu ta' l-aġenti veġetali ta' l-ikkunzar, melħ tal-kromju jew sustanzi oħra bħalma hu l-melħ ta' l-aluminju, il-melħ tal-ħadid, il-melħ ta' l-aċidu siliċiku, aldehydes u quinones, jew l-aġenti sintetiċi li jwebbsu,
— pajjiż jew reġjun tal-kategorija 1: pajjiż jew reġjun klassifikat bħala ħieles mill-BSE bi qbil mal-leġislazzjoni Komunitarja,
— pajjiż jew reġjun tal-kategorija 2: pajjiż jew reġjun klassifikat bħala proviżorjament ħieles mill-BSE bi qbil mal-leġislazzjoni Komunitarja,
— pajjiż jew reġjun tal-kategorija 3: pajjiż jew reġjun klassifikat bħala ta' riskju baxx tal-BSE bi qbil mal-leġislazzjoni Komunitarja,
— pajjiż jew reġjun tal-kategorija 4: pajjiż jew reġjun klassifikat bħala ta' riskju għoli tal-BSE bi qbil mal-leġislazzjoni Komunitarja,
Il-ġelatina intiza għall-konsum mill-bniedem għandha tkun konformi mal-kondizzjonijiet segwenti:
I. Kondizzjonijiet għall-istabbilimenti li jipproduċu l-ġelatina
Il-ġelatina intiża għall-konsum mill-bniedem għandha tkun miksuba minn stabbilimenti li:
1. ikunu konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli I, II, V, VI, VII, VIII, IX u X ta' l-Anness mad-Direttiva 93/43/KEE;
2. huma awtorizzati u rreġistrai bi qbil ma' l-Artikolu 11 tad-Direttiva 77/99/KEE;
3. huma soġġetti għas-sorveljanza tal-kondizzjonijiet tal-produzzjoni mill-awtoritajiet kompetenti bi qbil mal-Kapitolu IV ta' l-Anness B tad-Direttiva 77/99/KEE kif xieraq;
4. iwettqu programm ta' sorveljanza magħmul minnhom stess bi qbil ma' l-Artikolu 7 (1) u (3) tad-Direttiva 77/99/KEE;
5. iżommu reġistru għal sentejn tas-sorsi tal-materjali mhux maħduma kollha li jidħlu u tal-prodotti li joħorġu;
6. jintroduċu u jimplimentaw sistema li tagħmel mezz biex tagħmel konnessjoni bejn kull lott tal-produzzjoni mibgħuta, il-konsenji tal-materjali mhux maħduma li jidħlu, il-kondizzjonijiet tal-produzzjoni u l-ħin tal-produzzjoni.
II. Ħtiġiet għall-materjali mhux maħduma biex jintużaw għall-produzzjoni tal-ġelatina
1. Għall-produzzjoni tal-ġelatina intiża għall-konsum mill-bniedem, jistgħu jintużaw is-segwenti materjali mhux maħduma:
— għadam
— ġlud ħoxnin u ġlud oħra ta' l-annimali li jixtarru (ruminanti) imrobbija fl-irziezet,
— ġlud tal-majjal,
— ġlud tat-tjur,
— għerq u muskoli,
— ġlud ħoxnin u ġlud oħra tal-kaċċa ferjali,
— ġlud u għadam tal-ħut.
2. L-użu ta' l-għadam miksub mill-annimali li jixtarru (ruminanti) mwielda, imrobbija u maqtula f'pajjiżi jew f'reġjuni tal-kategorija 4 huwa pprojbit.
3. L-użu tal-ġlud ħoxnin u ġlud oħra li ġew soġġetti għall-proċessi ta' l-ikkunzar huwa pprojbit.
4. Il-materjali mhux maħduma li huma elenkati fl-ewwel ħames inċiżi tal-paragrafu 1 għandhom jinkisbu minn annimali li nqatlu f'biċċerija u li l-karkassi tagħhom ġew ikkunsidrati tajbin għall-konsum mill-bniedem wara spezzjonijiet magħmula qabel u wara l-qatla.
5. Il-materjal mhux maħdum elenkat fis-sitt inċiż tal-paragrafu 1 għandu jinkiseb minn annimali maqtula li l-karkassi tagħhom ġew ikkunsidrati tajbin għall-konsum mill-bniedem wara l-ispezzjonijiet stabbilita fl-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/45/KEE ( 26 ).
6. Il-materjal mhux maħdum elenkat fl-ewwel sitt inċiżi tal-paragrafu 1 għandu jinkiseb minn biċċeriji, impjanti tat-tqattiegħ, stabbilimenti fejn jiġi pproċessat il-laħam, impjanti fejn tiġi pproċessata l-kaċċa ferjali, impjanti fejn jiġi maqlugħ ix-xaħam mill-għadam, konzeriji, ċentri tal-ġbir, ħwienet li jbiegħu bl-imnut, jew xi fond li jmiss punti tal-bejgħ, fejn il-qtugħ u l-magazzinaġġ tal-laħam u l-laħam tat-tjur isir bl-uniku skop li jissupplixxi lill-konsumatur finali direttament.
