|
1.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 171/46 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta' Ġunju 2009
li temenda d-Deċiżjoni 2008/788/KE li tistabbilixxi l-ammonti netti li jirriżultaw mill-modulazzjoni fakultattiva fil-Portugall għas-snin 2009-2012
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 5095)
(It-test bil-Portugiż biss huwa awtentiku)
(2009/505/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 tas-27 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi regoli għal modulazzjoni volontarja [fakultattiva] ta’ pagamenti diretti previsti fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/788/KE (2) tistabbilixxi l-ammonti netti li jirriżultaw mill-modulazzjoni fakultattiva fil-Portugall għas-snin 2009-2012. |
|
(2) |
L-Artikolu 1(5) tar-Regolament (KE) Nru 378/2007 jipprovdi li r-rati stabbiliti bl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (3), imnaqqsa b’5 punti perċentwali, għandhom jitnaqqsu mir-rati tal-modulazzjoni fakultattiva applikata mill-Istati Membri. B’konsegwenza, l-ammonti netti li jirriżultaw mill-modulazzjoni fakultattiva għandhom jitnaqqsu. |
|
(3) |
Għaldaqstant, jeħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/788/KE tiġi emendata, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2008/788/KE jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 1
L-ammonti netti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-modulazzjoni fakultattiva għall-Portugall għas-snin 2009-2012 huma kif ġej:
|
Miljuni ta’ EUR |
|||
|
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
|
32,8 |
29,0 |
25,0 |
21,0 ” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tibda tapplika mis-sena tal-baġit 2010.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Portugall.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 4M, 8.1.2008, p. 325.