<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑396/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CJ0396</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:98">EU:C:2014:98</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20140227">27.2.2014</DATE> — KAWŻA C‑396/12</P><P>VAN DER HAM U VAN DER HAM-REIJERSEN VAN BUUREN</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Politika agrikola komuni</KEYWORD><KEYWORD>Finanzjament mill-FAEŻR</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna għall-iżvilupp rurali</KEYWORD><KEYWORD>Tnaqqis jew tneħħija tal-pagamenti f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità tar-regoli tal-cross-compliance</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>nuqqas ta’ konformità intenzjonali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑396/12,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20120725">25 ta’ Lulju 2012</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20120827">27 ta’ Awwissu 2012</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">A. M. van der Ham,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">A. H. van der Ham-Reijersen van Buuren</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">College van Gedeputeerde Staten van Zuid-Holland,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, K. Lenaerts, Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qed jaġixxi bħala Imħallef tar-Raba’ Awla, M. Safjan (Relatur), J. Malenovský u A. Prechal, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20130925">25 ta’ Settembru 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal A. M. van der Ham u A. H. van der Ham-Reijersen van Buuren, minn C. Blokland u A. M. van der Ham,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn C. Schillemans, C. Wissels u B. Koopman, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Estonjan, minn M. Linntam, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Sloven, minn N. Pintar Gosenca u A. Vran, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Bouquet, G. von Rintelen u H. Kranenborg, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20131024">24 ta’ Ottubru 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, tal‑<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE>, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-<DATE ISO="20030929">29 ta’ Settembru 2003</DATE>, li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 44, p. 243), tal-Artikolu 51(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-<DATE ISO="20050920">20 ta’ Settembru 2005</DATE>, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="286M" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="20101104">ĠU L 286M, 4.11.2010, p. 26</REF.DOC.OJ>, u rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="004" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2007">ĠU 2007 L 4, p. 10</REF.DOC.OJ>), kif ukoll tal-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1975/2006, tas-<DATE ISO="20061207">7 ta’ Diċembru 2006</DATE>, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll kif ukoll il-konformità reċiproka rigward il-miżuri ta’ sostenn għall-iżvilupp rurali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="330M" PAGE.FIRST="455" DATE.PUB="20081209">ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 455</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn, min-naħa, A. M. van der Ham flimkien ma’ A. H. van der Ham-Reijersen van Buuren u, min-naħa l-oħra, il-College van Gedeputeerde Staten van Zuid-Holland (Gvern tal-Provinċja tal-Olanda tan-Nofsinhar, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>College<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar tnaqqis tal-għajnuna li ngħatatilhom bis-saħħa tal-politika agrikola komuni.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament Nru 1698/2005</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Ir‑Regolament Nru 1698/2005 tħassar b’mod partikolari bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2009, tad-<DATE ISO="20090119">19 ta’ Jannar 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="030" PAGE.FIRST="100" DATE.PUB="2009">ĠU L 30, p. 100</REF.DOC.OJ>). Bis-saħħa tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 74/2009, l-emendi introdotti minnu japplikaw mill-<DATE ISO="20090101">1 ta’ Jannar 2009</DATE>, bl-eċċezzjoni tal-emendi tal-Artikolu 51(1), (2) u (4) tar-Regolament Nru 1698/2005, li japplikaw mill-<DATE ISO="20100101">1 ta’ Jannar 2010</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont il-premessa 45 