7. Il-materjali mhux maħduma elenkati fl-aħħar inċiż tal-paragrafu 1 għandhom jinkisbu minn impjanti li jiffabbrikaw il-prodotti tal-ħut għall-konsum mill-bniedem approvati jew irreġistrati bi qbil mad-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE ( 27 ).
8. Iċ-ċentri tal-ġbir u l-konzeriji li għandhom l-għan li jissuplixxu l-materjal mhux maħdum għall-produzzjoni tal-ġelatina intiża għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati speċifikament għal dan l-iskop u rreġistrati mill-awtoritajiet kompetenti u għandhom jilħqu l-ħtiġiet segwenti:
(i) (a) għandhom ikollhom imħażen bl-art iebsa u l-ħjut lixxi li jiġu faċilment imnaddfa u ddiżinfettati;
(ii) (b) meta hu xieraq, għandhom ikunu mgħammra b'faċilitajiet refriġeranti;
(iii) (ċ) l-imħażen għandhom jiġu miżmuma fi stat ta' ndafa u riparazzjoni sodisfaċenti, sabiex ma jkunux fonti ta' kontaminazzjoni għall-materjali mhux maħduma;
(iv) (d) jekk il-materjal mhux maħdum li ma jkun konformi ma' din il-parti jiġi maħżun u/jew ipproċessat f'dawn il-postijiet, għandu jiġi ssegregat mill-materjal mhux maħdum li jkun konformi ma' din il-parti tul il-perjodu meta jiġu kkonsenjati, maħżuna, ipproċessati u mibgħuta;
(v) (e) għandhom iseħħu spezzjonati mill-awtorità kompetenti f'intervalli regolari biex jiġi assigurat li dan il-kapitolu jkun segwit u biex jiġu eżaminati d-dokumenti tal-kontijiet u/jew iċ-ċertifikati tas-saħħa li jgħinu fl-intraċċjar ta' l-oriġini tal-materjal mhux maħdum.
9. L-importazzjoni fil-Komuntà tal-materjal mhux maħdum li jkun sejjer jintuża għall-produzzjoni tal-ġelatina intiża għall-konsum mill-bniedem hu soġġett għad-disposizzjonijiet segwenti:
— L-Istati Membri għandom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' dan il-materjal mhux maħdum minn pajjiżi terzi li jidhru fil-lista stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE ( 28 ) jew fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/85/KE ( 29 ) jew fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/296/KE ( 30 ) jew fid-Deċiżjoni 94/86/KE ( 31 ) biss, skond kif inhu meħtieġ,
— kull konsenja tkun akkumpanjata minn ċertifikat li jkun konformi mal-mudell stabbilit bi qbil mal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 18 ta' din id-Direttiva.
III. It-trasport u l-magazzinaġġ tal-materjali mhux maħduma
1. It-trasportazzjoni tal-materjali mhux maħduma li jkunu sejrin jintużaw għall-produzzjoni tal-ġelatina għandha sseħħ f'kundizzjonijiet ta' ndafa permezz ta' mezzi tat-trasport xierqa.
Waqt it-trasportazzjoni, fil-ħin tal-konsenja fiċ-ċentru tal-ġbir u fil-konzerija u fl-istabbiliment fejn tiġi pproċessata l-ġelatina, il-materjali mhux maħduma għandhom ikollhom magħhom dokument kummerċjali li jkun konformi mal-mudell stabbilit fil-Parti VIII ta' dan il-Kapitolu.
2. Il-materjali mhux maħduma għandhom jiġu ttrasportati u maħżuna fil-kesħa jew iffriżati, sakemm ma jiġux ipproċessati fi żmien 24 siegħa mit-tluq tagħhom.
Bħala deroga mis-subparagrafu preċedenti, l-għadam mingħajr xaħam jew imnixxef jew l-għadam mingħajr għelk, ġlud ħoxnin u ġlud oħra li huma mmelħin, imnixxfin u mgħaddsa fl-ilma tal-ġir u ġlud ħoxnin u ġlud oħra li huma ttrattati bl-alkali jew aċidu jistgħu jiġu ttrasportati u maħżunin f'temperatura normali.
3. L-imħażen għandhom jiġu miżmuma fi stat ta' ndafa u riparazzjoni sodisfaċenti, sabiex ma jkunux fonti ta' kontaminazzjoni għall-materjali mhux maħduma;
IV. Kondizzjonijiet li għandhom jrid ikun hemm konformità magħhom għall-manifattura tal-ġelatina
1. Il-ġelatina għandha tiġi magħmula permezz ta' proċess li jassigura li:
— kull materjal ta' l-għadam ta' l-annimali li jixtarru (ruminanti) li hu akkwistat minn annimali mwielda, imrobbija u maqtula f'pajjiżi jew reġjuni li jaqgħu fil-kategorija 3 ikun soġġett għal proċess li jassigura li kull materjal ta' l-għadam hu mfarrak b'mod irqiq ferm u jiġi mneħħi minnu x-xaħam permezz tal-misħun u jiġi ttrattat bl-aċidu idroklriku dilwit (b'konċentrazzjoni minima ta' 4 % u pH < 1,5) tul perjodu ta' mill-inqas 20 ġurnata b'pass ta' sterilizzazzjoni ta' 138-140 °C għal erba' sekondi jew bi proċess ekwivalenti approvat mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku xieraq,
— il-materjal mhux maħdum ta' xorta oħra għandu jkun soġġett għal trattament bl-aċidu jew bl-alkali, segwit bi tlaħlieħ jew aktar minn tlaħliħa waħda. Il-pH għandu sussegwentement ikun aġġustat. Il-ġelatina għandha tiġi estratta billi tiġi applikata s-sħana darba jew aktar drabi wara xulxin, u in segwitu bil-purifikazzjoni permezz tal-filtrazzjoni u l-isterilizzazzjoni.
2. Wara li tkun ġiet soġġetta għall-proċessi elenkati fil-paragrafu 1, il-ġelatina tista' tiġi soġġettata għal proċess ta' tnixxif u, fejn hu xieraq, għal proċess ta' pulverizzazzjoni jew laminazzjoni.
3. L-użu tal-preservattivi, għajr id-diossidu tal-kubrit u l-hydrogen peroxide, hu pprojbit.
4. Sakemm il-ħtiġiet għall-ġelatina mhux intiża għall-konsum mill-bniedem huma eżatt l-istess bħal dawk għall-ġelatina intiża għall-konsum mill-bniedem, il-produzzjoni u l-magazzinaġġ jistgħu jseħħu fl-istess stabbiliment.
V. Ħtiġiet għall-prodotti lesti
Kull lott ta' produzzjoni tal-ġelatina għandu jiġi soġġett għal testijiet biex ikun assigurat li jilħaq il-kriterji segwenti:
1. Kriterji mikrobijoloġiċi
|
Parametri mikrobijoloġiċi |
Limitu |
|
Batterja erobika totali |
103/g |
|
Koliformi (30 °Ċ) |
0/g |
|
Koliformi (44,5 °Ċ) |
0/10 g |
|
Batterja li m'hijiex erobika li tnaqqas il-kubrit (mingħajr il-produzzjoni tal-gass) |
10/g |
|
Clostridium perfringens |
0/g |
|
Staphylicoccus aureus |
0/g |
|
Salmonella |
0/25 g |
2. Residwi
|
Elementi |
Limitu |
|
As |
1 ppm |
|
Pb |
5 ppm |
|
Cd |
0,5 ppm |
|
Hg |
0,15 ppm |
|
Cr |
10 ppm |
|
Cu |
30 ppm |
|
Zn |
50 ppm |
|
Umdità (105 0Ċ) |
15% |
|
Irmied (550 0Ċ) |
2% |
|
SO2 (Reith Williems) |
50 ppm |
|
H2O2 (European Pharmacopia1986 (V2O2)) |
10 ppm |
VI. L-ippakkjar, il-magazzinaġġ u t-trasport
1. Il-ġelatina intiża għall-konsum mill-bniedem għandha tiġi mgeżwra, ippakkjata, maħżuna u ttrasportata f'kondizzjonijiet iġjeniċi sodisfaċenti, b'mod partikolari:
— kamra għandha tiġi pprovduta għall-materjali tal-magazzinaġġ, it-tgeżwir u l-ippakkjar,
— it-tgeżwir u l-ippakkjar għandhom isiru f'kamra jew f'post maħsub għal dan l-għan.
2. Il-materjali li fihom tiġi mgeżwra u ppakkjata l-ġelatina għandhom:
— iġib marka ta' identifikazzjoni bl-informazzjoni li ġejja:
— l-isem jew l-ittra jew l-ittri ta' l-inizjali tal-pajjiż mittenti f'ittri kbar stampati, jiġifieri: B-CZ-DK-D-EE-EL-E-F-IRL-I-CY-LV-LT-L-HU-MT-NL-AT-PL-P-SI-SK-FI-SE-UK, segwiti bin-numru ta' reġistrazzjoni ta' l-istabbiliment, u wieħed mill-gruppi ta' inizjali li ġejjin: CE-EC-EF-EG-EK-EY-ES-EÜ-EB-KE-WE
— u
— ikollhom il-kliem Ġelatina intiża għall-konsum mill-bniedem.
3. Il-ġelatina għandha, waqt it-trasportazzjoni tagħha, tiġi akkumpanjata b'dokument kummerċjali bi qbil ma' l-Artikolu 3(A)(9)(a) tad-Direttiva 77/99/KEE, li għandu jkollu l-kliem ”Ġelatina intiża għall-konsum mill-bniedem” u d-data tal-preparazzjoni.
