|
12.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 301/5 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-8 ta’ Novembru 2013
li temenda d-Deċiżjoni 2006/944/KE biex jiġi inkluż il-livell tal-emissjonijiet allokat lir-Repubblika tal-Kroazja skont il-Protokoll ta’ Kjoto
(notifikata bid-dokument C(2013) 7489)
(2013/644/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u partikolarment l-Artikolu 50 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/944/KE (1) tiddetermina l-livelli ta’ emissjonijiet għas-sena bażi allokati lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha skont il-Protokoll ta’ Kjoto għall-perjodu ta’ ħames snin tal-ewwel perjodu ta’ impenn. Dawn il-livelli ta’ emissjonijiet, li ġew stipulati fl-Anness tal-istess Deċiżjoni, ġew stabbiliti wara li tlestew ir-reviżjonijiet li twettqu skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll ta’ Kjoto għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima. |
|
(2) |
Ir-reviżjoni tal-livelli tal-emissjonijiet għas-sena bażi għall-Kroazja tlestiet fis-26 ta’ Awwissu 2009. Ir-rapport ta’ dik ir-reviżjoni qajjem kwistjoni relatata mal-implimentazzjoni fir-rigward tal-ammont allokat lill-Kroazja. Fit-8 ta’ Frar 2012, il-Kumitat ta’ Konformità tal-Protokoll ta’ Kjoto ddetermina li l-kwistjoni tal-implimentazzjoni kienet ġiet solvuta, u wara ġew stabbiliti l-valuri finali tal-livell tal-emissjonijiet tal-Kroazja. |
|
(3) |
Wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013, l-Anness tad-Deċiżjoni 2006/944/KE għandu jinkludi wkoll il-livell tal-emissjonijiet allokat lill-Kroazja skont il-Protokoll ta’ Kjoto. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni 2006/944/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Anness tad-Deċiżjoni 2006/944/KE, dan li ġej jiddaħħal wara l-annotazzjoni għall-Estonja:
|
“Kroazja |
148 778 503 ” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Connie HEDEGAARD
Membru tal-Kummissjoni
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/944/KE tal-14 ta’ Diċembru 2006 li tiddetermina l-livelli rispettivi ta’ emissjonijiet allokati lill-Komunità u lil kull wieħed mill-Istati Membri tagħha taħt il-Protokoll ta’ Kjoto skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 87).