<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑29/13</NO.CASE><NO.CASE>C‑30/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0029</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:140">EU:C:2014:140</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20140313">13.3.2014</DATE> — KAWŻI MAGĦQUDA C‑29/13 u C‑30/13</P><P>GLOBAL TRANS LODZHISTIK</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20140313">13 ta’ Marzu 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kodiċi Doganali tal-Komunità</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 243 u 245</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KEE) Nru 2454/93</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 181a</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni appellabbli</KEYWORD><KEYWORD>Ammissibbiltà ta’ azzjoni ġudizzjarja mingħajr azzjoni amministrattiva minn qabel</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑29/13 u C‑30/13,</P><P>li għandhom bħala suġġett żewġ talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjonijiet tal-<DATE ISO="20130104">4 ta’ Jannar 2013</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20130121">21 ta’ Jannar 2013</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Global Trans Lodzhistik OOD</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Nachalnik na Mitnitsa Stolichna,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn A. Tizzano, President tal-Awla, A. Borg Barthet (Relatur), E. Levits, S. Rodin u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Global Trans Lodzhistik OOD, minn M. Aydarova, advokat,</P></ITEM><ITEM><P>għan-Nachalnik na Mitnitsa Stolichna, minn S. Zlatkov, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Bulgaru, minn E. Petranova u D. Drambozova, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn M. García-Valdecasas Dorrego, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn G. Albenzio, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Keppenne u S. Petrova kif ukoll minn B.-R. Killmann, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikoli 243 u 245 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="19961219">19 ta’ Diċembru 1996</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 8, p. 179, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Kodiċi Doganali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kif ukoll tal-Artikolu 181a(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-<DATE ISO="19930702">2 ta’ Lulju 1993</DATE>, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3254/94, tad-<DATE ISO="19941219">19 ta’ Diċembru 1994</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 5, p. 326, iktar ’il quddiem, ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Regolament Nru 2454/93<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ żewġ tilwimiet bejn Global Trans Lodzhistik OOD (iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Global Trans Lodzhistik<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u n-Nachalnik na Minitsa Stolichna (Direttur tal-uffiċċju doganali ta’ Sofia) dwar rikors ippreżentat minn din il-kumpannija intiż għall-annullament ta’ żewġ deċiżjonijiet li jirrettifikaw il-valur għal skopijiet doganali tal-merkanzija importata minnha u li jimponulha aġġustament fiskali fir-rigward tat-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>VAT<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(5) tal-Kodiċi Doganali huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Għall-iskopijiet ta’ dan il-Kodiċi, huma applikabbli definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser kull att uffiċjali mill-awtoritajiet doganali li għandu x’jaqsam ma’ regoli doganali li jagħtu deċiżjoni dwar każ partikolari, dan l-att ikollu effetti legali fuq persuna waħda jew persuni speċifiċi u identifikabbli; dan it-terminu jkopri, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, informazzjoni li torbot fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 12;<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6(3) ta’ dan il-kodiċi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Deċiżjonijiet adottati mill-awtoritajiet doganali bil-miktub li jew jiċħdu talbiet jew huma detrimentali għall-persuni li lilhom huma indirizzati għandhom jagħtu r-raġunijiet li fuqhom huma bbażati. Għandhom jagħmlu referenza għad-dritt ta’ appell li hemm provdut dwaru fl-Artikolu 243.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 243 tal-imsemmi kodiċi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="243.