tar-Regolament Nru 1698/2005:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Għandha tiġi stabbilita sistema ta’ pieni għal benefiċjarji li jirċievu pagamenti taħt ċerti miżuri ta’ ġestjoni tal-art u li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti obbligatorji previsti fir-Regolament [tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-<DATE ISO="20030929">29 ta’ Settembru 2003</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001] fl-azjenda kollha tagħhom, b’kont meħud tal-gravità, l-estensjoni, il-persistenza u r- repetizzjoni tan-non-konformità<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 36(a)(iv) tar-Regolament Nru 1698/2005 jipprovdi għall-għoti ta’ pagamenti agro-ambjentali.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 51(1) u (4) tar-Regolament Nru 1698/2005, kif applikabbli sal-<DATE ISO="20100101">1 ta’ Jannar 2010</DATE>, jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="051.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn il-benefiċjarji li jirċievu pagamenti taħt l-Artikolu 36(a)(i) sa (v), [...] ma josservawx fl-azjenda kollha, bħala riżultat ta’ azzjoni jew omissjoni direttament attribwibbli lilhom, ir-rekwiżiti obbligatorji previsti fl-Artikoli 4 u 5 ta’ u fl-Anness III u IV għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-ammont totali tal-pagamenti tagħhom li għandhom jingħataw fis-sena ta’ kalendarju li fiha sseħħ in-non-konformità għandu jitnaqqas jew jiġi kkanċellat.</ALINEA><ALINEA>It-tnaqqis jew il-kanċellazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tapplika wkoll f’każi fejn il-benefiċjarji li jirċievu l-pagamenti taħt l-Artikolu 36(a)(iv) ma josservawx fl-azjenda kollha, bħala riżultat ta’ azzjoni jew omissjoni direttament attribwibbli lilhom, ir-rekwiżiti minimi għall-użu ta’ fertilizzanti u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti msemmija fl-Artikolu 39(3).</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="051.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-regoli dettaljati għat-tnaqqis u l-esklużjonijiet għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 90(2). F’dan il-kuntest għandhom jitqiesu l-gravità, l-estensjoni, il-persistenza u r-repetizzjoni tan-non-konformità.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 51(4) tar-Regolament Nru 1698/2005, kif emendat bir-Regolament Nru 74/2009, applikabbli mill-<DATE ISO="20100101">1 ta’ Jannar 2010</DATE>, jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Regoli dettaljati għat-tnaqqis u l-esklużjonijiet għandhom jiġu stabbiliti skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 90(2). F’dan il-kuntest għandu jittieħed kont tas-severità, il-firxa, il-permanenza u r-repetizzjoni tan-nuqqas ta’ konformità misjuba kif ukoll tal-kriterji li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ negliġenza, il-perċentwali tat-tnaqqis m’għandux jaqbeż il-5 % u, f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità repetittiv, 15 %.</TXT><P>[...]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità intenzjonali, il-perċentwali ta’ tnaqqis m’għandux bħala prinċipju jkun inqas minn 20 % u jista’ jwassal anke għall-esklużjoni totali minn waħda jew diversi skemi ta’ għajnuna u japplika għal sena kalendarja waħda jew iktar;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament Nru 1975/2006</P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont il-premessa 6 tar-Regolament Nru 1975/2006:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Skond l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, il-ħlasijiet taħt uħud mill-miżuri pprovduti f’dak ir-Regolament ġew soġġetti għall-ħarsien tal-kundizzjonalità kif previst fil-Kapitolu 1 tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Għalhekk, huwa xieraq li r-regoli relatati mal-kundizzjonalità jiġu allinjati ma’ dawk li jinsabu fir-Regolamenti (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 796/2004.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1975/2006 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, fejn jiġi determinat nuqqas ta’ konformità, għandu jiġi applikat tnaqqis fuq l-ammont ġenerali ta’ l-għajnuna [... ] li tkun, jew li tkun se, tingħata lill-benefiċjarju kkonċernat wara t-talbiet għall-ħlas li dan ikun issottometta jew ikun se jissottometti matul is-sena kalendarja tas-sejba.</ALINEA><?PAGE NO="4"?><ALINEA>Fejn in-nuqqas ta’ konformità tkun minħabba traskuraġni min-naħa tal-benefiċjarju, it-tnaqqis għandu jiġi kkalkulat skond ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 66 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.</ALINEA><ALINEA>Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità intenzjonali, it-tnaqqis għandu jiġi kkalkulat skond l-Artikolu 67 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament Nru 796/2004</P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont il-premessa 56 tar-Regolament Nru 796/2004, dwar il-modalitajiet ta’ applikazzjoni tas-sanzjonijiet f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli relatati mal-kundizzjonalità:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Is-sistema ta’ tnaqqis u esklużjonijiet maħsuba fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward tal-konformità mal-obbligi iżda tħares lejn miri differenti, jiġifieri biex tistabbilixxi inċentiv għall-bdiewa li jħarsu l-leġislazzjoni, diġà eżistenti, fl-oqsma differenti tal-konformità.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 66(1) tar-Regolament Nru 796/2004, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Applikazzjoni tat-tnaqqis fil-każ ta’ negliġenza<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>[...][F]ejn nuqqas stabbilit ta’ konformità jirriżulta minn negliġenza tal-bidwi, għandu jiġi applikat tnaqqis fuq l-ammont kollu ta’ ħlasijiet diretti [...] li jkun, jew għandu, jingħata lill-bidwi konċernat wara li jkun bagħat jew ikun ser jibgħat applikazzjonijiet għall-għajnuna fil-kors tas-sena kalendarja tas-sejba. Dak it-tnaqqis għandu, bħala regola ġenerali, jkun ta’ 3 % ta’ dak l-ammont sħiħ.</ALINEA><ALINEA>Iżda, l-Aġenżija tal-Ħlas tista’, fuq il-bażi tal-istima provduta mill-awtorità kompetenti ta’ kontroll fir-rapport tal-kontroll [...] tiddeċiedi jew li tnaqqas dak il-perċentwali għal 1 % jew li żżidu għal 5 % ta’ dak l-ammont sħiħ [...]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 67(1) tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Applikazzjoni ta’ tnaqqis u esklużjonijiet fil-każi ta’ nuqqas ta’ konformità intenzjonat<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>[...][F]ejn in-nuqqas ta’ konformità stabbilit ikun ġie kommess intenzjonalment mill-bidwi, it-tnaqqis li għandu jiġi applikat għall-ammont sħiħ imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 66(1) għandu, bħala regola ġenerali, ikun ta’ 20 % ta’ dak l-ammont sħiħ.</ALINEA><ALINEA>Iżda, l-Aġenzija tal-Ħlas tista’, fuq il-bażi tal-istima tal-awtorità kompetenti ta’ kontroll fir-rapport tal-kontroll [...] tiddeċiedi li tnaqqas dak il-perċentwal għal mhux anqas minn 15 % jew, fejn xieraq, iżżid il-perċentwal sa 100 % ta’ dak l-ammont sħiħ.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament Nru 1782/2003</P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1782/2003 tħassar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-<DATE ISO="20090119">19 ta’ Jannar 2009</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Il‑premessa 2 tar-Regolament Nru 1782/2003 hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Il-pagament sħiħ ta’ għajnuna diretta għandu jkun marbut ma’ l-osservanza tar-regoli relatati ma’ l-art agrikola, mal-produzzjoni u ma’ l-attività agrikola. Dawk ir-regoli għandhom iservu biex jinkorporaw fl-organizzazzjonijiet tas-suq komuni <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>standards<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> dwar l-ambjent, sigurtà ta’ l-ikel, saħħa u benesseri ta’ l-annimali u kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba. Jekk dawk in-normi bażiċi mhumiex milħuqa, l-Istati Membri għandhom jirtiraw l-għajnuna diretta totalment jew parzjalment fuq il-bażi ta’ kriterji li huma proporzjonali, oġġettivi u gradwali. [...]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Olandiż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Digriet tal-Ministru għall-Agrikoltura, Patrimonju Naturali u Kwalità tal-Ikel Nru TRCJZ/2006/1978, li jirregola l-applikazzjoni tal-qafas normattiv tal-cross-compliance tal-għajnuna intiża għad-dħul favur bdiewa fil-kuntest tal-politika agrikola komuni (Regeling van de Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit, nr. TRCJZ/2006/1978, houdende beleidsregels over de toepassing van het normenkader randvoorwaarden in het kader van de directe inkomenssteun aan landbouwers in het kader van het Gemeenschappelijk landbouwbeleid), tal-<DATE ISO="20060724">24 ta’ Lulju 2006</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Digriet<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>) jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>F’każ ta’ aġir bi ksur tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 3 tad-Digriet dwar il-politika agrikola komuni — għajnuna għad-dħul 2006, l-għajnuna għad-dħul għandha titnaqqas, ħlief f’każ ta’ forza maġġuri [...], b’perċentwali li jiddependi:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>mill-evalwazzjoni tal-każ ta’ nuqqas ta’ konformità,</P></ITEM><ITEM><P>min-numru ta’ każi ta’ nuqqas ta’ konformità, u</P></ITEM><ITEM><P>mill-qasam tal-politika li fiha jaqa’ r-rekwiżit tal-cross‑compliance li ma jkunx ġie osservat.