|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/354 |
15.1.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Kawża M.11802 – TTE / AES / ADRE)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/354)
1.
Fit-8 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
TotalEnergies S.E. (“TTE”, Franza), |
|
— |
Il-Korporazzjoni AES (“AES”, l-Istati Uniti tal-Amerika), |
|
— |
AES Dominicana Renewable Energy, S.A. (“Adre”, ir-Repubblika Dominicana), ikkontrollata mill-AES. |
TTE u AES jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ ADRE.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
TTE hija kumpanija internazzjonali integrata u wiesgħa tal-enerġija. TTE hija involuta f’kull settur tal-industrija taż-żejt u tal-gass, inklużi kemm is-swieq upstream (l-esplorazzjoni, l-iżvilupp u l-produzzjoni tal-idrokarburi) kif ukoll is-swieq downstream (ir-raffinar, il-petrokimiċi, is-sustanzi kimiċi ta’ speċjalità, il-kummerċ u t-trasport bil-baħar taż-żejt mhux maħdum u tal-prodotti petroliferi u l-kummerċjalizzazzjoni), |
|
— |
AES hija kumpanija globali tal-enerġija li topera negozji tal-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku termali u rinnovabbli. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali ta’ ADRE huma dawn li ġejjin: Adre tiżviluppa, tippossjedi u topera assi eoliċi, solari (inkluża l-ġenerazzjoni distribwita solari) u ta’ ħżin tal-enerġija fuq l-art, li jinkludu proġetti operazzjonali u proġetti li qed jiġu żviluppati. Il-kumpanija fil-mira ADRE hija attiva biss fir-Repubblika Dominicana.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11802 – TTE / AES / ADRE
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/354/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)