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull persuna għandu jkollha d-dritt li tappella kontra deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet doganali li jirrigwardaw l-applikazzjoni ta’ leġislazzjoni doganali, u li tinteressa lilha direttament u individwalment.</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="243.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-dritt ta’ appell jista’ jiġi eżerċitat:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>inizjalment, quddiem l-awtoritajiet doganali nominati għal dak l-iskop mill-Istati Membri;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>sussegwentement, quddiem korp indipendenti, li jista’ jkun awtorità ġudizzjarja jew korp speċjalizzat ekwivalenti, skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istati Membri.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 245 tal-istess kodiċi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ l-appelli għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 181a tar-Regolament Nru 2454/93 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="181A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtoritajiet doganali m’għandhomx għalfejn jistabbilixxu l-valutazzjoni doganali tal-merkanzija importata fuq il-bażi tal-metodu tal-valur tat-transazzjoni jekk, skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2, dawn ma jkunux sodisfatti, fuq il-bażi ta’ dubji raġonevoli, li l-valur dikjarat jirrappreżenta l-ammont totali mħallas jew dovut kif imsemmi fl-Artikolu 29 tal-Kodiċi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="181A.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-awtoritajiet doganali jkollhom id-dubji kif deskritt fil-paragrafu 1 dawn jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali skond l-Artikolu 178(4). Jekk dawn id-dubji jippersistu, l-awtoritajiet doganali għandhom, qabel jieħdu deċiżjoni finali, jinnotifikaw lill-persuna interessata, bil-miktub jekk mitlub, dwar ir-raġunijiet għal dawk id-dubbji u jipprovduh bl-opportunità raġonevoli biex jirrispondi. Deċiżjoni finali u l-motivi għaliha għandhom ikunu kkomunikati bil-miktub lill-persuna interessata<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Bulgaru</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 211a tal-Liġi dwar id-dwana (Zakon na mitnitsite, DV Nru 15, tas-<DATE ISO="19980206">6 ta’ Frar 1998</DATE>, iktar ’il quddiem iz-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>ZM<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Id-deċiżjonijiet ta’ rkupru furzat ta’ dejn pubbliku tal-Istat huma atti amministrattivi individwali meħuda mid-direttur tad-dwana fil-ġurisdizzjoni ġeografika li fiha tnissel id-dejn mhux imħallas fit-termini preskritti; dawn l-atti jistabbilixxu li d-dejn doganali u dejn pubbliku ieħor sar eżiġibbli.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 211f taz-ZM, id-deċiżjoni ta’ rkupru furzat tista’, fi żmien 14-il jum li jibdew jgħoddu min-notifika tagħha, tkun is-suġġett ta’ appell quddiem id-direttur tad-dwana.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 220(1) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Kwalunkwe persuna tista’ tippreżenta, kontra d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet doganali li hija tkun is-suġġett tagħhom, appell skont il-modalitajiet previsti mill-kodiċi ta’ proċedura amministrattiva.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 148 tal-kodiċi ta’ proċedura amministrattiva (Administrativnoprotsesualen kodeks, DV Nru 30, tal-<DATE ISO="20060411">11 ta’ April 2006</DATE>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Kull att amministrattiv jista’ jkun is-suġġett ta’ azzjoni ġudizzjarja, anki meta l-possibbiltà li ssir azzjoni amministrattiva ma tkunx ġiet eżawrita, sakemm dan il-kodiċi jew liġi speċjali ma jipprovdux mod ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fil-15 (Kawża C‑30/10) u fit-<DATE ISO="20100923">23 ta’ Settembru 2010</DATE> (Kawża C‑29/13) rispettivament, Global Trans Lodzhistik ippreżentat żewġ dikjarazzjonijiet doganali għal merkanzija importata mit-Turkija taħt il-proċedura doganali tar-rilaxx għall-konsum u għall-moviment liberu.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-awtoritajiet doganali Bulgari wettqu kontroll tad-dokumenti u eżami tal-merkanzija, skont l-Artikolu 68 tal-Kodiċi Doganali. Minħabba dubji li kellhom dwar jekk il-valur iddikjarat kienx jirrappreżenta l-prezz effettivament imħallas jew il-prezz li għandu jitħallas, dawn l-awtoritajiet doganali ġabru kampjuni mill-merkanzija u talbu informazzjoni addizzjonali mingħand Global Trans Lodzhistik, skont l-Artikoli 178(4), u 181a(2) tar-Regolament Nru 2454/93. Fil-15 (Kawża C‑30/13) u fit-<DATE ISO="20100923">23 ta’ Settembru 2010</DATE> (Kawża C‑29/13), Global Trans Lozhistik irrispondiet li hija kinitx f’pożizzjoni li tipprovdi l-informazzjoni mitluba u indikat li l-kuntratt ta’ bejgħ internazzjonali kien jipprevedi pagament differit tal-merkanzija.