Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonjiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat (ĠU L 175M, p. 168).
Dispożittiv
1) Billi naqset milli tadotta, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 43 ta’ din id-direttiva.
2) L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.