VII. Importazzjoni tal-ġelatina minn pajjiżi terzi
A. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-ġelatina intiza għall-konsum mill-bniedem tiġi importata biss jekk:
— toriġina minn pajjiżi terzi li jidhru fil-lista tal-Parti XIII ta' l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/278/KE ( 32 ),
— toriġina minn stabbilimenti li jsegwu l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Parti I ta' dan il-kapitolu,
— ġiet prodotta minn materjal mhux maħdum li kien konformi mal-ħtiġiet tal-Partijiet II u III ta' dan il-kapitolu,
— ġiet iffabrikata b'konformità mal-kondizzjonijiet elenkati fil-Parti IV ta' dan il-kapitolu,
— tissodisfa l-kriterji tal-Parti V u l-ħtiġiet tal-Parti VI.1 ta' dan il-kapitolu,
— ikollha fuq il-materajli li jintużaw għat-tgeżwir u għall-ippakkjar marka ta' l-identifikazzjoni li tagħti d-dettalji segwenti;
— ir-referenza tal-pajjiż ta' l-oriġini skond il-kodiċi ta' l-ISO, imbagħad in-numru tar-reġistrazzjoni ta' l-istabbiliment
— u
— tkun akkumpanjata b'ċertifikat li jkun konformi mal-mudell stabbilit bi qbil mal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 18 ta' din id-Direttiva.
B. Bi qbil mal-proċedura ta' l-Artikolu 18 ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni tista' tirrikonoxxi l-miżuri tas-saħħa li jiġu applikati minn pajjiżi terzi għall-produzzjoni tal-ġelatina intiża għall-konsum mill-bniedem, bħala li jagħtu garanziji ekwivalenti għal dawk li jiġu applikati biex jitqiegħdu fis-suq fil-Komunità, jekk il-pajjiż terz jagħti provi oġġettivi rigward dan.
Meta l-Kummissjoni tirrikonoxxi dan it-tip ta' ekwivalenza tal-miżuri tas-saħħa ta' pajjiż terz, għandha tadotta bi qbil ma' l-istess proċedura, il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni tal-ġelatina intiża għall-konsum mill-bniedem inkluż iċ-ċertifikat tas-saħħa li għandu jakkumpanja l-prodott.
VIII. Mudell tad-dokument kummerċjali għall-materjal mhux maħdum iddestinat għall-produzzjoni tal-ġelatina intiża għall-konsum mill-bniedem
Taqsima B
Kondizzjonijiet speċifiċi għall-collagen maħsub għall-konsum uman
I. Ġenerali
|
1. |
Din it-Taqsima tippreskrivi kondizzjonijiet dwar il-marketing u l-importazzjoni ta’ collagen maħsub għall-konsum uman. |
|
2. |
Għall-għanijiet ta’ din it-Taqsima, id-definizzjonijiet ta’ ġlud u ta’ “l-ikkonzar” fit-Taqsima A għandhom jgħoddu. Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom ukoll japplikaw: (a) “collagen” tfisser prodotti bbażati fuq proteini li ġejjin mill-ġlud u l-għeruq ta’ l-annimali, inklużi l-għadam fil-każ ta’ majjali, tjur u ħut biss, immanifatturat bl-użu tal-metodu li jinsab fil-Parti V hawn taħt. (b) “collagen maħsub għall-konsum uman” tfisser collagen maħsub għall-konsum jew bħala ikel jew inkorporat fi, jew imgeżwer madwar ikel jew prodott biex jiġi kkonsmat min-nies. |
|
3. |
Collagen maħsub għall-konsum uman għandu jkun konformi mal-kondizzjonijiet li jinsabu fil-Partijiet II sa X hawn taħt. |
II. Stabbilimenti li jipproduċu l-collagen
Collagen maħsub għall-konsum uman għandu jiġi minn stabbilimenti li jaderixxu mal-kondizzjonijiet li jinsabu fil-Part I tat-Taqsima A.
