<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑402/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0402</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2333">EU:C:2014:2333</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20141105">5.11.2014</DATE> — KAWŻA C‑402/13</P><P>CYPRA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Grieg.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Agrikoltura</KEYWORD><KEYWORD>Spezzjonijiet sanitarji</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 854/2004</KEYWORD><KEYWORD>Prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman</KEYWORD><KEYWORD>Kontrolli uffiċjali</KEYWORD><KEYWORD>Ħatra ta’ veterinarju uffiċjali</KEYWORD><KEYWORD>Qtil tal-bhejjem</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑402/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa minn Anotato Dikastirio Kyprou (Ċipru), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130605">5 ta’ Ġunju 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20130716">16 ta’ Lulju 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Cypra Ltd</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Kypriaki Dimokratia,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn A. Tizzano, President tal-Awla, A. Borg Barthet (Relatur), M. Berger, S. Rodin u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Cypra Ltd, minn T. Andreou, dikigoros,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċiprijott, minn M. Chatzigeorgiou, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn I. Chalkias u A. Vasilopoulou, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Bianchi u D. Triantafyllou, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 75) kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, tal-<DATE ISO="20061120">20 ta’ Novembru 2006</DATE>, (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="352M" PAGE.FIRST="629" DATE.PUB="2006">ĠU L 352M, p. 629</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Regolament Nru 854/2004<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Cypra Limited (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Cypra<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), proprjetarja u operatur ta’ biċċerija privata ta’ ħnieżer, ta’ nagħaġ, u ta’ mogħoż fil-provinċja ta’ Nikosija (Ċipru) u Kypriaki Dimokratia (ir-Repubblika ta’ Ċipru), irrappreżentata mill-Ministeru tal-Agrikoltura, tar-Riżorsi Naturali u tal-Ambjent u d-Direttur tas-Servizz Veterinarju, fir-rigward tar-rifjut ta’ dan tal-aħħar li jilqa’ t-talba ta’ Cypra li jibgħat veterinarju uffiċjali f’din il-biċċerija għal skopijiet ta’ kontroll tal-qtil fil-ġranet u fil-ħinijiet speċifiċi.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 4 sa 6, 8 u 9 tar-Regolament Nru 854/2004 huma redatti kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>(4)</NO.P><TXT>Il-kontrolli uffiċjali fuq prodotti ta’ oriġini mill-annimali għandhom ikopru l-aspetti kollha li huma importanti għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika u, fejn xieraq, is-saħħa ta’ l-annimali u l-welfare ta’ l-annimali. Dawn għandhom ikunu bbażati fuq l-informazzjoni relevanti l-aktar reċenti disponibbli u għandu għalhekk ikun possibbli biex jadattawhom hekk kif informazzjoni relevanti ġdida ssir disponibbli.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Il-leġislazzjoni tal-Komunità dwar is-sigurezza għandu jkollha bażi xjentifiku sod. Għal dan il-għan, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurezza ta’ l-Ikel għandha tiġi konsultata kull meta jkun meħtieġ.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>In-natura u l-intensità tal-kontrolli uffiċjali għandhom ikunu bbażati fuq stima tar-riskji tas-saħħa pubblika, is-saħħa u l-welfare ta’ l-annimali, fejn xieraq, it-tip u l-ammont ta’ materjal ipproċessat tal-proċessi mwettqa u l-operatur konċernat tan-negozju fl-ikel.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Il-kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni tal-laħam huma meħtieġa biex jivverifikaw li l-operaturi fin-negozju ta’ l-ikel jikkonformaw mar-regoli ta’ l-iġjene u jirrispettaw il-kriterji u l-miri preskritti fil-leġislazzjoni tal-Komunità. Dawn il-kontrolli uffiċjali għandhom jikkomprendu verifiki fuq il-kontrolli proprji ta’ l-operaturi tan-negozju fl-ikel ‘attivitajiet u spezzjonijiet, inklużi verifiki fuq l-operaturi tan-negozju fl-ikel’.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>Minħabba l-kapaċità speċifika tagħhom, huwa xieraq li l-veterinarji uffiċjali jwettqu verifiki u spezzjonijiet ta’ biċċeriji, stabbilimenti li jimmaniġġaw annimali tal-kaċċa u ċerti impjanti tat-tqattiegħ. L-Istati Membri għandhom ikollhom id-diskrezzjoni li jiddeċiedu dwar min huma l-ħaddiema l-aktar adattati għall-verifiki u l-ispezzjonijiet ta’ tipi oħra ta’ stabbilimenti.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Tifsiriet<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, it-tifsiriet li ġejjin għandhom japplikaw:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>kontroll uffiċjali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser kull forma ta’ kontroll li l-awtorità kompetenti twettaq għall-verifika tal-konformità mal-liġi dwar l-ikel, inklużi r-regoli dwar is-saħħa ta’ l-annimali u l-welfare ta’ l-annimali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>verifika<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tfisser verifika, permezz ta’ eżami u l-provvista ta’ evidenza oġġettiva, dwar jekk kienux ġew imħarsa ħtiġijiet speċifiċi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>awtorità kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser l-awtorità ċentrali ta’ Stat Membru kompetenti li twettaq verifiki veterinarji jew kull awtorità li lilha tkun ġiet delegata dik il-kompetenza;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>verifika<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser eżami sistematiku u indipendenti biex jiġi stabbilit jekk attivitajiet u riżultati relatati ikunux jikkonformaw ma’ arranġamenti ppjanati u jekk dawn l-arranġamenti jkunux implimentati effettivament u jkunux adattati biex jintlaħqu l-miri;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>veterinarju uffiċjali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser veterinarju kwalifikat skond dan ir-Regolament, biex jaġixxi f’dik il-kariga u maħtur mill-awtorità kompetenti;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(7) u (9) ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.007"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>7.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ biċċeriji, stabbilimenti li jimmaniġġaw il-kaċċa u impjanti tat-tqattiegħ li jqiegħdu laħam frisk fis-suq, veterinarju uffiċjali għandu jwettaq il-kompiti ta’ verifiki msemmija fil-paragrafi 3 u 4.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="004.009"><NO.PARAG>9.</NO.PARAG><ALINEA><P>In-natura u l-intensità tal-kompiti ta’ verifika fir-rigward ta’ stabbilimenti individwali għandhom jiddependu fuq ir-riskju stmat. Għal dan il-għan, l-awtorità kompetenti għandha regolarment tagħmel stima:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>tar-riskji għas-saħħa tal-pubbliku, u fejn xieraq, ta’ l-annimali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>fil-każ ta’ biċċeriji, l-aspetti tal-welfare ta’ l-annimali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>it-tip u l-ammont ta’ materjal ipproċessat u l-proċessi mwettqa; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>ir-rekord tal-passat ta’ l-operatur tan-negozju fl-ikel fir-rigward tal-konformita mal-liġi dwar l-ikel.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Laħam frisk<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kontrolli uffiċjali fir-rigward ta’ laħam frisk iseħħu skond l-Anness I.</P><?PAGE NO="4"?><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq kompiti ta’ spezzjoni f’biċċeriji, stabbilimenti li jimmaniġġaw il-kaċċa u impjanti tat-tqattiegħ li jqegħdu fis-suq laħam frisk skond il-ħtiġijiet ġenerali tat-Taqsima I, il-Kapitolu II, ta’ l-Anness I, u l-ħtiġijiet speċifiċi tat-Taqsima IV, b’mod partikolari fir-rigward ta’:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>informazzjoni dwar il-katina ta’ l-ikel;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>spezzjoni qabel il-qatla;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-welfare ta’ l-annimali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>spezzjoni wara l-qtil;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>materjal speċifikat ta’ riskju u bi-prodotti oħra mill-annimali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>ttestjar fil-laboratorju.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom impjegati uffiċjali biżżejjed biex iwettqu l-kontrolli uffiċjali meħtieġa taħt l-Anness I bil-frekwenza speċifikata fit-Taqsima III, Kapitolu II.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>Għandha tiġi segwita sistema bbażata fuq ir-riskju biex issir stima tan-numru ta’ ħaddiema uffiċjali li huma meħtieġa li jkunu presenti fuq il-linja tal-qtil f’biċċerija partikolari. In-numru ta’ impjegati uffiċjali nvoluti għandu jiġi deċiż mill-awtorità kompetenti u għandu jkun tali li jitħarsu l-ħtiġijiet kollha ta’ dan ir-Regolament.</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Anness I tar-Regolament Nru 854/2004, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Laħam frisk<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> jippreċiża fit-Taqsima I tal-Kapitolu II, B:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.P><TXT>Bla ħsara għall-paragrafi 4 u 5:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq spezzjoni qabel il-qatla fuq l-annimali kollha qabel il-qatla;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>dik l-ispezzjoni għandha sseħħ fi żmien 24 siegħa tal-wasla fil-biċċerija u anqas minn 24 siegħa qabel il-qatla.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>B’żieda, il-veterinarju uffiċjali jista’ jeħtieġ spezzjoni f’kull żmien ieħor.</P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>It-Taqsima III ta’ dan l-anness intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Responsabbiltajiet u frekwenza ta’ kontrolli<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, tipprovdi fil-Kapitolu II tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1.</NO.P><TXT>L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li ta’ l-anqas veterinarju uffiċjali wieħed ikun presenti:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>fil-biċċeriji, matul il-ħin kollu ta’ l-ispezzjonijiet ta’ qabel il-qatla u ta’ wara l-qatla: u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>fi stabbilimenti li jimmaniġġaw il-kaċċa, matul il-ħin kollu ta’ l-ispezzjoni ta’ wara l-qatla.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><?PAGE NO="5"?><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20070305">5 ta’ Marzu 2007</DATE>, Cypra kkomunikat lis-servizzi veterinarji kompetenti l-programm tagħha ta’ qtil għax-xhur ta’ Marzu u ta’ April 2007 u talbithom jorganizzaw il-kontroll tal-qtil qabel ma jseħħ fil-ġranet u fil-ħinijiet ippreċiżati f’din l-ittra, b’mod partikolari minħabba l-bżonnijiet ta’ qtil nhar ta’ Ħadd, intiżi li jissodisfaw impenji kuntrattwali għall-esportazzjoni ta’ laħam tal-majjal lejn il-Greċja.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20070309">9 ta’ Marzu 2007</DATE>, Cypra tenniet it-talba tagħha billi ppreċiżat, b’mod parallelu, li hija tistabbilixxi hija stess il-programm u l-ħinijiet ta’ xogħol tal-biċċerija tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Peress li din it-talba ġiet miċħuda, Cypra ppreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-qorti tal-ewwel istanza ċaħdet ir-rikors, prinċipalment billi laqgħet fl-eċċezzjoni preliminari mqajma mill-konvenuti li tipprovdi li r-rifjut li tintlaqa’ t-talba tar-rikorrenti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>ma jikkostitwixxix nuqqas għal obbligu li jirriżulta mil-liġi, iżda nuqqas li tittieħed azzjoni li jirriżulta minn setgħa diskrezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> u, b’konsegwenza, ma jikkostitwixxix att li għandu saħħa eżekuttiva li jista’ jiġi kkontestat fuq il-bażi tal-Artikolu 146 tal-Kostituzzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Adita b’appell, l-Anotato Dikastirio Kyprou (Qorti Suprema tar-Repubblika ta’ Ċipru) tqis li l-interpretazzjoni tar-Regolament Nru 854/2004 hija inkwistjoni. Hija tistaqsi liema huma l-obbligi li għandhom l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u liema huma l-limiti tas-setgħa diskrezzjonali li minnha jibbenefikaw dawn l-awtoritajiet fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Anotato Dikastirio Kyprou ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1)</NO.P><TXT>Id-dispozizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 jagħtu lill-awtorità kompetenti s-setgħa diskrezzjonali li tiddefinixxi l-mument li fih isir il-qtil tal-bhejjem, bil-ħsieb li jinħatar veterinarju uffiċjali għall-finijiet ta’ [kontroll] tal-qtil, jew din l-awtorità hija obbligata taħtar tali veterinarju fil-ħin u l-ġurnata tal-qtil [stabbiliti] mill-biċċier?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 jagħtu lill-awtorità kompetenti s-setgħa diskrezzjonali li tirrifjuta li taħtar veterinarju uffiċjali għall-finijiet ta’ [kontroll] veterinarj[u] meta din tiġi informata b’operazzjoni ta’ qtil ta’ bhejjem f’biċċerija debitament approvata, f’ħin u ġurnata [speċifiċi]?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz taż-żewġ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 854/2004 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li huwa l-obbligu tal-awtorità kompetenti li tistabbilixxi l-mument li fih isir il-qtil tal-bhejjem, bil-ħsieb li jinħatar veterinarju uffiċjali għall-finijiet ta’ kontroll tal-qtil, jew jekk din l-awtorità hijiex obbligata tibgħat tali veterinarju fil-ġranet u fil-ħinijiet tal-qtil stabbiliti mill-biċċerija, mingħajr ma tkun tista’ topponi.