IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell,24.5.2018
COM(2018) 357 final
ANNESS
tal-
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, rigward emenda għall-Protokoll 30 (dwar dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-organizzazzjoni ta' kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika) tal-Ftehim taż-ŻEE
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru […]
ta’ […]
li temenda l-Protokoll 30 għall-Ftehim ŻEE, dwar dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-organizzazzjoni ta' kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1)Jenħtieġ li l-programm statistiku taż-ŻEE mill-2018 sal-2020 ikun ibbażat fuq ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif l-aħħar emendat mir-Regolament (UE) Nru 2017/1951 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 99/2013 dwar il-programm statistiku Ewropew 2013-17, billi jestendih sal-2020, u jenħtieġ li jinkludi dawk l-elementi tal-programm li huma meħtieġa għad-deskrizzjoni u l-monitoraġġ tal-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali rilevanti kollha taż-Żona Ekonomika Ewropea.
(2)Jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2017/1951 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 99/2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013–17, billi jestendih sal-2020, jiġi inkluż fil-Protokoll 30 sabiex jiġi żgurat li l-kooperazzjoni tiġi estiża sal-2020.
(3)Għalhekk, il-Protokoll 30 tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2018.
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll 30 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1.Il-kelma “2017” fit-titolu tal-Artikolu 5 hija sostitwita bil-kelma “2020”.
2.L-inċiż li ġej jiżdied mal-Artikolu 5(1):
‘-32017 R 1951: Ir-Regolament (UE) Nru 2017/1951 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2017 (ĠU L 284, 31.10.2017, p. 1).”
3.Il-kliem “2013-17” u “il-31 ta’ Diċembru 2017” fl-Artikolu 5(2) jiġu sostitwiti bil-kliem “2013-20” u “il-31 ta’ Diċembru 2020”.
4.Il-kliem “2013 sa 2017” fl-Artikolu 5(3) huma sostitwiti bil-kliem “2013 sa 2020”.
5.It-test tal-Artikolu 5(4) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“L-Istati tal-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament, f'konformità mal-Artikolu 82(1)(a) tal-Ftehim u r-Regolamenti Finanzjarji tal-Ftehim, għal ammont li jirrappreżenta 75 fil-mija tal-ammont muri fil-linji baġitarji 29 02 05 (Programm Statistiku Ewropew 2013-17) u 29 01 04 05 (Politika ta’ informazzjoni statistika – Nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva) inseriti fil-baġit tal-Unjoni Ewropea għall-2013 u għal ammont li jirrappreżenta 75 fil-mija tal-ammont muri fil-linji baġitarji 29 02 01 (Forniment ta’ informazzjoni statistika ta’ kwalità, l-implimentazzjoni ta’ metodi ġodda ta’ produzzjoni ta’ statistika Ewropea u tisħiħ tas-sħubija fi ħdan is-Sistema Statistika Ewropea) u 29 01 04 01 (Nefqa ta’ sostenn għall-programm Ewropew tal-istatistika) inseriti fil-baġit tal-Unjoni Ewropea għall-2014 sal-2020.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, […].
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji
Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE