9.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/5


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8525 — Apax Partners/Safety-Kleen)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 182/04)

1.

Fl-1 ta’ Ġunju tal-2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż dwar proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża Apax Partners LLP (ir-Renju Unit) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża WP Safety-Kleen (Cayman) Limited (“Safety-Kleen”, il-Gżejjer Cayman) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Apax Partners LLP: l-għoti ta’ servizzi konsultattivi dwar l-investiment f’fondi ta’ ekwità privata investiti primarjament fl-Ewropa f’firxa ta’ setturi tal-industrija

—   għal Safety-Kleen: il-forniment ta’ magni għat-tindif ta’ parts industrijali, prodotti / soluzzjonijiet relatati mat-tindif, u servizzi ta’ ġbir ta’ deterġent u solvent użati.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) jew bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8525 — Apax Partners/Safety-Kleen, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.