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Bid-Deċiżjonijiet Nru 9600-0561/<DATE ISO="20101001">01.10.2010</DATE> (Kawża C‑29/13) u Nru 9600-541/<DATE ISO="20100924">24.09.2010</DATE> (Kawża C‑30/13), in-Nachalnik na Minitsa Stolichna ffissa valur doganali ġdid għal parti mill-merkanzija, li ġie stabbilit abbażi tal-Artikolu 30(2)(b) tal-Kodiċi Doganali. Abbażi ta’ din l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-valur doganali, dawn id-deċiżjonijiet ordnaw aġġustament fiskali ta’, rispettivament, <FT TYPE="DECIMAL">3083,38</FT> lev Bulgaru (BGN) u ta’ BGN 2 192.13, fir-rigward tal-VAT dovuta b’mod addizzjonali (iktar ’il quddiem, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>deċiżjonijiet inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Id-deċiżjonijiet inkwistjoni kienu jsemmu speċifikament li, skont l-Artikolu 221 tal-Kodiċi Doganali, Global Trans Lodzhistik kienet informata bl-ammont tad-dejn doganali.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Global Tranz Lodzhistik ikkontestat id-deċiżjonijiet inkwistjoni direttament quddiem il-qorti tar-rinviju, l-Administrativen sad Sofia-grad (qorti amministrattiva ta’ Sofia), mingħajr ma użat il-possibbiltà ta’ stħarriġ amministrattiv minn qabel quddiem in-Nachalnik na Minitsa Stolichna. Global Tranz Lodzhistik sostniet li l-valur doganali ma ġiex stabbilit korrettament u li twettqu difetti proċedurali sa fejn id-dritt tagħha ta’ smigħ u li tagħmel oġġezzjonijiet qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni finali, kif previst mill-Artikolu 181a(2) tar-Regolament Nru 2454/93, ma ġiex irrispettat.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ċaħdet iż-żewġ rikors bħala inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>F’kull wieħed miż-żewġ digrieti ta’ inammissibbiltà, il-qorti tar-rinviju qieset li l-azzjoni amministrattiva minn qabel kienet obbligatorja, peress li l-Artikolu 243 tal-Kodiċi Doganali jipprevedi proċedura ta’ azzjoni f’żewġ stadji. Għaldaqstant hija ordnat li ż-żewġ kawżi għandhom jintbagħtu lura quddiem in-Nachalnik na Minitsa Stolichna.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Varhoven administrativen sad (qorti amministrattiva suprema) annullat dawn iż-żewġ digrieti tal-qorti tar-rinviju u bagħtet lura ż-żewġ kawżi quddiemha, għar-raġuni li l-azzjoni amministrattiva ma kinitx obbligatorja f’dan il-każ, peress li l-Artikolu 243(2) tal-Kodiċi Doganali ma huwiex applikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Filwaqt li bbażat ruħha fuq ġurisprudenza nazzjonali li minnha jirriżulta li d-deċiżjonijiet inkwistjoni ma jistgħux jitqiesu bħala atti definittivi iżda li jagħmlu parti mill-proċedura ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ rkupru furzat tad-dejn pubbliku tal-Istat, il-qorti tar-rinviju ċaħdet għat-tieni darba bħala inammissibbli r-rikorsi kontra dawn id-deċiżjonijiet u kklassifikathom bħala atti preparatorji, peress li kkunsidrathom bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>komunikazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> fis-sens tal-Artikolu 221 tal-Kodiċi Doganali.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Varhoven administrativen sad annullat dawn id-digrieti ta’ inammissibbiltà tal-qorti tar-rinviju għaliex id-deċiżjonijiet inkwistjoni, peress li ffissaw valur doganali ġdid, jikkostitwixxu deċiżjonijiet, fis-sens tal-Artikolu 4(5) tal-Kodiċi Doganali, u jistgħu jkunu s-suġġett ta’ azzjoni ġudizzjarja skont l-Artikolu 243(1) ta’ dan il-kodiċi. Il-Varhoven administrativen sad indikat ukoll li l-ġurisprudenza<?PAGE NO="5"?