</P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-evalwazzjoni ta’ każ ta’ nuqqas ta’ konformità għandha ssir abbażi ta’ erba’ kriterji:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a.</NO.P><TXT>ir-repetizzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b.</NO.P><TXT>il-portata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c.</NO.P><TXT>il-gravità;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d.</NO.P><TXT>il-persistenza.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tad-Digriet jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>It-tnaqqis f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità intenzjonali ma’ rekwiżit jew ma’ regola jammonta, b’mod ġenerali, għal 20 %.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-evalwazzjoni tan-natura intenzjonali għandha ssir, fi kwalunkwe ipoteżi, abbażi tal-kriterji li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a.</NO.P><TXT>għandha tiġi stabbilita fid-deskrizzjoni tar-rekwiżit tal-cross‑compliance kkonċernata rabta diretta man-natura intenzjonali tan-nuqqas ta’ konformità;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b.</NO.P><TXT>il-livell ta’ kumplessità tar-rekwiżit tal-cross-compliance kkonċernata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c.</NO.P><TXT>il-kwistjoni dwar jekk hijiex involuta politika stabbilita u li ilha fis-seħħ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d.</NO.P><TXT>il-kwistjoni dwar jekk humiex involuti att jew omissjoni volontarja;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e.</NO.P><TXT>iċ-ċirkustanza li l-bidwi kien ġie mwissi preċedentement dwar in-nuqqasijiet fl-osservanza tar-rekwiżit tal-cross‑compliance kkonċernata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f.</NO.P><TXT>il-punt sa fejn r-rekwiżit tal-cross-compliance ma kienx ġie osservat;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, proprjetarji ta’ azjenda agrikola fil-Pajjiżi l-Baxxi, jibbenefikaw minn għajnuna għad-dħul u minn għajnuna għall-amministrazzjoni ta’ rziezet li jirrispettaw l-ambjent, skont ir-Regolament Nru 1698/2005.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20090313">13 ta’ Marzu 2009</DATE>, l-Algemene Inspectiedienst (Servizz ta’ spezzjoni ġenerali) tal-ministerie van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie (Ministeru għall-Affarijiet Ekonomiċi, Agrikoltura u Innovazzjoni) wettaq kontroll fuq il-post tal-osservanza tal-cross‑compliance tal-politika agrikola komuni. Matul dik l-ispezzjoni ġie kkonstatat li l-fertilizzant ma kienx inxtered b’mod li jipproduċi livell ta’ emissjonijiet baxx, kif meħtieġ minn dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-fertilizzant kien inxtered fuq il-mergħat ikkonċernati, fuq talba tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, minn kuntrattur agrikolu fis-servizz ta’ impriża ta’ xogħlijiet agrikoli.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Abbażi ta’ din il-konstatazzjoni, fid-<DATE ISO="20100729">29 ta’ Lulju 2010</DATE>, il-College adotta deċiżjoni li permezz tagħha naqqas b’ 20 %, minħabba nuqqas ta’ konformità intenzjonali tal-imsemmija leġiżlazzjoni nazzjonali, l-għajnuna għall-amministrazzjoni ta’ rziezet li jirrispettaw l-ambjent, li kienu jibbenefikaw minnha r-rikorrenti fil-kawża prinċipali. In-nuqqas ta’ konformità tal-kuntrattur agrikolu mal-obbligu li jxerred il-fertilizzant b’mod li jipproduċi livell ta’ emissjonijiet baxx, ġie imputat lilhom.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentaw ilment kontra din id-deċiżjoni, li ġie miċħud mill-College permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20101202">2 ta’ Diċembru 2010</DATE>, għar-raġuni li l-obbligu li l-fertilizzant jinxtered b’mod li jipproduċi livell ta’ emissjonijiet baxx huwa politika stabbilita u li ilha fis-seħħ, fis-sens tal-Artikolu 8(2)(c) tad-Digriet.