Official Journal L 195 , 23/07/1988 P. 0079 - 0079
Id-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tat-18 ta' Lulju 1988 li tirrigwardja l-konklużjoni ta' Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar ir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam ta' materji avvanzati (Euram) (88/405/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 235 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ([1]), Billi, bid-Deċiżjoni 86/235/KEE ([2]), il-Kunsill adotta programm ta' riċerka dwar materji (materji primi u materji avvanzat), (1986 sa 1989), li jinkludi subprogramm dwar il-materji avvanzati (Euram); billi l-Artikolu 6 ta' dik id-Deċiżjoni tawtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehim ma' l-Istati terzi, partikolarment dawk involuti f' koperazzjoni Ewropea fil-qasam ta' riċerka xjentifika u teknika (COST), bil-ħsieb li jiġu assoċjati totalment jew parzjalment ma' dan il-progamm; Billi, bid-Deċiżjoni 87/117/KEE ([3]), il-Kunsill approva f' isem il-Komunità Ekonomika Ewropea il- Ftehim Qafas għal koperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunitajiet Ewropej u, fost oħrajn, il-Konfederazzjoni Svizzera; Billi dan il-Ftehim għandu jiġi approvat; Billi t-Trattat ma pprovdiex il-poteri meħtieġa, għajr dawk ta' l-Artikolu 235, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar riċerka u żvilupp fil-qasam ta' materji avvanzati (Euram), huwa hawnhekk approvat f' isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika pprovduta fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ([4] ). Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' Lulju 1988. Għall-Kunsill Il-President Y. POTTAKIS [1] ĠU C 167, tas-27.6.1988. [2] ĠU L 159, ta' l-14.6.1986, p. 36. [3] ĠU L 71, ta' l-14.3.1987, p. 29. [4] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim trid tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.