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Bil-ħsieb li jiġu interpretati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 854/2004, mill-bidu għandu jiġi rrilevat li dan huwa bbażat fuq l-Artikolu 168(4)(b) TFUE li l-iskop tiegħu huwa l-ħarsien tas-saħħa pubblika.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-premessa 4 ta’ dan ir-regolament jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>[l]-kontrolli uffiċjali fuq prodotti ta’ oriġini mill-annimali għandhom ikopru l-aspetti kollha li huma importanti għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika u, fejn xieraq, is-saħħa ta’ l-annimali u l-welfare ta’ l-annimali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. Mill-premessi 8 u 9 jirriżulta li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>[l]-kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni tal-laħam huma meħtieġa biex jivverifikaw li l-operaturi fin-negozju ta’ l-ikel jikkonformaw mar-regoli ta’ l-iġjene u jirrispettaw il-kriterji u l-miri preskritti fil-leġislazzjoni tal-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>[m]inħabba l-kapaċità speċifika tagħhom, huwa xieraq li l-veterinarji uffiċjali jwettqu verifiki u spezzjonijiet ta’ biċċeriji [...]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 854/2004 jippreskrivi regoli speċjali għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti ta’ oriġini mill-annimali.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kontrolli li għandhom jitwettqu mill-veterinarji uffiċjali, l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 854/2004 jipprovdi li l-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq kompiti ta’ spezzjoni f’biċċeriji skont il-ħtiġijiet ġenerali tat-Taqsima I tal-Kapitolu II tal-Anness I ta’ dan ir-regolament. Dan l-artikolu jipprovdi wkoll, fil-paragrafu 5 tiegħu, li n-numru ta’ veterinarji uffiċjali għandu jkun biżżejjed sabiex iwettqu l-kontrolli uffiċjali meħtieġa taħt l-Anness I bil-frekwenza speċifikata fit-Taqsima III tal-Kapitolu II.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, il-punt 1(b) tat-Taqsima I tal-Kapitolu II, B tal-Anness I tar-Regolament Nru 854/2004 jipprovdi li l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha tiżgura li veterinarju uffiċjali jkun preżenti fil-biċċeriji sabiex iwettaq spezzjoni qabel il-qatla, din l-ispezzjoni għandha sseħħ fi żmien 24 siegħa tal-wasla fil-biċċerija u inqas minn 24 siegħa qabel il-qatla.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>B’hekk, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 854/2004 jipprovdu mhux biss setgħa diskrezzjonali tar-riskji għas-saħħa tal-pubbliku u għall-welfare tal-annimali, iżda wkoll l-obbligu għall-awtoritajiet kompetenti sabiex jiżguraw in-natura u l-ħeffa tal-proċeduri pprovduti kif ukoll l-obbligu li jkollhom il-persunal meħtieġ.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif ġustament indikaw kemm il-Gvern Pollakk, il-Gvern Ċiprijott kif ukoll l-Kummissjoni Ewropea, ir-Regolament Nru 854/2004 ma jinkludi ebda dispożizzjoni li tirrigwarda l-ħinijiet ta’ xogħol u l-vaganzi tal-awtoritajiet kompetenti u ma jippreċiża, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, xejn jekk dawn humiex obbligati li jkollhom persunal il-Ħdud u l-vaganzi. Fil-fatt, il-punt 1(b) tat-Taqsima I tal-Kapitolu II, B tal-Anness I ta’ dan ir-regolament sempliċement jistabbilixxi kuntest <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> fir-rigward ta’ ċerti attivitajiet tal-veterinarji uffiċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, skont il-prinċipji ġenerali li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea u li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-Istati Membri, huma l-Istati Membri li għandhom, skont l-Artikolu 5 KE, jiżguraw fuq it-territorju tagħhom l-implementazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet tal-Unjoni. Sa fejn id-dritt tal-Unjoni, inklużi l-prinċipji ġenerali tiegħu, ma jipprovdux regoli komuni f’dan ir-rigward, l-awtoritajiet nazzjonali, fl-implementazzjoni ta’ dawn il-leġiżlazzjonijiet, għandhom isegwu r-regoli sostantivi u r-regoli ta’ proċedura tad-dritt nazzjonali tagħhom (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Dominikanerinnen-Kloster Altenhohenau, C‑285/93, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:398">EU:C:1995:398</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 26, Karlsson <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑292/97, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:202">EU:C:2000:202</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27, kif ukoll Azienda Agricola Giorgio, Giovanni u Luciano Visentin <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑495/00, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:180">EU:C:2004:180</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 39).