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Peress li r-rikors ippreżentat mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali quddiem ir-Rechtbank ’s-Gravenhage ġie miċħud, dawn appellaw quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Kien f’dawn iċ-ċirkustanzi li r-Raad van State iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1)</NO.P><TXT>Kif għandha tinftiehem il-frażi <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>nuqqas ta’ konformità intenzjonali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> [li tinsab] fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament [...] Nru 1698/2005 [...], kif emendat bir-Regolament [...] Nru 74/2009 [...], fl-Artikolu 23 tar-Regolament [...] Nru 1975/2006 [...], u fl-Artikolu 67(1) tar-Regolament [...] Nru 796/2004 [...][?] [S]abiex jiġi preżunt li seħħ in-nuqqas ta’ osservanza intenzjonali, huwa suffiċjenti li politika stabbilita u li ilha fis-seħħ ma tiġix osservata, kif deskritta fl-Artikolu 8(2)(c) ta[d-Digriet]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi li fl-Istat Membru jiġi deċiż li skema ma hijiex osservata <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>intenzjonalment<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/>, kif jirriżulta minn dawn ir-regolamenti, minħabba s-sempliċi fatt li sseħħ waħda jew iktar miċ-ċirkustanzi segwenti:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-intenzjoni diġà ġiet preżunta fir-rekwiżit tal-konformità [cross‑compliance] inkwistjoni li ma ġiex osservat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>ir-rekwiżit tal-konformità inkwistjoni huwa kumpless;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>teżisti politika stabbilita u li ilha fis-seħħ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>teżisti azzjoni jew ommissjoni volontarja;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>il-bidwi kien ġie informat minn qabel dwar nuqqasijiet fl-osservanza tar-rekwiżit tal-konformità inkwistjoni, u</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>l-estent li fih ir-rekwiżit tal-konformità ma ġiex osservat jagħti lok għal dan?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>In-natura <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>intenzjonali<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="2019" ID="QE0021"/> tan-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>nuqqas ta’ konformità<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/> tista’ tiġi imputata lill-benefiċjarju tal-għajnuna jekk terz iwettaq ix-xogħolijiet fuq talba tal-benefiċjarju?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi osservat, bħalma l-Avukat Ġenerali rrilevat fil-punt 25 tal-konklużjonijiet tagħha, li l-Artikolu 51 tar-Regolament Nru 1698/2005 japplika għall-kawża prinċipali fil-verżjoni preċedenti għal dik emendata bir-Regolament Nru 74/2009, verżjoni li fiha ma jinsabx il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>nuqqas ta’ konformità intenzjonali<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif enfasizza b’mod partikolari l-Gvern Sloven fl-osservazzjonijiet tiegħu, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq ksur tal-obbligu li l-fertilizzant jinxtered b’mod li jipproduċi livell ta’ emissjonijiet baxx, li jikkostitwixxi politika stabbilita u li ilha fis-seħħ, fis-sens tal-Artikolu 8(2)(c) tad-Digriet.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tippreċiża wkoll li huwa l-obbligu tagħha, fil-kuntest tal-kawża li għandha quddiemha, li teżamina jekk ir-Rechtbank ’s-Gravenhage ddeċidietx b’mod korrett li l-College ma wettaqx żball meta qies li s-sempliċi fatt li l-imsemmi obbligu jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>politika stabbilita u li ilha fis-seħħ<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> iwassalx sabiex ir-regoli dwar il-cross‑compliance ma ġewx osservati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>intenzjonalment<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, anki jekk terz iwettaq ix-xogħlijiet fuq talba tal-bidwi.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, l-ewwel u t-tieni domanda għandhom jinftiehmu fis-sens li l-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, kif għandu jiġi interpretat il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>nuqqas ta’ konformità intenzjonali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> fis-sens tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament Nru 796/2004 u l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1975/2006 u jekk id-dritt tal-Unjoni jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tagħti saħħa probatorja kbira lill-kriterju tal-eżistenza ta’ politika stabbilita u li ilha fis-seħħ.