<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑605/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0605</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:833">EU:C:2015:833</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20151217">17.12.2015</DATE> — KAWŻA C‑605/14</P><P>KOMU <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Seba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 44/2001</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni esklużiva</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 22(1)</KEYWORD><KEYWORD>Kawża fil-qasam tad-drittijiet fuq proprjetà immobbli in rem</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett</KEYWORD><KEYWORD>Talba għal ħall permezz tal-bejgħ ta’ komunjoni pro indiviso ta’ proprjetajiet immobbli</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑605/14,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Korkein oikeus (qorti suprema, il-Finlandja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20141222">22 ta’ Diċembru 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20141230">30 ta’ Diċembru 2014</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Virpi Komu,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Hanna Ruotsalainen,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ritva Komu</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Pekka Komu,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Jelena Komu,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),</P><P>komposta minn C. Toader (Relatur), President tal-Awla, A. Rosas u A. Prechal, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Finlandiż, minn H. Leppo, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn K. Georgiadis u S. Lekkou, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn M. García-Valdecasas Dorrego, bħala aġent,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn il-komproprjetarji ta’ żewġ proprjetajiet immobbli fi Spanja li tirrigwarda l-ħall, permezz tal-bejgħ, tal-komunjoni <HT TYPE="ITALIC">pro indiviso</HT> ta’ dawn il-beni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 11 u 12 tar-Regolament Nru 44/2001 huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>(11)</NO.P><TXT>Ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni għandhom jiġu mbassra minn qabel u stabbiliti fuq il-prinċipju li l-ġurisdizzjoni hija ġeneralment ibbażata fuq id-domiċilju tal-konvenut u l-ġurisdizzjoni għandha dejjem tkun disponibbli fuq dan il-lat ħlief għal ftit sitwazzjonijiet definiti sewwa li fihom is-suġġett tal-materja tal-litigazzjoni jew ta’ awtonomija tal-partijiet tkun teħtieġ fattur differenti. […]</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>B’żieda mad-domiċilju tal-konvenut, għandu jkun hemm bażi alternattiva ta’ ġurisdizzjoni bbażata fuq rabta mill-qrib bejn il-qorti u l-azzjoni jew sabiex tkun iffaċilitata amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, li jinsab fis-Sezzjoni 1 tal-Kapitolu II tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Disposizzjonijiet ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, jipprevedi, fis-subparagrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Bla preġudizzju għal dan ir-Regolament, persuni b’domiċilju fi Stat Membru għandhom, independentament min-nazzjonalità tagħhom, jiġu mfittxija fil-qrati ta’ dak l-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 3(1) tal-imsemmi regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Persuni domiċiljati fi Stat Membru jistgħu jiġi mfittxija fil-qrati ta’ Stat Membru ieħor biss bis-saħħa tar-regoli mniżżla f’Sezzjonijiet 2 sa 7 ta’ dan il-Kapitolu.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 22 tal-istess regolament, li jinsab fis-Sezzjoni 6 tal-Kapitolu II tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Ġurisdizzjoni esklussiva<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, fis-subparagrafu 1 tiegħu jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Dawn il-qrati li ġejjin għandhom ikollhom ġurisdizzjoni esklussiva, independentament mid-domiċilju:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>fi proċedimenti li jkollhom l-obbjettiv tagħhom <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fi propjetà immobbli jew kirjiet ta’ propjetà immobbli, il-qrati ta’ l-Istat Membru li fih tkun tinstab il-propjetà.