> ċċitata mill-qorti tar-rinviju hija applikabbli biss fil-każ li l-att inkwistjoni jikkostitwixxi komunikazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 206 taz-ZM, li tagħmel parti mill-proċedura ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ rkupru furzat ta’ dejn pubbliku tal-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju, li quddiemha reġgħu ntbagħtu ż-żewġ kawżi għat-tieni darba mill-Varhoven administrativen sad, tistaqsi dwar il-portata tal-Artikoli 243 u 245 tal-Kodiċi Doganali. Din il-qorti tqis, fil-fatt, li l-ammissibbiltà ta’ dawn ir-rikorsi u n-natura obbligatorja tal-azzjoni amministrattiva minn qabel ma jirriżultawx biċ-ċar mill-formulazzjoni tal-Artikolu 243 tal-Kodiċi Doganali. Id-determinazzjoni tal-att li jista’ jkun is-suġġett ta’ rikors fil-kuntest ta’ proċedura ta’ konstatazzjoni u ta’ rkupru ta’ dejn doganali tiddependi mill-portata tal-awtonomija proċedurali li tħalliet lill-Istati Membru skont l-Artikolu 245 ta’ dan il-kodiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, għandu jiġi ppreċiżat, f’dan ir-rigward, jekk id-deċiżjonijiet inkwistjoni għandhomx jitqiesu bħala definittivi, fis-sens tal-Artikolu 181a(2) tar-Regolament Nru 2454/93, b’tali mod li huma jikkostitwixxu atti li, skont id-dritt tal-Unjoni, jistgħu jiġu kkontestati jew jekk dawn id-deċiżjonijiet humiex atti rregolati mid-dritt nazzjonali, li għandhom jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>miżuri<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> fis-sens tal-Artikolu 232(1)(a) tal-Kodiċi Doganali.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Administrativen sad Sofia-grad iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 243(1) tal-[Kodiċi Doganali, moqri] flimkien mal-Artikolu 245 tal-imsemmi kodiċi u [fid-dawl ta]l-prinċipji [tar-rispett] tad-drittijiet tad-difiża u tar-<HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>, għand[u] jiġ[i] interpretat[...] fis-sens li ma jippreklud[i]x leġiżlazzjoni nazzjonali bħalma huma l-Artikoli 220 u 211(a) [taz-ZM], skont liema diversi deċiżjonijiet ta’ awtorità doganali, li jinnotifikaw stima mill-ġdid tal-imsemmija dwana, fid-dawl tal-irkupru sussegwenti tagħha, jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors, inkluż meta l-adozzjoni ta’ deċiżjoni definittiva fis-sens tal-Artikolu 181a(2) tar-[Regolament Nru 2454/93], huwa possibbli fil-kawża prinċipali, għall-finijiet tan-notifika tal-imsemmija stima mill-ġdid?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 243(2) [tal-Kodiċi Doganali], dwar id dritt ta’ appell, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jissuġġettax l-ammissibiltà ta’ appell ġudizzjarju kontra deċiżjoni definittiva, fis-sens tal-Artikolu 181a(2) tar Regolament Nru 2454/93, għall-eżerċizzju ta’ appell amministrattiv, bħala prerekwiżit?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 181a(2) tar-Regolament Nru 2454/93 għandu jiġi interpretat, fid-dawl tal-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fis-sens li meta l proċedura prevista f’din id-dispożizzjoni ma tkunx ġiet osservata f’dak li jirrigwarda id-dritt ta’ smigħ u dak li jitqajmu oġġezzjonijiet, id-deċiżjoni meħuda minn awtorità doganali bi ksur ta’ dawn ir-regoli ma tikkostitwixxix deċiżjoni definittiva fis-sens tad-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq, iżda biss stadju fil-proċedura tal-adozzjoni tagħha? Sussidjarjament, l-istess dispożizzjoni tista’ tiġi interpretata, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, fis-sens li d-deċiżjoni meħuda [bi] ksur [tad-dispożizzjonijiet] proċedurali [ċċitati iktar ’il fuq] [t]ista’ [t]kun direttament is-suġġett ta’ appell quddiem qorti li jkollha l-obbligu li tiddeċiedi fuq il-mertu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>L-Artikolu 181a(2) tar-Regolament Nru 2454/93 għandu jiġi interpretat, fid-dawl tal-fatti fil-kawża prinċipali u tal-prinċipju ta’ legalità, fis-sens li meta l-proċedura prevista fid-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq ma tiġix osservata f’dak li jirrigwarda id-dritt ta’ smigħ u f’dak li jitqajmu oġġezzjonijiet, id-deċiżjoni meħuda minn awtorità doganali bi ksur ta’ dawn id-drittijiet hija nulla minħabba difett proċedurali sostanzjali, ekwiparabbli għal ksur proċedurali sostanzjali, liema ksur jimplika n-nullità tal-att indipendentement mill-konsegwenzi konkreti tal-ksur, [u...]l-qorti li quddiemha tinstema’ l-kawża għandha tiddeċiedi fuq l-appell ippreżentat minn dan l-att, mingħajr ma tkun tista’ tirrinvija l-kawża quddiem l-awtorità amministrattiva sabiex il-kawża tingħalaq skont ir-regoli [applikabbli]?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20130308">8 ta’ Marzu 2013</DATE>, il-Kawżi C‑29/13 u C‑30/13 ingħaqdu flimkien għall-finijiet tal-proċedura bil-miktub, kif ukoll tas-sentenza.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Bl-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, minn naħa, jekk deċiżjoni, bħal waħda minn dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandha bħala suġġett ir-rettifika, abbażi tal-Artikolu 30(2)(b) tal-Kodiċi Doganali, tal-valur doganali ta’ merkanzija bil-konsegwenza tan-notifika lill-persuna li għamlet id-dikjarazzjoni ta’ aġġustament fiskali fir-rigward tal-VAT, tikkostitwixxix att li jista’ jiġi appellat, fis-sens tal-Artikolu 243 tal-Kodiċi Doganali. Min-naħa l-oħra, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk, fid-dawl tal-prinċipji ġenerali rigward ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tal-awtorità tar-<HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>, l-Artikolu 245 tal-imsemmi kodiċi jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi żewġ rimedji distinti sabiex jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet doganali.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fir-rigward, minn naħa, tal-kwistjoni dwar jekk deċiżjoni, bħal waħda minn dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxix att li jista’ jiġi appellat, fis-sens tal-Artikolu 243 tal-Kodiċi Doganali, minn qari flimkien tal-Artikoli 243(1) u 4(5) ta’ dan il-kodiċi jirriżulta li kull persuna għandha d-dritt tappella minn kull deċiżjoni adottata mill-awtoritajiet doganali li tirrigwarda l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali u li tikkonċernaha direttament u individwalment.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li d-deċiżjonijiet inkwistjoni ġew adottati min-Nachalnik na Minitsa Stolichna u li għandhom bħala suġġett rettifika, abbażi tal-Artikolu 30(2)(b) tal-Kodiċi Doganali, tal-valur doganali tal-merkanzija kif iddikjarat inizjalment minn par Global Trans Lodzhistik, bil-konsegwenza tan-notifika ta’ aġġustament fiskali fir-rigward tal-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Għaldaqstant id-deċiżjonijiet inkwistjoni jirrigwardaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali u jipproduċu effetti legali diretti fuq Global Trans Lodzhistik, inkwantu huma jagħtu lok għal dejn ta’ piż fuq din il-kumpannija fil-konfront tal-Istat Bulgaru fir-rigward tal-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Minbarra dan, mill-Artikolu 6(3) tal-Kodiċi Doganali jirriżulta li d-deċiżjonijiet rigward l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali li jkollhom konsegwenzi żvantaġġużi għall-persuni li lilhom huma indirizzati għandhom isemmu l-possibbiltà ta’ appell prevista fl-Artikolu 243 ta’ dan il-kodiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Għaldaqstant id-deċiżjonijiet inkwistjoni huma atti li jistgħu jiġu appellati, fis-sens tal-Artikolu 243 tal-Kodiċi Doganali.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward, min-naħa l-oħra, tal-kwistjoni dwar jekk, fid-dawl tal-prinċipji ġenerali relatati mar-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tal-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>, l-Artikolu 245 tal-Kodiċi Doganali jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħalma hija z-ZM, li tipprevedi żewġ rimedji distinti sabiex jiġu appellati d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet doganali, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 245 ta’ dan il-kodiċi, id-dispożizzjonijiet relatati mal-implementazzjoni tal-proċedura ta’ appell jiġu adottati mill-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam, huwa l-ordinament ġuridiku nazzjonali ta’ kull Stat Membru li għandu jindika l-qrati kompetenti u li għandu jirregola l-modalitajiet proċedurali tal-azzjonijiet ġudizzjarji intiżi sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet li l-individwi għandhom skont id-dritt tal-Unjoni, sakemm, minn naħa, dawn il-modalitajiet ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jikkonċernaw azzjonijiet simili ta’ natura nazzjonali (prinċipju ta’ ekwivalenza) u, min-naħa l-oħra, ma jirrendux prattikament impossibbli jew<?PAGE NO="7"?> eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku Komunitarju (prinċipju ta’ effettività) (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20110630">30 ta’ Ġunju 2011</DATE>, Meilicke <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-262/09" PAGE.ECR="I-5669" YEAR="2011">C-262/09, Ġabra p. I-5669</REF.DOC.ECR>, punt 55, u tat-<DATE ISO="20121018">18 ta’ Ottubru 2012</DATE>, Pelati, C‑603/10, punt 23).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prinċipju ta’ ekwivalenza, għandu jiġi osservat li, f’dak li jirrigwarda l-kawżi prinċipali, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandha l-ebda element li jqajjem dubju dwar il-konformità ta’ leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali ma’ dan il-prinċipju.