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>nuqqas ta’ konformità intenzjonali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi kif għandu jiġi interpretat il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>nuqqas ta’ konformità intenzjonali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> fis-sens tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament Nru 796/2004 u tal-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1975/2006.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>L-ewwel nett għandu jitfakkar li, fil-kuntest tar-riforma tal-politika agrikola komuni stabbilita mir-Regolament Nru 1782/2003, li r-Regolament Nru 796/2004 jippreċiża ċerti modalitajiet ta’ applikazzjoni tiegħu, il-pagamenti diretti ġew konnessi, kif tindika l-premessa 2 tar-Regolament Nru 1782/2003, mal-osservanza tar-regoli fil-qasam tal-cross-compliance. Mill-Artikolu 51(1) tar-Regolament Nru 1698/2005 jirriżulta li din l-interdipendenza ġiet introdotta wkoll fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda s-sanzjonijiet li jistgħu jiġu imposti għan-nuqqas ta’ konformità kkonstatat, mill-Artikolu 51(1) tar-Regolament Nru 1698/2005 u l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1975/2006 jirriżulta li l-ksur tar-regoli dwar il-cross-compliance jagħti lok għal tnaqqis li huwa kkalkolat skont l-Artikoli 66 u 67 tar-Regolament Nru 796/2004.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1975/2006 jirriżulta li s-sanzjonijiet fil-każ ta’ ksur tar-rekwiżiti ta’ cross‑compliance huma applikati fil-każ ta’ traskuraġni jew ta’ att intenzjonali. Għaldaqstant, is-sistema ta’ responsabbiltà prevista minn dan ir-regolament ma għandhiex natura oġġettiva.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>La l-Artikolu 67 tar-Regolament Nru 796/2004 u lanqas l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1975/2006 ma jiddefinixxu l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>nuqqas ta’ konformità intenzjonali<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>. Tali definizzjoni lanqas ma tirriżulta minn dispożizzjonijiet oħra ta’ dawn ir-regolamenti li, barra minn hekk, lanqas ma jirreferu għad-dritt tal-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Għaldaqstant, b’applikazzjoni ta’ ġurisprudenza stabbilita, għandha ssir interpretazzjoni awtonoma u uniformi tal-imsemmi kunċett li għandha sseħħ fid-dawl tas-sens abitwali ta’ dawk il-kelmiet, tal-kuntest tal-imsemmija artikoli u tal-għan imfittex mil-leġiżlazzjoni li jirriżultaw minnhom (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<DATE ISO="20130314">14 ta’ Marzu 2013</DATE>, Leth, C‑420/11, punt 24 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>L-Artikolu 67(1) tar-Regolament Nru 796/2004 u l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1975/2006 ikopru każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità imwettaq intenzjonalment jew li għandu natura intenzjonali, rispettivament.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-ksur intenzjonali tar-regoli dwar il-cross-compliance huwa bbażat, minn naħa, fuq element oġġettiv, jiġifieri t-trasgressjoni ta’ dawn ir-regoli u, min-naħa l-oħra, fuq element suġġettiv.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna dan it-tieni element, il-benefiċjarju tal-għajnuna jista’ jadotta aġir partikolari jew bl-għan li ma jikkonformax mar-regoli dwar il-cross-compliance jew mingħajr ma jfittex tali għan, iżda billi jaċċetta l-possibbiltà li tali nuqqas ta’ konformità jista’ tirriżulta.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-kuntest li fih jaqa’ l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>att intenzjonali<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, għandu jiġi rrilevat li l-leġiżlatur tal-Unjoni jipprovdi, b’mod partikolari fl-Artikolu 67(1) tar-Regolament Nru 796/2004, kemm il-possibbiltà ta’ żieda jew ta’ tnaqqis tas-sanzjonijiet previsti għal att intenzjonali. Għaldaqstant, l-imsemmija dispożizzjoni tinkorporta ċertu grad ta’ diversità ta’ atti intenzjonali ta’ benefiċjarju ta’ għajnuna.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>nuqqas ta’ konformità intenzjonali<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, fis-sens tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament Nru 796/2004 u tal-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1975/2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippresupponi l-ksur tar-regoli dwar il-cross-compliance minn benefiċjarju ta’ għajnuna li jfittex li ma jikkonformax mal-imsemmija regoli jew li, mingħajr ma jfittex li jagħmel dan, jaċċetta l-possibbiltà li dan jista’ jirriżulta.