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 44/2001, li jinsab fis-Sezzjoni 8 tal-Kapitolu II tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Eżami dwar ġurisdizzjoni u ammisibilità<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Meta qorti ta’ Stat Membru jkollha quddiemha talba li tkun prinċipalment konċernata b’materja li dwarha l-qrati ta’ Stat Membru ieħor ikollhom il-ġurisdizzjoni esklussiva bis-saħħa ta’ l-Artikolu 22, din għandha tiddikjara b’inizjattiva tagħha li m’għandhiex ġurisdizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Finlandiż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fil-Finlandja, ir-relazzjonijiet ta’ komunjoni ta’ beni huma rregolati mil-Liġi Nru 180/1958 dwar ċerti relazzjonijiet ta’ komunjoni ta’ beni (Laki eräistä yhteisomistussuhteista, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>liġi dwar il-komunjoni ta’ beni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), liema liġi hija applikabbli kemm għall-proprjetà immobbli kif ukoll għal dik mobbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ħall ta’ komunjoni ta’ beni <HT TYPE="ITALIC">pro indiviso</HT>, l-Artikoli 9 u 11 ta’ din il-liġi jgħidu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="009"><TI.ART><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>9. Kull komproprjetarju jista’ jeżiġi li l-parti tiegħu f’komunjoni ta’ beni tiġi sseparata permezz ta’ qasma. L-Artikolu 4 tal-Kapitolu 12 tal-liġi dwar is-suċċessjoni huwa applikabbli mutatis mutandis.</TI.ART><ALINEA>Jekk il-qasma tal-proprjetà tkun impossibbli jew tiġi tiswa wisq jew tkun ta’ natura li tnaqqas ħafna l-valur tal-proprjetà, il-qorti tista’, fuq talba tal-kompropjetarju u wara li huwa jkun laqqa’ lill-komproprjetarji l-oħra sabiex jinstemgħu fuq il-kwistjoni, tordna l-bejgħ tal-proprjetà sabiex tħoll ir-relazzjoni ta’ komunjoni ta’ beni.</ALINEA></ARTICLE><P>[…]</P><ARTICLE IDENTIFIER="011"><TI.ART>11. Għall-bejgħ tal-proprjetà u għat-tqassim tad-dħul mill-bejgħ, il-qorti għandha tinnomina, jekk ikun hemm bżonn, mandatarju. Jekk jiġi ordnat li l-proprjetà tinbiegħ b’liċitazzjoni, huwa l-mandatarju li għandu, wara li jikkonsulta mal-komproprjetarji, jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-bejgħ, jekk il-qorti ma tkunx għamlet dan, jippubblika l-bejgħ b’liċitazzjoni kif ukoll li jwettaq jew li jiżgura t-twettiq tiegħu. Il-mandatarju għandu jiffirma l-att tal-bejgħ, jekk jiġi stabbilit att bħal dan.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TI.ART></ARTICLE></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Spanjol</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tal-kodiċi ċivili (Código Civil) jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Il-pussess, il-proprjetà u d-drittijiet l-oħra li jirrigwardaw il-proprjetajiet immobbli kif ukoll il-pubbliċità tagħhom huma rregolati mil-liġi tal-post fejn jinsabu.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 406 ta’ dan il-kodiċi, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>[i]r-regoli dwar il-qasma tal-wirt huma applikabbli għall-qasma tal-komunjoni tal-beni <HT TYPE="ITALIC">pro indiviso</HT>.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ġurisdizzjoni tal-qrati Spanjoli, l-Artikolu 52 tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili (Ley de Enjuiciamiento Civil), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Ġurisdizzjoni territorjali fil-każijiet speċjali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="052.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Ir-regoli dwar ġurisdizzjoni previsti fl-artikoli preċedenti ma humiex applikabbli fil-każijiet segwenti, li fihom il-ġurisdizzjoni tiġi ddeterminata skont id-dispożizzjonijiet ta’ hawn isfel:</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>1.°</NO.P><TXT>Fil-kawżi fil-qasam tas-suċċessjoni jew fil-kawżi dwar proprjetajiet immobbli li jitressqu, il-qorti li jkollha l-ġurisdizzjoni tkun dik tal-post tal-oġġett inkwistjoni. Meta l-kawża <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> ikollha bħala skop proprjetajiet immobbli differenti li jinsabu f’ċirkoskrizzjonijiet differenti, il-qorti li jkollha l-ġurisdizzjoni tkun dik ta’ kull qorti skont l-għażla tar-rikorrent.