|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/6131 |
19.11.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12609 — CERTARES / FS INTERNATIONAL / TRENITALIA FRANCE)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/6131)
1.
Fl-10 ta’ Novembru 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Certares Management LLC (“Certares Management”, l-Istati Uniti), |
|
— |
FS International S.p.A. (“FS International”, l-Italja), ikkontrollata minn Ferrovie dello Stato Italiane S.p.A. (“Ferrovie”), il-kumpanija azzjonarja tal-grupp ferrovjarju Taljan tal-istat (“Ferrovie Group”), |
|
— |
Trenitalia France S.A.S. (“Trenitalia France”, Franza), li bħalissa hi kkontrollata kollha kemm hi minn Ferrovie permezz ta’ FS International. |
Certares Management u FS International se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Trenitalia France.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Certares Management hija ditta ta’ investiment iffukata fuq l-ekosistema tal-ivvjaġġar, tat-turiżmu u tal-ospitalità, b’attivitajiet globali, |
|
— |
Ferrovie Group, permezz tas-sussidjarji tiegħu, huwa attiv fil-ġestjoni tal-infrastruttura ferrovjarja u tat-toroq, it-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri u tal-merkanzija, u servizzi relatati, primarjament fl-Italja u — permezz ta’ FS International sa fejn huwa kkonċernat it-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri — madwar l-Ewropa. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża Trenitalia France huma dawn li ġejjin: il-forniment ta’ servizzi ta’ trasport ferrovjarju tal-passiġġieri b’veloċità għolja fi Franza u fuq rotot transfruntieri.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12609 — CERTARES / FS INTERNATIONAL / TRENITALIA FRANCE
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/6131/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)