III. Materja prima u stabbilimenti li jfornuha
|
1. |
Il-materja prima li ġejja tista’ tintuża għall-produzzjoni tal-collagen maħsub għall-konsum uman: (a) il-ġlud ta’ annimali ruminanti domestiċi; (b) il-ġlud, l-għadam u l-imsaren tal-majjali: (ċ) il-ġlud u l-għadam tat-tjur; (d) l-għeruq; (e) il-ġlud tal-kaċċa ferali; u (f) il-ġlud u l-għadam tal-ħut. |
|
2. |
L-użu ta’ ġlud li jgħaddu mill-proċess ta’ l-ikkonzar hu pprojbit. |
|
3. |
Il-materja prima għandha tissodisfa r-rikwiżiti li ġejjin: — għall-materja prima msemmija fil-paragrafu 1(a) sa (d) ta’ hawn fuq, ir-rekwiżiti preskritti fil-Paragrafu 4 tat-II Parti tat-Taqsima A għandhom japplikaw; — għall-materja prima rreferita fil-paragrafu 1(e) ta’ hawn fuq, ir-rekwiżiti preskritti fil-Paragrafu 5 it-II Part tat-Taqsima A għandhom japplikaw; — għall-materja prima msemmija fil-paragrafu 1(a) sa (e) ta’ hawn fuq, ir-rekwiżiti preskritti fil-Paragrafu 6 tat-II Part tat-Taqsima A għandhom japplikaw, iżda l-ebda materja prima ma għandha tintuża li tkun ġiet minn impjanti li jneħħu x-xaħam mill-għadam ta’ ruminanti; u — għall-materja prima rriferita fil-paragrafu 1(f) ta’ hawn fuq, ir-rekwiżiti preskritti fil-Paragrafu 7 it-II Part tat-Taqsima A għandhom japplikaw. |
|
4. |
Iċ-ċentri tal-ġbir u ta’ l-ikkonzar li jissuplixxu l-materja prima għall-produzzjoni tal-collagen maħsub għall-konsum uman għandhom jiġu speċifikament awtorizzati għal dan il-għan u rreġistrati mill-awtoritajiet kompetenti u jissodisfaw ir-rekwiżiti preskritti fil-Paragrafu 8 tat-II Part tat-Taqsima A. |
IV. Trasport u ħżin tal-materja prima
|
1. |
It-trasport u l-ħżin tal-materja prima maħsuba għall-produzzjoni tal-collagen għandhom isiru skond it-III Parti tat-Taqsima A. |
|
2. |
Waqt it-trasport u fil-ħin tal-konsenja fiċ-ċentri tal-ġbir, fil-postijiet ta’ l-ikkunzar u fl-impjanti ta’ l-ipproċessar tal-collagen il-materja prima għandha tkun akkumpanjata minn dokument kummerċjail in konformità mal-mudell preskritt fil-Parti IX ta’ din it-Taqsima. |
V. Il-manifattura tal-collagen
|
1. |
Il-collagen għandu jiġi prodott minn proċess li jiżgura li l-materja prima tkun suġġetta għal trattment li jinvolvi l-ħsil, l-aġġustament tal-pH bl-użu ta’ aċidu jew ta’ alkali segwit minn tlaħliħa waħda jew aktar, filtrazzjoni u estrusjoni; jew minn proċess ekwivalenti approvat mill-Kummissjoni wara li jkun ikkonsultat il-Kumitat Xjentifiku propizju. |
|
2. |
Wara li jkun għadda mill-proċess irriferit fil-paragrafu 1 hawn fuq,il-collagen jista’ jgħaddi minn proċess ta’ tnixxif. |
|
3. |
Collagen mhux maħsub għall-konsum uman jista’ jiġi prodott u jinħażen fl-istess stabbiliment bħal collagen maħsub għall-konsum uman kemm-il darba huwa prodott u maħżun billi jintużaw l-istess kondizzjonijiet preskritti f’din it-Taqsima. |
|
4. |
L-użu ta’ preservattivi għajr għal dawk permessi taħt il-leġislazzjoni tal-Komunità hu pprojbit. |
VI. Prodotti lesti
Miżuri xierqa, inkluż testijiet għandhom isiru sabiex jiġi żgurat li kull lott prodott ta’ collagen jilħaq il-kriterji mikrobioloġċi u dwar resiwdi preskritti fil-Parti V tat-Taqsima A, iżda fejn ikun neċessarju biex isiru prodotti bħalma huma casings ibbażati fuq collagen, l-ebda limitu għall-umdità u għall-irmied ma għandu jgħodd.
VII. Imballeġġjar, ħżin, u trasport
|
1. |
Il-collagen maħsub għall-konsum uman għandu jkun imgeżwer, imballeġġjat, maħżun u ttrasportat taħt kondizzjonijiet iġjeniċi sodisfaċenti, u b’mod partikolari, jissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fil-Paragrafu 1 tas-VI Parti tat-Taqsima A. |
|
2. |
It-tgeżwir u l-imballeġġ li fihom ikun jinsab il-collagen għandhom ikollhom marka ta’ identifizzjoni li turi l-partikolaritajiet elenkati fl-ewwel inċiż tal-Paragrafu 2 tas-VI Parti tat-Taqsima A, “Collagen tajjeb għall-konsum uman ” u d-data tal-preparazzjoni u n-numru tal-lott. |
|
3. |
Waqt it-trasport il-collagen għandu jkun akkumpanjat minn dokument kummerċjali skond l-Artikolu 3(A)(9)(a) tad-Direttiva 77/99/KEE, li jkollu l-kliem “Collagen tajjeb għall-konsum uman ” u d-data tal-preparazzjoni u n-numru tal-lott. |
VIII. L-importazzjoni ta’ collagen u materja prima minn pajjiżi terzi maħsuba għall-produzzjoni tal- collagen għall-konsum uman
|
1. |
L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni fil-Komunità ta’ collagen maħsub għall-konsum uman biss jekk huwa: (a) jiġi minn pajjiżi terzi elenkati fil-XIII-il Parti ta’ l-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/278/KE ( 33 ); (b) jiġi minn stabbilimenti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-II Parti ta’ din it-Taqsima; (ċ) kien prodott minn materja prima li tilħaq ir-rekwiżiti tal-Partijiet III u IV of ta’ din it-Taqsima; (d) kien ġie mmanifatturatt skond il-kondizzjonijiet preskritti fil-Parti V ta’ din it-Taqsima; (e) jissodisfa l-kriterji fil-Parti VI u t-tgeżwir, l-imballeġġjar, il-ħżin u t-kondizzjonijiet tat-trasport fil-Parti VII(1) ta’ din it-Taqsima; (f) ikollu fuq it-tgeżwir marka li tidentifika li tagħti l-partikolaritajiet speċifikati fis-sitt inċiż tal-Parti VII(A) tat-Taqsima A; u (g) ikun akkumpanjat minn ċertifikat tas-sanità li jikkonforma mal-mudell preskritt fil-Parti X(a) ta’ din it-Taqsima. |