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><?PAGE NO="4"?><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li Pekka Komu, kif ukoll Jelena Komu, Ritva Komu, Virpi Komu u Hanna Ruotsalainen jirrisjedu fil-Finlandja u huma komproprjetarji, sa’ 25 % għall-ewwel tlieta u sa’ 12.5 % għall-aħħar tnejn, ta’ dar li tinsab f’Torrevieja (Spanja). Ritva Komu hija wkoll użufruttwarja, insinwata fir-reġistru pubbliku Spanjol, tal-partijiet miżmuma minn Virpi Komu u Hanna Ruotsalainen.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Pekka Komu kif ukoll Ritva Komu u Hanna Ruotsalainen huma barra minn hekk komproprjetarji, sa’ 50 % għal Pekka Komu, sa’ 25 % għal Ritva Komu, u sa’ 12.5 % għal Virpi Komu u għal Hanna Ruotsalainen, ta’ appartament li jinsab f’dan l-istess komun. Ritva Komu hija wkoll użufruttwarja, insinwata fir-reġistru pubbliku, tal-partijiet miżmuma minn Virpi Komu u minn Hanna Ruotsalainen.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Peress li xtaqu jiksbu s-separazzjoni tal-partijiet miżmuma minnhom f’dawn iż-żewġ proprjetajiet immobbli, u fl-assenza ta’ ftehim fuq il-ħall tar-relazzjoni ta’ komunjoni ta’ beni, Ritva Komu, Virpi Komu u Hanna Ruotsalainen adixxew lill-Etelä-Savon käräjäoikeus (qorti tal-ewwel istanza tas-Savonja tan-Nofsinhar, il-Finlandja) b’rikors intiż li jingħata mandat lil avukat għall-bejgħ tal-imsemmija proprjetajiet u li jiġi stabbilit prezz minimu għall-bejgħ ta’ kull wieħed minnhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Pekka Komu u Jelena Komu eċċepixxew l-inammissibbiltà tal-imsemmi rikors, filwaqt li invokaw li l-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 44/2001 jistabbilixxi, fil-qasam tad-drittijiet fuq proprjetà immobbli <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT>, il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli, u ppreċiżaw li deċiżjoni eventwali fuq il-mertu tal-Etelä-Savon käräjäoikeus (qorti tal-ewwel istanza tas-Savonja tan-Nofsinhar) ma tkunx tista’, bis-saħħa ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, tiġi rrikonoxxuta fi Spanja. Barra minn hekk, dawn il-partijiet osservaw li l-komunjoni ta’ dawn iż-żewġ proprjetajiet immobbli inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienu suġġetti għal użufrutt insinwat fir-reġistru pubbliku favur Ritva Komu u li din iċ-ċirkustanza kienet ta’ natura li tostakola l-bejgħ ta’ dawn il-proprjetajiet immobbli lil terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tad-<DATE ISO="20121009">9 ta’ Ottubru 2012</DATE>, l-Etelä-Savon käräjäoikeus (qorti tal-ewwel istanza tas-Savonja tan-Nofsinhar),wara li ddikjarat li kellha l-ġurisdizzjoni taqta’ l-kawża fuq il-mertu fil-kawża prinċipali, laqgħet it-talba, innominat mandatarju, inkarigatu jbigħ b’liċitazzjoni l-imsemmija proprjetajiet immobbli u jaqsam id-dħul mill-bejgħ bejn il-komproprjetarji, u stabbilixxiet prezz minimu għall-bejgħ ta’ dawn l-istess proprjetajiet immobbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Pekka Komu u Jelena Komu ressqu appell minn din id-deċiżjoni quddiem l-Itä-Suomen hovioikeus (qorti tal-appell tal-Finlandja tal-Lvant).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tas-<DATE ISO="20130507">7 ta’ Mejju 2013</DATE>, din il-qorti qieset li t-talba għall-ħall bil-bejgħ ta’ komunjoni ta’ proprjetà immobbli tikkostitwixxi azzjoni li għandha bħala suġġett dritt fuq proprjetà immobbli <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT>, fis-sens tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 44/2001. Konsegwentement, din il-qorti kkonkludiet li l-ġurisdizzjoni kienet tal-qrati Spanjoli, annullat id-deċiżjoni tal-ewwel istanza u, għaldaqstant, ċaħdet din it-talba bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Korkein oikeus (qorti suprema), li ġiet adita mir-rikorrenti, wara li fakkret il-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam, madankollu qieset li hija kellha xi dubji fuq il-kwistjoni ta’ jekk azzjoni, bħalma hija dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, taqax taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-Istat Membru tal-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli kkonċernata. Għaldaqstant, din il-qorti ddeċidiet li tissospendi l-proċedura u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>L-Artikolu 22(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 1 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni li biha parti mill-komproprjetarji ta’ proprjetà immobbli titlob li jiġi ordnat il-bejgħ tagħha bil-għan li tiġi xolta r-relazzjoni ta’ komunjoni u li jiġi appuntat mandatarju bil-għan tal-implementazzjoni tal-bejgħ tikkostitwixxi azzjoni dwar drittijiet fuq proprjetà immobbli <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>B’din id-domanda, il-qorti tar-rinviju sostanzjalment qed tistaqsi jekk l-ewwel frażi tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 44/2001 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li azzjoni għall-ħall tal-komunjoni <HT TYPE="ITALIC">pro indiviso</HT> ta’ proprjetà immobbli, permezz tal-bejgħ li t-twettiq tiegħu jiġi fdat lil mandatarju, taqa’ fil-kategorija tal-kawżi dwar drittijiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/><HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fi propjetà immobbli<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Preliminarjament, hemm lok li jitfakkar li, bis-saħħa tal-ewwel frażi tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 44/2001, il-qrati tal-Istat Membru tal-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli (<HT TYPE="ITALIC">forum rei sitae</HT>) għandhom ġurisdizzjoni esklużiva fil-qasam tad-drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni, fil-ġurisprudenza tagħha dwar l-Artikolu 16(1)(a) tal-Konvenzjoni tas-<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="1972">ĠU 1972, L 299, p. 32</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Konvenzjoni ta’ Brussell<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), li hija applikabbli wkoll għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 22(1), tirrileva li, sabiex tiżgura, sa fejn huwa possibbli, l-ugwaljanza u l-uniformità tad-drittijiet u tal-obbligi li jirriżultaw minn din il-konvenzjoni għall-Istati Membri u l-persuni kkonċernati, is-sens tal-frażi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>li jkollhom l-obbjettiv tagħhom <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fi propjetà immobbli [fil-qasam tad-drittijiet fuq proprjetà immobbli <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT>]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> għandu, fid-dritt tal-Unjoni, jiġi ddeterminat b’mod awtonomu (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Weber</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑438/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:212">EU:C:2014:212</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Bl-istess mod, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-Konvenzjoni ta’ Brussell, li għandha tiġi applikata għar-Regolament Nru 44/2001, jirriżulta li sa fejn huma jdaħħlu eċċezzjoni għar-regoli ġenerali tal-ġurisprudenza ta’ dan ir-regolament, u b’mod partikolari għar-regola, stabbilita fl-Artikolu 2(1) tiegħu, li tgħid li, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-imsemmi regolament, il-persuni ddomiċiljati fit-territorju ta’ Stat Membru għandhom jinġibdu lejn il-qrati ta’ dan l-Istat Membru, id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-istess regolament ma għandhomx jiġu interpretati f’sens iktar wiesa’ minn dak mitlub mill-għan tagħhom. Fil-fatt, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom bħala effett li jċaħħdu lill-partijiet mill-għażla tal-qorti li kieku tkun f’idejhom u, f’ċerti każijiet, li tiġbidhom lejn qorti li ma tkun il-qorti tad-domiċilju tal-ebda wieħed minnhom (ara, b’analoġija, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>ČEZ</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑343/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:330">EU:C:2006:330</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-għan imfittex mid-dispożizzjonijiet iċċitati iktar il fuq, kemm mir-rapport fuq il-konvenzjoni dwar il-kompetenza ġudizzjarja