|
13.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 296/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1022/2010
tat-12 ta’ Novembru 2010
li jawtorizza żieda tal-limiti għall-arrikkiment tal-inbid prodott mill-għeneb maħsud fl-2010 f’ċerti żoni tat-tkabbir tad-dwieli
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 121 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Punt A.3 tal-Anness XVa għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-limiti ta’ żieda tas-saħħa alkoħolika (arrikkiment) ta’ nbid bil-volum, jiżdiedu b’sa 0,5 % fis-snin meta l-kundizzjonijiet klimatiċi jkunu eċċezzjonalment ħżiena. |
|
(2) |
Il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Ungerija, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja u r-Renju Unit talbu dawn iż-żidiet tal-limiti ta’ arrikkiment tal-inbid prodott mill-għeneb maħsud fis-sena 2010, hekk kif il-kundizzjonijiet klimatiċi matul l-istaġun tat-tkabbir kienu eċċezzjonalment ħżiena f’ċerti reġjuni ġeografiċi. |
|
(3) |
Minħabba t-temp eċċezzjonalment ħażin fl-2010, il-limiti fuq iż-żidiet tas-saħħa alkoħolika naturali stabbiliti fil-punt A.2 tal-Anness XVa għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, ma jippermettux il-produzzjoni ta’ nbid b’total ta’ saħħa alkoħolika xieraq f’ċerti reġjuni li jkabbru d-dwieli u li għalih normalment ikun hemm talba fis-suq. |
|
(4) |
Huwa għalhekk xieraq li tiġi awtorizzata żieda tal-limiti għall-arrikkiment tal-inbid prodott mill-għeneb maħsud fl-2010 f’ċerti reġjuni tat-tkabbir tad-dwieli. |
|
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fir-reġjuni ġeografiċi msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament, b’deroga mill-punt A.2 tal-Anness XVa għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, iż-żieda bil-volum fis-saħħa alkoħolika naturali ta’ għeneb frisk maħsud fis-sena 2010, most tal-għeneb, most tal-għeneb fil-fermentazzjoni, inbid ġdid li jkun għadu fil-proċess ta’ fermentazzjoni u nbid li ġie prodott mill-għeneb maħsud fis-sena 2010, ma għandhomx jaqbżu l-limiti li ġejjin:
|
(a) |
3,5 % volum fiż-żona A tat-tkabbir tad-dwieli msemmija fl-appendiċi tal-Anness XIb għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, |
|
(b) |
2,5 % volum fiż-żona B tat-tkabbir tad-dwieli msemmija fl-appendiċi tal-Anness XIb għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, |
|
(c) |
2,0 % volum fiż-żona C I tat-tkabbir tad-dwieli msemmija fl-appendiċi tal-Anness XIb għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
Reġjuni ġeografiċi fejn żieda fil-limitu ta’ arrikkiment hi awtorizzata skont l-Artikolu 1
|
L-Istat Membru |
Reġjuni ġeografiċi (żona tat-tkabbir tad-dwieli) |
|
Il-Belġju |
Ir-reġjuni kollha tat-tkabbir tad-dwieli (żona A) |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
Ir-reġjuni kollha tat-tkabbir tad-dwieli (żoni A u B) |
|
Id-Danimarka |
Ir-reġjuni kollha tat-tkabbir tad-dwieli (żona A) |
|
Il-Ġermanja |
Ir-reġjuni kollha tat-tkabbir tad-dwieli (żoni A u B) |
|
L-Ungerija |
Ir-reġjuni kollha tat-tkabbir tad-dwieli (żona C I) |
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
Ir-reġjuni kollha tat-tkabbir tad-dwieli (żona A) |
|
L-Awstrija |
Ir-reġjuni kollha tat-tkabbir tad-dwieli (żona B) |
|
Il-Polonja |
Ir-reġjuni kollha tat-tkabbir tad-dwieli (żona A) |
|
Is-Slovenja |
Podravje u Posavje (żona B) |
|
Is-Slovakkja |
Ir-reġjuni kollha tat-tkabbir tad-dwieli (żoni B u C I) |
|
Ir-Renju Unit |
L-Ingilterra, Wales (żona A) |