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-kriterju bbażat fuq l-eżistenza ta’ politika stabbilita u li ilha fis-seħħ</P></TI></TITLE><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk id-dritt tal-Unjoni jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tagħti saħħa probatorja kbira lill-kriterju tal-eżistenza ta’ politika stabbilita u li ilha fis-seħħ.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li la r-Regolament Nru 796/2004 u lanqas ir-Regolament Nru 1975/2006 ma jipprovdu modalitajiet għall-amministrazzjoni tal-provi intiżi sabiex jistabbilixxu li n-nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti tal-cross-compliance kien intenzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li huwa l-obbligu tad-dritt nazzjonali li jistabbilixxi l-kriterji għal dawn il-modalitajiet. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jipprevedu dispożizzjonijiet li jippermettu li tiġi kkonstatata n-natura intenzjonali tal-ksur tar-regoli dwar il-cross‑compliance.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Madankollu, meta Stat Membru jintroduċi dispożizzjoni li, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tistabbilixxi bħala tali kriterju l-eżistenza ta’ politika stabbilita u li ilha fis-seħħ u tagħti lill-imsemmi kriterju saħħa probatorja kbira, l-imsemmi Stat għandu, madankollu, tipprovdi l-possibbiltà li l-benefiċjarju ta’ għajnuna jipproduċi l-prova tal-assenza ta’ element intenzjonali fl-aġir tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, ir-risposta għall-ewwel u t-tieni domanda għandha tkun li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>nuqqas ta’ konformità intenzjonali<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, fis-sens tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament Nru 796/2004 u tal-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1975/2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżiġi l-ksur tar-regoli dwar il-cross-compliance minn benefiċjarju ta’ għajnuna li jfittex li ma jikkonformax mal-imsemmija regoli jew li, mingħajr ma jfittex li jagħmel dan, jaċċetta l-possibbiltà li dan jista’ jirriżulta. Id-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali li, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tagħti saħħa probatorja kbira lill-kriterju tal-eżistenza ta’ politika stabbilita u li ilha fis-seħħ, sakemm il-benefiċjarju tal-għajnuna jkollu l-possibbiltà, jekk ikun il-każ, li jipproduċi l-prova tal-assenza ta’ element intenzjonali fl-aġir tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 67(1) tar-Regolament Nru 796/2004 u l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1975/2006 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ ksur tar-rekwiżiti dwar il-cross-compliance minn terz li jeżegwixxi xi xogħlijiet fuq talba tal-benefiċjarju tal-għajnuna, l-aġir ta’ dan it-terz jista’ jiġi imputat lill-imsemmi benefiċjarju.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Hekk kif l-Avukat Ġenerali jirrileva fil-punt 58 tal-konklużjonijiet tagħha, is-sistema ta’ sanzjonijiet ġiet prevista, kif jirriżulta mill-premessa 45 tar-Regolament Nru 1698/2005, sabiex tissanzjona lill-benefiċjarji ta’ għajnuna jekk ma josservawx, fl-azjenda kollha tagħhom, ir-rekwiżiti obbligatorji previsti fil-qasam tal-cross-compliance mir-Regolament (KE) Nru 1782/2003.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1975/2006, għandhom japplikaw sanzjonijiet biss fil-każ ta’ ksur tar-rekwiżiti tal-cross-compliance bi traskuraġni jew b’att intenzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Xorta jibqa’ l-fatt li, kif tirrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 61 tal-konklużjonijiet tagħha, il-leġiżlatur tal-Unjoni ried iżomm lill-benefiċjarju tal-għajnuna responsabbli kemm għall-att jew l-omissjoni tiegħu stess kif ukoll għal dawk ta’ terzi.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Għaldaqstant tqum il-kwistjoni dwar liema huma l-kriterji li taħthom il-benefiċjarju tal-għajnuna jista’ jinżamm responsabbli għall-att jew l-ommissjoni ta’ terz li jkun naqas milli jikkonforma mar-regoli tal-cross-compliance.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-imsemmija responsabbiltà taqa’ taħt is-sistema ta’ responsabbiltà għall-att jew l-omissjoni tal-imsemmi benefiċjarju stess.