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Peress li r-Regolament Nru 854/2004 ma jinkludi ebda regola komuni f’dan ir-rigward, xejn ma jipprekludi, fil-prinċipju, sabiex l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu liema huma l-vaganzi u jirrifjutaw li jibagħtu veterinarju uffiċjali fil-biċċeriji matul dawn il-ġranet. Barra minn hekk, l-awtorità kompetenti ma tistax tkun obbligata li tissodisfa t-talbiet kollha ta’ kontroll imressqa mill-biċċeriji, peress li r-Regolament Nru 854/2004 ma jimponix fuq l-Istati Membri dan l-obbligu.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-awtorità kompetenti hija l-unika li għandha elementi ta’ informazzjoni dwar il-biċċeriji kollha u, konsegwentement, hija l-unika li tista’ tiddeċiedi, fid-dawl tal-kompiti li hija għandha fid-diversi biċċeriji, jekk l-ispezzjonijiet sanitarji tal-qtil jistgħux jitwettqu fid-dati proposti mill-biċċerija. B’hekk,<?PAGE NO="7"?> l-awtorità kompetenti għandha tkun tista’ tistabbilixxi, flimkien mal-persuni responsabbli tal-biċċeriji, il-ħin tat-twettiq tal-kontrolli mill-veterinarji uffiċjali previsti fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 854/2004 li jirreferi għat-Taqsima I tal-Kapitolu II tal-Anness I ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Madankollu, meta jadottaw miżuri ta’ implementazzjoni ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom l-obbligu jeżerċitaw is-setgħa diskrezzjonali tagħhom billi josservaw, b’mod partikolari, il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Mulligan <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑313/99, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:386">EU:C:2002:386</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 35, kif ukoll Azienda Agricola Giorgio, Giovanni u Luciano Visentin <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:180">EU:C:2004:180</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 40), fosthom il-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ta’ proporzjonalità u ta’ nondiskriminazzjoni (sentenza Kurt u Thomas Etling <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑230/09 u C‑231/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:271">EU:C:2011:271</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 74).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>B’hekk, biex jiġu osservati l-prinċipji msemmija fil-punt 26 ta’ din is-sentenza u bi skop ta’ ppjanar tal-kontrolli uffiċjali meħtieġa mill-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 854/2004, l-awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta li tibgħat veterinarji uffiċjali fil-ġranet u fil-ħinijiet mitluba mill-biċċeriji sakemm ma jkunx objettivament neċessarju li l-qtil iseħħ f’ġurnata speċifika.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, huma l-biċċeriji, bi ħsieb li jiġu stabbiliti l-ħinijiet ta’ qtil, li għandhom jinformaw bil-quddiem u f’terminu raġonevoli l-awtoritajiet kompetenti bid-data u bil-ħin tal-qtil tal-bhejjem, sabiex l-imsemmija awtoritajiet ikunu jistgħu jibagħtu veterinarji fil-ħinijiet mitluba. F’dan ir-rigward, u sabiex jiġi ggarantit li ma tiġix ippreġudika l-effiċjenza tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 854/2004, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa sa liema punt it-talba ta’ qtil, f’dan il-każ, ġiet ifformulata b’mod suffiċjenti bil-quddiem sabiex tippermetti lill-awtorità kompetenti li torganizza l-wasla ta’ veterinarju uffiċjali u jkun objettivament neċessarju li l-qtil iseħħ il-Ħadd.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal preċedentement, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 854/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux, fil-prinċipju, li l-awtorità kompetenti tistabbilixxi l-mument li fih isir il-qtil tal-bhejjem, bil-ħsieb li jinħatar veterinarju uffiċjali għall-finijiet ta’ kontroll tal-qtil, u tirrifjuta li tibgħat dan il-veterinarju fil-ġranet u fil-ħinijiet tal-qtil stabbiliti mill-biċċerija sakemm ma jkunx objettivament neċessarju li l-qtil iseħħ f’ġurnata speċifika, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, tal-<DATE ISO="20061120">20 ta’ Novembru 2006</DATE>, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux, fil-prinċipju, li l-awtorità kompetenti tistabbilixxi l-mument li fih isir il-qtil tal-bhejjem, bil-ħsieb li jinħatar veterinarju uffiċjali għall-finijiet ta’ kontroll tal-qtil, u tirrifjuta li tibgħat dan il-veterinarju fil-ġranet u fil-ħinijiet tal-qtil stabbiliti mill-biċċerija sakemm ma jkunx objettivament neċessarju li l-qtil iseħħ f’ġurnata speċifika, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>