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prinċipju ta’ effettività, mill-fajl ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, minn naħa, skont l-Artikolu 220(1) taz-ZM, moqri flimkien mal-Artikolu 148 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Amministrattiva, id-debitur ta’ dejn pubbliku jista’ jieħu azzjoni ġudizzjarja kontra deċiżjoni tal-awtoritajiet doganali, anki meta l-possibbiltajiet ta’ azzjoni amministrattiva ma jkunux ġew eżawriti, sakemm il-Kodiċi ta’ Proċedura Amministrattiva jew liġi speċjali ma jipprovdux mod ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 211f taz-ZM, id-debitur ta’ dejn pubbliku għandu wkoll il-possibbiltà li jikkontesta quddiem id-direttur tad-dwana deċiżjoni ta’ rkupru furzat ta’ dejn pubbliku, adottata abbażi tal-Artikolu 211a ta’ din l-istess liġi, fi żmien 14-il jum li jibdew jgħoddu min-notifika ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Għaldaqstant id-debitur ta’ dejn pubbliku għandu l-possibbiltà li jinvoka d-drittijiet ta’ difiża tiegħu f’żewġ stadji differenti tal-proċedura doganali. L-eżistenza ta’ dawn iż-żewġ rimedji sabiex jikkontesta l-atti tal-awtoritajiet doganali ma tirrendix impossibbli jew diffiċli b’mod eżaġerat l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-osservanza tal-prinċipju tal-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>, għandu jitfakkar li l-modalitajiet ta’ implementazzjoni ta’ dan il-prinċipju għandhom josservaw ukoll il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20090903">3 ta’ Settembru 2009</DATE>, Fallimento Olimpiclub, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-2/08" PAGE.ECR="I-7501" YEAR="2009">C-2/08, Ġabra p. I-7501</REF.DOC.ECR>, punt 24).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-kawżi prinċipali, minn naħa, il-prinċipju ta’ ekwivalenza huwa osservat peress li ż-żewġ rimedji msemmija fil-punti 35 u 36 ta’ din is-sentenza huma applikabbli indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk is-suġġett tat-tilwima jirriżultax mid-dritt tal-Unjoni jew mid-dritt nazzjonali. Min-naħa l-oħra, l-osservanza tal-prinċipju ta’ effettività hija żgurata ladarba ż-żewġ rimedji jirreferu għal żewġ atti amministrattivi li huma adottati fi stadji differenti tal-proċedura doganali u huma distinti fir-rigward tal-għan u tal-bażi legali tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li, minn naħa, deċiżjoni, bħal waħda minn dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li għandha bħala suġġett ir-rettifika, abbażi tal-Artikolu 30(2)(b) tal-Kodiċi Doganali, tal-valur doganali ta’ merkanzija bil-konsegwenza tan-notifika lill-persuna li għamlet id-dikjarazzjoni ta’ aġġustament fiskali fir-rigward tal-VAT, tikkostitwixxi att appellabbli, fis-sens tal-Artikolu 243 tal-Kodiċi Doganali. Min-naħa l-oħra, fid-dawl tal-prinċipji ġenerali rigward ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tal-awtorità tar-<HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>, l-Artikolu 245 tal-Kodiċi Doganali ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li tipprevedi żewġ rimedji distinti sabiex jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet doganali, sakemm din il-leġiżlazzjoni la tmur kontra l-prinċipju ta’ ekwivalenza u lanqas kontra dak ta’ effettività.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Bit-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 243 tal-Kodiċi Doganali jissuġġettax l-ammissibbiltà ta’ azzjoni ġudizzjarja kontra d-deċiżjonijiet adottati abbażi tal-Artikolu 181a(2) tar-Regolament Nru 2454/93 għall-kundizzjoni li l-possibbiltajiet ta’ azzjoni amministrattiva kontra dawn id-deċiżjonijiet ikunu ġew eżawriti qabel.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 243(2) tal-Kodiċi Doganali, id-dritt ta’ appell jista’ jiġi eżerċitat, inizjalment, quddiem l-awtorità doganali u, fit-tieni stadju, quddiem korp indipendenti li tista’ tkun awtorità ġudizzjarja.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Kif diġà ġie deċiż mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tal-<DATE ISO="20010111">11 ta’ Jannar 2001</DATE>, Kofisa Italia (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-1/99" PAGE.ECR="I-207" YEAR="2001">C-1/99, Ġabra p. I-207</REF.DOC.ECR>, punt 36), mill-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni ma jirriżultax li l-appell quddiem l-awtorità doganali jikkostitwixxi stadju obbligatorju qabel il-preżentata ta’ appell quddiem il-korp indipendenti.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Fl-istess sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat ukoll li l-Artikolu 243 ta’ dan il-kodiċi għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa d-dritt nazzjonali li għandu jistabbilixxi jekk l-operaturi għandhomx, inizjalment, jippreżentaw appell quddiem l-awtorità doganali jew jekk jistgħux jadixxu direttament l-awtorità ġudizzjarja indipendenti (sentenza Kofisa Italia, iċċitata iktar ’il fuq, punt 43).