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Konsegwentement, sabiex benefiċjarju tal-għajnuna jinżamm responsabbli minn att jew omissjoni ta’ terz li jkun wettaq xi xogħlijiet fuq l-art tiegħu għalih, huwa meħtieġ li l-aġir tal-imsemmi benefiċjarju jkollu natura intenzjonali jew negliġenti.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>F’tali ipoteżi, anki jekk l-aġir tal-benefiċjarju tal-għajnuna stess ma jkunx direttament il-kawża ta’ dan in-nuqqas ta’ konformità, din tista’ tkun l-għażla ta’ terz, is-sorveljanza ta’ dan tal-aħħar jew l-istruzzjonijiet mogħtija lilu.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-responsabbiltà ta’ benefiċjarju tal-għajnuna għat-traskuraġni tiegħu jew għall-aġir intenzjonali tiegħu, tista’ tiġi stabbilita indipendentement min-natura intenzjonali jew negliġenti tal-aġir ta’ terz li ma jkunx ikkonforma mar-regoli tal-kundizzjonalità.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni tikkonforma mal-għan tas-sanzjonijiet tal-ksur tar-regoli dwar il-cross-compliance li huma intiżi sabiex jinkoraġġixxu lill-bdiewa josservaw il-leġiżlazzjoni eżistenti fid-diversi oqsma tal-cross‑compliance. Fil-fatt, minn naħa, in-neċessità li jkun hemm aġir intenzjonali jew negliġenti ta’ benefiċjarju ta’ għajnuna sabiex dan jinżamm responsabbli ta’ atti jew omissjonijiet ta’ terzi tippermetti li jinżamm l-effett ta’ inċentiv ta’ dawn is-sanzjonijiet, imsemmi fil-premessa 56 tar-Regolament Nru 796/2004. Min-naħa l-oħra, tali interpretazzjoni tipprevjeni l-abbużi, peress li l-benefiċjarju tal-għajnuna la jista’ jeżonera ruħu billi jagħti b’appalt ix-xogħlijiet agrikoli fuq l-art tiegħu u lanqas inaqqas ir-responsabbiltà tiegħu billi jipproduċi prova li t-terz inkwistjoni, pereżempju, aġixxa bi traskuraġni sabiex jeskludi r-responsabbiltà tiegħu għal att intenzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Konsegwentement ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li, l-Artikolu 67(1) tar-Regolament Nru 796/2004 u l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1975/2006 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ ksur tar-rekwiżiti dwar il-cross‑compliance minn terz li jeżegwixxi xi xogħlijiet fuq talba tal-benefiċjarju tal-għajnuna, l-imsemmi benefiċjarju jista’ jinżamm responsabbli minn dan il-ksur jekk ikun aġixxa b’mod intenzjonali jew negliġenti minħabba l-għażla jew is-sorveljanza ta’ dan it-terz jew l-istruzzjonijiet mogħtija lilu, u dan indipendentement min-natura intenzjonali jew negliġenti tal-aġir tal-imsemmi terz.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>nuqqas ta’ konformità intenzjonali<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> fis-sens tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, tal‑<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE>, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-<DATE ISO="20030929">29 ta’ Settembru 2003</DATE>, li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa, u tal-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1975/2006, tas-<DATE ISO="20061207">7 ta’ Diċembru 2006</DATE>, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll kif ukoll il-konformità reċiproka rigward il-miżuri ta’ sostenn għall-iżvilupp rurali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżiġi l-ksur tar-regoli dwar il-cross‑compliance minn benefiċjarju ta’ għajnuna li jfittex li ma jikkonformax mal-imsemmija regoli jew li, mingħajr ma jfittex li jagħmel dan, jaċċetta l-possibbiltà li dan jista’ jirriżulta. Id-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali li, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tagħti saħħa probatorja kbira lill-kriterju tal-eżistenza ta’ politika stabbilita u li ilha fis-seħħ, sakemm il-benefiċjarju tal-għajnuna jkollu l-possibbiltà, jekk ikun il-każ, li jipproduċi l-prova tal-assenza ta’ element intenzjonali fl-aġir tiegħu.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 67(1) tar-Regolament Nru 796/2004 u l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1975/2006 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ ksur tar-rekwiżiti dwar il-cross‑compliance minn terz li jeżegwixxi xi xogħlijiet fuq talba tal-benefiċjarju tal-għajnuna, l-imsemmi benefiċjarju jista’ jinżamm responsabbli minn dan il-ksur jekk ikun aġixxa b’mod intenzjonali jew negliġenti minħabba l-għażla jew is-sorveljanza ta’ dan it-terz jew l-istruzzjonijiet mogħtija lilu, u dan indipendentement min-natura intenzjonali jew negliġenti tal-aġir tal-imsemmi terz.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><?PAGE NO="11"?><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>