28.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 280/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2073

tas-27 ta’ Ottubru 2022

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 tal-4 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-4 ta’ Frar 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 101/2011.

(2)

Abbażi ta’ rieżami mill-Kunsill, jenħtieġ li l-entrati għal seba’ persuni u l-informazzjoni dwar id-drittijiet tad-difiża tagħhom u d-dritt tagħhom għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva jitħassru.

(3)

Għalhekk l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 101/2011 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)   ĠU L 31, 5.2.2011, p. 1.


ANNESS

Fit-taqsimiet A u B tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 101/2011, jitħassru l-entrati għall-persuni li ġejjin:

“4.

Mohamed Ben Moncef Ben Mohamed TRABELSI”;

“36.

Kaïs Ben Slaheddine Ben Haj Hamda BEN ALI”;

“37.

Hamda Ben Slaheddine Ben Haj Hamda BEN ALI”;

“38.

Najmeddine Ben Slaheddine Ben Haj Hamda BEN ALI”;

“39.

Najet Bent Slaheddine Ben Haj Hamda BEN ALI”;

“43.

Imed Ben Habib Ben Bouali LTAIEF”;

“44.

Naoufel Ben Habib Ben Bouali LTAIEF”.