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Għaldaqstant ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 243 tal-Kodiċi Doganali ma jissuġġettax l-ammissibbiltà ta’ azzjoni ġudizzjarja kontra d-deċiżjonijiet adottati abbażi tal-Artikolu 181a(2) tar-Regolament Nru 2454/93 għall-kundizzjoni li l-possibbiltajiet ta’ azzjoni amministrattiva kontra dawn id-deċiżjonijiet ikunu ġew eżawriti qabel.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Bit-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 181a(2) tar-Regolament Nru 2454/93 għandux jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ ksur tad-dritt tal-persuna kkonċernata li tinstema’ u li tagħmel oġġezzjonijiet, deċiżjoni adottata abbażi ta’ dan l-artikolu tista’ titqies bħala definittiva u jekk, f’ipoteżi parallela, dan id-difett proċedurali jagħtix lill-persuna kkonċernata d-dritt li tadixxi awtorità ġudizzjarja indipendenti b’appell minn din id-deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>L-Artikolu 181a(2) tar-Regolament Nru 2454/93 jipprovdi li jekk id-dubji tal-awtoritajiet doganali rigward id-determinazzjoni tal-valur doganali tal-merkanzija jibqgħu jeżistu, huma għandhom, qabel ma jieħdu deċiżjoni definittiva, jinformaw lill-persuna kkonċernata bil-motivi li fuqhom huma bbażati dawn id-dubji u jagħtuha opportunità raġonevoli li tagħti risposta. Id-deċiżjoni finali kif ukoll il-motivi relatati magħha għandhom jiġu kkomunikati lill-persuna kkonċernata bil-miktub.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Minkejja li dan l-artikolu jipprevedi l-obbligu għall-awtoritajiet doganali, qabel ma jieħdu deċiżjoni definittiva, li jinformaw lill-persuna kkonċernata bil-motivi li fuqhom huma bbażati dawn id-dubji u jagħtuha opportunità raġonevoli li tispjega ruħha, qabel ma jieħdu deċiżjoni definittiva, il-ksur ta’ dan l-obbligu mill-awtoritajiet doganali ma jistax madankollu jkollu effett fuq in-natura definittiva tad-deċiżjoni u lanqas fuq il-klassifikazzjoni tal-att adottat abbażi tal-Artikolu 181a(2) tar-Regolament Nru 2454/93 bħala deċiżjoni. Fil-fatt, dan l-att adottat mill-awtoritajiet doganali jipproduċi, f’kull każ, effetti legali fil-konfront tad-destinatarju tiegħu, sa fejn huwa jwassal għad-determinazzjoni ta’ valur doganali ġdid tal-merkanzija u jikkostitwixxi b’dan il-mod deċiżjoni, fis-sens tal-Artikolu 4(5) tal-Kodiċi Doganali.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-ksur tad-dritt tal-persuna kkonċernata li tinstema’ jivvizzja l-imsemmija deċiżjoni b’illegalità li tista’ tkun is-suġġett ta’ appell dirett quddiem awtorità ġudizzjarja indipendenti, kif jirriżulta mill-punt 45 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 181a(2) tar-Regolament Nru 2454/93 għandu jiġi interpretat fis-sens li deċiżjoni adottata abbażi ta’ dan l-artikolu għandha titqies bħala definittiva u tista’ tkun is-suġġett ta’ appell dirett quddiem awtorità ġudizzjarja indipendenti, anki fil-każ li tkun ġiet adottata bi ksur tad-dritt tal-persuna kkonċernata li tinstema’ u li tagħmel oġġezzjonijiet.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Bir-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-ksur tad-dritt tal-persuna kkonċernata li tinstema’ u li tagħmel oġġezzjonijiet previst fl-Artikolu 181a(2) tar-Regolament Nru 2454/93, li jwassal għan-nullità tad-deċiżjoni adottata skont dan l-istess artikolu, jobbligax lill-qorti adita bl-appell minn din id-deċiżjoni tiddeċiedi fuq l-imsemmi appell mingħajr ma tkun tista’ tikkunsidra li tibgħat lura l-kawża quddiem l-awtorità amministrattiva.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ammissibbiltà</P></TI></TITLE><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>In-Nachalnik na Minitsa Stolichna iqis li l-kwistjoni tal-eventwali nullità tad-deċiżjonijiet inkwistjoni hija ipotetika, għaliex it-tilwimiet fil-kawżi prinċipali ma ġewx eżaminati fuq il-mertu. Din il-kwistjoni hija għaldaqstant inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, hija biss il-qorti nazzjonali, li hija adita bit-tilwima u li għandha tassumi r-responsabbiltà tad-deċiżjoni ġudizzjarja li ser tittieħed, li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, kemm il-ħtieġa ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti d-deċiżjoni tagħha, kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20090305">5 ta’ Marzu 