|
2. |
L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni fil-Komunità tal-materja prima elenkata fil-Part III(1) ta’ din it-Taqsima għall-produzzjoni tal-collagen maħsub għall-konsum uman biss jekk: (a) jiġi minn pajjiżi terzi elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE ( 34 ) jew fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/85/KE ( 35 ) jew fid-Deċiżjoni 94/86/KE ( 36 ) jew fid-Deċiżjoni 97/296/KE ( 37 ), kif xieraq; u (b) ċertifikat tas-sanità li jikkonforma mal-mudell preskritt fil-Parti X(b) ta’ din it-Taqsima għandu jakkompanja kull konsinna ta’ materja prima. |
|
3. |
Iċ-ċertifikati tas-sanità rriferiti fil-paragrafi 1 (g) u 2 (b) ta’ l-Istati Membri li minnu l-konsenja tidħol l-ewwel fil-Komunità, u f’mill-anqas lingwa uffiċjali waħda ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni. |
|
4. |
Il-Kmmissjoni tista’ tirrikonoxxi, skond il-proċedura ta’ l-Artikolu 18, il-miżuri sanitarji applikati minn pajjiż terz għall-produzzjoni ta’ collagen maħsub għall-konsum uman bħala li joffru garanziji ekwivalenti għal dawk offerti biex il-collagen jitqiegħed għall-bejgħ fil-Komunità, jekk il-pajjiż terz jagħti provi oġġettivi f’dan ir-rigward. Meta l-Kummissjoni tirrikonoxxi tali ekwivalenzi, għandha taddotta skond l-istess proċedura, il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni tal-collagen għall-konsum uman. |
ANNESS III
I
VERŻJONI KONSOLIDATA TA’ L-ANNESSI A U B MAD-DIRETTIVA 89/662/KEE
“ANNESS A
LEĠISLAZZJONI VETERINARJA
IL-KAPITOLU I
— Id-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-laħam frisk (ĠU Nru 121, tad-29. 7. 1964, p. 2012/64).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 71/118/KEE tal-15 ta’ Frar 1971 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ fil-laħam frisk tat-tjur (ĠU Nru L 55, tat-8. 3. 1971, p. 23).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 72/461/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-laħam frisk (ĠU Nru L 302, tal-31. 12. 1972, p. 24).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-prodotti mill-laħam (ĠU Nru L 26, tal-31. 1. 1977, p. 85).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 80/215/KEE tat-22 ta’ Jannar 1980 dwar problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-prodotti mil-laħam (ĠU Nru L 47, tal-21. 2. 1980, p. 4).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 88/657/KEE ta’ l-14 ta’ Diċembru 1988 li tipprovdi l-ħtiġiet għall-produzzjoni ta’ u l-kummerċ fil-laħam kapuljat, laħam f'biċċiet ta’ inqas minn 100 gramma u tħejjijiet mil-laħam (ĠU Nru L 382, tal-31. 12. 1988, p. 3).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 89/437/KEE ta’ l-20 ta’ Ġunju 1989 dwar l-iġene u l-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mill-bajd (GU Nru L 212, tat-22. 7. 1989, p. 87).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta’ annimali u prodotti ta’ l-akwakultura (ĠU Nru L 46, tad-19. 2. 1991, p. 1).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 91/492/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tipprovdi għall-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-molluski bivalvi ħajjin (ĠU Nru L 268, ta’ l-24. 9. 1991, p. 1).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tas-sajd (ĠU Nru L 268, ta’ l-24. 9. 1991, p. 15).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 91/494/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni tal-prodotti tal-laħam frisk tat-tjur minn pajjiżi terzi (ĠU Nru L 268, ta’ l-24. 9. 1991, p. 35).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 91/495/KEE tas-27 ta’ Novembru 1991 dwar problemi tas-saħħa pubblika u dawk ta’ l-annimali li jaffettwaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-laħam tal-fenek u tal-laħam tas-selvaġġina miżmuma fl-irziezet (ĠU Nru L 268, ta’ l-24. 9. 1991, p. 41).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 92/45/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992 dwar il-problemi tas-saħħa pubblika u dawk ta’ l-annimali li għandhom x'jaqsmu mal-qtil tas-selvaġġina u t-tqegħid fis-suq ta’ laħam tas-selvaġġina (ĠU Nru L 268, ta’ l-14. 9. 1992, p. 35).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992 li tipprovdi għar-regoli tas-saħħa dwar il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ ħalib frisk, ħalib trattat bis-sħana u prodotti ta’ bażi mill-ħalib (ĠU Nru L 268, ta’ l-14. 9. 1992, p. 1).
