Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU III - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI - KAPITOLU II - POLITIKA EKONOMIKA U MONETARJA - Sezzjoni 2 - Politika monetarja - Artikolu III-187
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0082 - 0082
Artikolu III-187 1. Is-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali għandha tkun regolata mill-korpi deċiżjonali tal-Bank Ċentrali Ewropew, li għandhom ikunu l-Kunsill Regolatorju u l-Bord Eżekuttiv. 2. L-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali huwa stabbilit fil-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u l-Bank Ċentrali Ewropew. 3. L-Artikolu 5(1), (2) u (3), l-Artikoli 17 u 18, l-Artikolu 19(1), l-Artikoli 22, 23, 24 u 26, l-Artikolu 32(2), (3), (4) u (6), l-Artikolu 33(1)(a) u l-Artikolu 36 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew jistgħu jiġu emendati b'liġi Ewropea: a) kemm fuq proposta mill-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew; b) kif ukoll fuq rakkomandazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew u wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. 4. Il-Kunsill għandu jadotta r-regolamenti u d-deċiżjonijiet Ewropej li jistabbilixxu l-miżuri previsti fl-Artikolu 4, l-Artikolu 5(4), l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 20, l-Artikolu 28(1), l-Artikolu 29(2), l-Artikolu 30(4), u l-Artikolu 34(3) ta' l-Istatut tas-Sistema ta' Banek Ċentrali Ewropej u tal-Bank Ċentrali Ewropew. Għandu jaġixxi wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew. a) jew fuq proposta mill-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew; b) jew fuq rakkomandazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew u wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. --------------------------------------------------