u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet fil-materji ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="059" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1979">ĠU 1979, C 59, p.1</REF.DOC.OJ>) kif ukoll minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-Artikolu 16(1)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, li għandha tkun applikabbli għall-ewwel frażi tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 44/2001, jirriżulta li r-raġuni essenzjali tal-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat kontraenti fejn tkun tinsab il-proprjetà immobbli hija ċ-ċirkustanza li l-qorti tal-post tas-sitwazzjoni hija l-iktar waħda li tista’, fid-dawl tal-prossimità, ikollha għarfien tajjeb tas-sitwazzjonijiet fattwali u li tapplika r-regoli u l-użanzi li jkunu, ġeneralment, dawk tal-Istat tas-sitwazzjoni (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Weber</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑438/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:212">EU:C:2014:212</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li l-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat kontraenti ta’ fejn tinsab il-proprjetà immobbli ma tinkludix l-azzjonijiet kollha li jikkonċernaw id-drittijiet fuq proprjetà immobbli <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT>, iżda tinkludi biss dawk fosthom li, fl-istess waqt, jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija konvenzjoni jew rispettivament tal-imsemmi regolament, u huma fost dawk li, minn naħa, jiddeterminaw il-portata, il-konsistenza, il-proprjetà, il-pussess ta’ proprjetà immobbli jew l-eżistenza ta’ drittijiet oħra <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq dawn il-beni u, min-naħa l-oħra, jiżguraw lill-persuni li għandhom dawn id-drittijiet il-protezzjoni tal-prerogattivi li huma marbuta mat-titolu tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Weber</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑438/12, 438/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:212">EU:C:2014:212</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għandu wkoll jitfakkar li, bis-saħħa ta’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-differenza bejn dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> u dritt personali tinsab fil-fatt li l-ewwel wieħed, li jikkonċerna beni materjali, jipproduċi l-effett tiegħu fir-rigward ta’ kulħadd, filwaqt li t-tieni jista’ jiġi invokat biss kontra d-debitur (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Weber</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-438/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:212">EU:C:2014:212</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hekk kif ġustament isostnu l-Istati Membri li ssottomettew osservazzjonijiet bil-miktub, talba għall-ħall ta’ komunjoni ta’ proprjetà immobbli, bħal dik fil-kawża prinċipali, tikkostitwixxi azzjoni li taqa’ fil-kategorija tal-kawżi fil-qasam tad-drittijiet fuq proprjetà immobbli <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT>, li taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat Membru ta’ fejn tinsab il-proprjetà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu fil-fatt jiġi kkonstatat li talba bħal din, li hija ddestinata li twassal għat-trasferiment tad-dritt għall-proprjetà ta’ beni immobbli, tikkonċerna drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> li jipproduċu l-effetti tagħhom fir-rigward ta’ kulħadd u tikkostitwixxi att li jiżgura lid-detenturi ta’ dawn id-drittijiet il-protezzjoni tal-prerogattivi marbuta mat-titolu tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Bl-istess mod, għandu jiġi enfasizzat li l-kunsiderazzjonijiet ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, li jispiraw l-ewwel frażi tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 44/2001, huma wkoll favur ġurisdizzjoni esklużiva fil-każ fejn l-azzjoni tkun intiża, bħal fil-kawża prinċipali, għall-ħall tal-komunjoni ta’ proprjetà immobbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-fatt, it-trasferiment tad-dritt għall-proprjetà inkwistjoni fil-kawża prinċipali ser jimplika t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ ċirkustanzi fattwali u ta’ dritt tal-fattur ta’ rabta hekk kif iddeterminat mill-ewwel frażi tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 44/2001, jiġifieri l-post tas-sitwazzjoni ta’ dawn il-proprjetajiet immobbli. Dan jinkludi, b’mod partikolari, il-fatt li d-dritt għall-proprjetà li jikkonċerna dawn il-proprjetajiet immobbli, kif ukoll id-drittijiet ta’ użufrutt li għalih huma suġġetti dawn id-drittijiet, huwa insinwat fir-reġistru pubbliku Spanjol, skont id-dritt Spanjol, fejn il-fatt li l-proċeduri li jirregolaw il-bejgħ, jekk ikun il-każ b’liċitazzjoni, ta’ dawn l-istess proprjetajiet immobbli huma dawk tal-Istat Membru fejn dawn jinsabu, jew, barra minn hekk, il-fatt li, fil-każ ta’ kontestazzjonijiet, il-kisba tal-provi tiġi ffaċilitata bil-prossimità tal-post tas-sitwazzjoni. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kienet iddeċidiet li, fir-rigward, b’mod partikolari, tal-kawżi li jikkonċernaw id-drittijiet fuq proprjetà immobbli <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT>, dawn għandhom ġeneralment jiġu deċiżi skont ir-regoli tal-Istat fejn tinsab il-proprjetà immobbli, u l-kontestazzjonijiet li jirriżultaw minnhom jeħtieġu frekwentement verifiki, investigazzjonijiet u perizji li jkollhom isiru fil-post (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>ČEZ</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑343/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:330">EU:C:2006:330</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Din il-ġurisprudenza tista’ tiġi applikata għall-kawża prinċipali fejn, b’differenza mill-kawża li wasslet għas-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Lieber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C 292/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:241">EU:C:1994:241</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), dwar il-kumpens dovut għat-tgawdija ta’ abitazzjoni, id-determinazzjoni tal-firxa tal-kundizzjonijiet legali li jirrigwardaw il-ħall tar-relazzjoni ta’ komunjoni ta’ beni, li tista’ tipproduċi effetti fir-rigward ta’ kulħadd, taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru ta’ fejn jinsabu l-proprjetajiet immobbli inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hekk kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 26 ta’ din is-sentenza. B’hekk, fil-każ fejn ir-regoli tad-dritt materjali applikabbli fil-kawża prinċipali jimplikaw evalwazzjoni tan-natura diviżibbli ta’ dawn<?PAGE NO="7"?> il-proprjetajiet immobbli fil-ħall tar-relazzjoni ta’ komunjoni ta’ beni, din l-evalwazzjoni hija tali li twassal għal verifiki, permezz ta’ perizji, li l-qorti tal-Istat Membru fejn jinsabu l-proprjetajiet immobbli tkun fl-aħjar pożizzjoni li tordna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, hemm lok li r-risposta għad-domanda magħmula tkun li l-ewwel frażi tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 44/2001 għandha tiġi interpretata fis-sens li taqa’ taħt il-kategorija tal-kawżi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>li jkollhom l-obbjettiv tagħhom <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fi proprjetà immobbli [fil-qasam tad-drittijiet fuq proprjetà immobbli <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT>]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni azzjoni ta’ ħall, permezz tal-bejgħ li t-twettiq tiegħu jiġi fdat lil mandatarju, tal-komunjoni <HT TYPE="ITALIC">pro indiviso</HT> ta’ proprjetà immobbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-ewwel frażi tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandha tiġi interpretata fis-sens li taqa’ taħt il-kategorija tal-kawżi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>li jkollhom l-obbjettiv tagħhom <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fi proprjetà immobbli [fil-qasam tad-drittijiet fuq proprjetà immobbli <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT>]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni azzjoni ta’ ħall, permezz tal-bejgħ li t-twettiq tiegħu jiġi fdat lil mandatarju, tal-komunjoni <HT TYPE="ITALIC">pro indiviso</HT> ta’ proprjetà immobbli.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>