IL-KAPITOLU II
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tistabbilixxi għall-ħtiġiet għas-saħħa ta’ l-annimali u għas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti mhux soġġetti għall-ħtiġiet imsemmija stabbiliti speċifikament f’regoli tal-Komunità li saret referenza għalihom fl-Anness A (I) mad-Direttiva 89/662/KEE u, rigward il-patoġeni, mad-Direttiva 90/425/KEE (bl-eċċezzjoni tal-patoġeni).
ANNESS B
PRODOTTI LI MA HUMIEX SOĠĠETTI GĦALL-ARMONIZZAZZJONI TAL-KOMUNITÀ, IMMA GĦAL KUMMERĊ LI FIH IKUNU SOĠĠETTI GĦALL-KONTROLLI KIF IPPROVDUTI B'DIN ID-DIRETTIVA
Prodotti oħra ta’ oriġini mill-annimali la inklużi fl-Anness B ma' din id-Direttiva u l-anqas fl-Anness mad-Direttiva 90/425/LEE: dawn il-prodotti jridu jiġu definiti b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18.’
II
VERŻJONI KONSOLIDATA TA’ L-ANNESSI A U B GĦAD-DIRETTIVA 90/425/KEE
“ANNESS A
IL-KAPITOLU I
LEĠISLAZZJONI VETERINARJA
Taqsima 1
— Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ tal-Komunità fil-bhejjem ta’ l-ifrat u l-ħnieżer (ĠU Nru 121, tad-29. 7. 1964, p. 1977/64).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1988 li tistabbilixxi għall-ħtiġiet fis-saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarji u l-importazzjoni ta’ semene iffriżat minn annimali domestiċi ta’ l-ispeċi ta’ l-ifrat (ĠU Nru L 194, tat-22. 7. 1988, p. 10).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijoni minn annimali domestiċi ta’ l-ispeċi ta’ l-ifrat (ĠU Nru L 302, tad-19. 10. 1989, p. 1).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet fil-politika tas-saħħa li jirregolaw iċ-ċaqliq ta’ l-equidae u l-importazzjoni tagħhom minn pajjiżi terzi (ĠU Nru L 224, tat-18. 8. 1990, p. 42).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tistabbilixxi l-ħtiġiet dwar is-saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni ta’ semene ta’ l-annimali domestiċi ta’ l-ispeċi porċina (ĠU Nru L 224, tat-18. 8. 1990, p. 62).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ tjur u bajd għat-tfaqqis (ĠU Nru L 303, tal-31. 10. 1990, p. 6).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 90/667/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 li tistabbilixxi r-regoli veterinarji għall-qerda u l-ipproċessar ta’ rimi ta’ l-annimali, għat-tqegħid tiegħu fis-suq u għall-prevenzjoni ta’ patoġeni fl-għalf ta’ oriġini mill-annimali jew mill-ħut u li jemenda d-Direttiva 90/425/KEE (ĠU Nru L 363, tas-27. 12. 1990, p. 51).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta’ annimali u prodotti mill-akwakultura (ĠU Nru L 46, tad-19. 2. 1991, p. 1).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju f'annimali tar-razza ovina u dik kaprina (GU Nru L 46, tad-19. 2. 1991, p. 19).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE tad-19 ta’ Novembru 1991 dwar il-protezzjoni ta’ l-annimali matul il-vjaġġ u li jemenda d-Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE (ĠU Nru L 340, tal-11. 12. 1991, p. 17).
Taqsima 2
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali li tirregola l-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semene, bajd (ova) u embrijoni mhux soġġetti għall-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali pprovduti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità li għalihom saret referenza fl-Anness A (I) (1) għad-Direttiva 90/425/KEE (ĠU Nru L 268, ta’ l-14. 9. 1992, p. 54).
— Għall-patoġeni:
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tistabbilixxi għall-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregola l-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti li mhumiex soġġetti għall-ħtiġiet imsemmija stabbiliti f’regoli speċifiċi tal-Komunità u li għalihom saret referenza fl-Anness A (I) mad-Direttiva 89/662/KEE u, rigward il-patoġeni, mad-Direttiva 90/425/KEE.
KAPITOLU II
LEĠISLAZZJONI ŻOOTEKNIKA
— Id-Direttiva tal-Kunsill 77/504/KEE tal-25 ta’ Lulju 1977 dwar annimali puri tar-razza ta’ l-ispeċi ta’ l-ifrat għat-tagħmir (ĠU Nru L 206, tat-12. 8. 1977, p. 8).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 88/661/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1988 dwar l-istandards żootekniċi stabbiliti applikabbli għall-annimali tat-tagħmir ta’ l-ispeċi porċina (ĠU Nru L 382, tal-31. 12. 1988, p. 36).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 89/361/KEE tat-30 ta’ Mejju 1989 rigward in-nagħaġ u l-mogħoż tar-razza pura għat-tagħmir (ĠU Nru L 153, tat-8. 6. 1989, p. 30).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 90/427/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ l-equidae (ĠU Nru L 224, tat-18. 8. 1990, p. 55).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 91/174/KEE tal-25 ta’ Marzu 1991 li tistabbilixxi l-ħtiġiet żootekniċi u tar-razza għall-bejgħ fis-suq ta’ annimali tar-razza (ĠU Nru L 85, tal-5. 4. 1991, p. 37).
ANNESS B
ANNIMALI U PRODOTTI LI MA HUMIEX SOĠĠETTI GĦALL-ARMONIZAZZJONI IMMA F' KUMMERĊ LI GĦAD IKUN SOĠĠETT GĦALL-KONTROLLI PPROVDUTI F' DIN ID-DIRETTIVA
IL-KAPITOLU I
Leġislazzjoni veterinarja - annimali ħajjin oħra mhux elenkati fl-Anness A, Kapitolu I.
IL-KAPITOLU II
Leġislazzjoni veterinarja - semene, bajd (ova) u embrijoni mhux elenkati fil-lista fl-Anness A, Kapitolu I.
( 1 ) ĠU C 327, tat-30. 12. 1989, p. 29; u ĠU C 84, tat-2. 4. 1990, p 102.
( 2 ) ĠU C 113, tas-7. 5. 1990, p. 205; u ĠU C 149, tat-18. 6. 1990, p. 259.
( 3 ) ĠU C 124, tal-21. 5. 1990, p. 15; u ĠU C 182, ta-23. 7. 1990, p. 250.
( 4 ) ĠU L 373, tal-31. 12. 1990, p. 1.
( 5 ) ĠU L 395, tat-30. 12. 1989, p. 13. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/496/KEE (ĠU L 268, ta’ l-24. 9. 1991, p. 56).
( 6 ) ĠU L 378, tal-31. 12. 1982, p. 58. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 90/134/LEE (ĠU L 76, tat-22. 3. 1990, p. 23).
( 7 ) ĠU L 373, tal-31. 12. 1990, p. 26.
( 8 ) ĠU L 26, tal-31. 1. 1977, p. 85. Direttiva aġġornata bid-Direttiva 92/5/LEE (ĠU L 57, tat-2. 3. 1992, p. 1), u l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/45/KEE (ĠU L 268, ta’ l-14. 9. 1992, p. 35).
( 9 ) ĠU L 268, ta’ l-14. 9. 1992, p. 1.
( 10 ) ĠU L 268, 24. 9. 1991, p. 56
( 11 ) ĠU L 302, tal-31. 12. 1972, p. 24. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/687/KEE (ĠU L 377, tal-31. 12. 1991, p. 16).
( 12 ) ĠU L 84, tal-31. 3. 1992, p. 33.
( 13 ) ĠU L 87, tat-2. 4. 1992, p. 20.
( 14 ) ĠU Nru L 62, tal-15. 3. 1993, p. 49.”
( 15 ) ĠU Nru L 255, tat-18. 10. 1968, p. 23.
( 16 ) ĠU 121, tad-29. 7. 1964, p. 2012/64. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/497/KEE (ĠU L 268, ta’ l-24. 9. 1991, p. 69).
( 17 ) ĠU L 47, tal-21. 2. 1980, p. 4. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/687/KEE (ĠU L 377, tal-31. 12. 1991, p. 16).
( 18 ) ĠU L 302, tal-31. 12. 1972, p. 28. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/688/KEE (ĠU L 377, tal-31. 12. 1991, p. 18).
( 19 ) ĠU L 302, tal-31.12.1972, pġ. 24.
( 20 ) ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, pġ. 35.
( 21 ) ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, pġ. 41.
( 22 ) ĠU L 302, tal-31.12.1972, pġ. 28.
( 23 ) ĠU L 26, tal-31.1.1977, pġ. 85.
( 24 ) ĠU L 268, ta’ l-24. 9. 1991, p. 25.
( 25 ) ĠU L 268, ta’ l-24. 9. 1991, p. 41.
( 26 ) ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, pġ. 35
( 27 ) ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, pġ. 15
( 28 ) ĠU L 146, ta’ l-14.6.1979, pġ. 15
( 29 ) ĠU L 44, tas-17.2.1994, pġ. 31
( 30 ) ĠU L 122, ta’ l-14.5.1997, pġ. 21
( 31 ) ĠU L 44, tas-17.2.1994, pġ. 33
( 32 ) ĠU L 120, tal-11.5.1994, pġ. 44
( 33 ) ĠU L 120, 11.05.94, p. 44.
( 34 ) ĠU L 146, 14.06.79, p. 15.
( 35 ) ĠU L 44, 17.02.94, p. 31.
( 36 ) ĠU L 44, 17.02.94, p. 33.
( 37 ) ĠU L 122, 14.05.97, p. 21.