2009</DATE>, Apis-Hristovich, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-545/07" PAGE.ECR="I-1627" YEAR="2009">C-545/07, Ġabra p. I-1627</REF.DOC.ECR>, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Konsegwentement, sa fejn id-domandi magħmula jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala prinċipju, marbuta li tiddeċiedi (ara s-sentenza Apis-Hristovich, iċċitata iktar ’il fuq, punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tipprovdi lill-qorti tar-rinviju b’elementi ta’ interpretazzjoni tal-Artikolu 181a(2) tar-Regolament Nru 2454/93 sabiex tkun tista’ tevalwa, skont id-dritt tal-Unjoni, il-konsegwenzi tal-annullament ta’ deċiżjoni li jirriżulta mill-ksur tal-prinċipju relatat mar-rispett tad-drittijiet tad-difiża.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Għaldaqstant id-domanda preliminari hija ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-mertu</P></TI></TITLE><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li r-rispett tad-drittijiet tad-difiża jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li huwa applikabbli ladarba l-amministrazzjoni jkollha l-intenzjoni tadotta kontra persuna att li jippreġudikaha (sentenza tat-<DATE ISO="20081218">18 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Sopropé, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-349/07" PAGE.ECR="I-10369" YEAR="2008">C-349/07, Ġabra p. I-10369</REF.DOC.ECR>, punt 36). Skont dan il-prinċipju, imfakkar b’mod espliċitu fl-Artikolu 181a(2) tar-Regolament Nru 2454/93, id-destinatarji ta’ deċiżjonijiet li jaffettwaw b’mod kunsiderevoli l-interessi tagħhom għandhom jitqiegħdu f’pożizzjoni li jesprimu l-opinjoni tagħhom rigward l-elementi li fuqhom l-amministrazzjoni beħsiebha tibbaża d-deċiżjoni tagħha. Għal dan l-għan, huma għandhom jibbenefikaw minn tul ta’ żmien suffiċjenti (sentenza Sopropé, iċċitata iktar ’il fuq, punt 37 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Jirriżulta, minn naħa, mid-dokumenti fil-fajl ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li n-Nachalnik na Minitsa Stolichna ma tax il-possibbiltà lil Global Trans Lodzhistik għal smigħ u li ssostni l-osservazzjonijiet tagħha qabel l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet inkwistjoni. Dawn, għaldaqstant, jistgħu jiġu annullati.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat, minn naħa, li l-Kodiċi Doganali ma jinkludi l-ebda dispożizzjoni rigward il-konsegwenzi tal-annullament ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>deċiżjoni definittiva<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fis-sens tal-Artikolu 181a(2) tar-Regolament Nru 2454/93, li jirriżulta minn ksur tal-prinċipju relatat mar-rispett tad-drittijiet tad-difiża.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, fid-dawl tal-awtonomija proċedurali li tħalliet lill-Istati Membri permezz tal-Artikolu 245 tal-Kodiċi Doganali, hija l-qorti nazzjonali li għandha tistabbilixxi l-imsemmija konsegwenzi, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ inkwistjoni u sakemm, minn naħa, il-miżuri adottati f’dan is-sens ikunu tal-istess tip bħal dawk li jibbenefikaw minnhom l-individwi jew l-impriżi f’sitwazzjonijiet ta’ dritt nazzjonali komparabbli u, min-naħa l-oħra, ma jirrendux prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża mogħtija mis-sistema legali tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal jirriżulta li r-risposta għar-raba’ domanda għandha tkun li, fil-każ ta’ ksur tad-dritt tal-persuna kkonċernata li tinstema’ u li tqajjem oġġezzjonijiet previst fl-Artikolu 181a(2) tar-Regolament Nru 2454/93, hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ inkwistjoni mressaq quddiemha u fid-dawl tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, jekk, ladarba d-deċiżjoni li tkun ġiet adottata bi ksur tal-prinċipju relatat mar-rispett tad-drittijiet tad-difiża jkollha tiġi annullata għal din ir-raġuni, hijiex marbuta tiddeċiedi fuq l-appell minn din id-deċiżjoni jew jekk tistax tikkunsidra li tibgħat lura t-tilwima quddiem l-awtorità amministrattiva kompetenti.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Minn naħa, deċiżjoni, bħal waħda minn dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li għandha bħala suġġett rettifika, abbażi tal-Artikolu 30(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE>, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="19961219">19 ta’ Diċembru 1996</DATE>, tal-valur doganali ta’ merkanzija bil-konsegwenza tan-notifika lill-persuna li għamlet id-dikjarazzjoni ta’ aġġustament fiskali fir-rigward tat-taxxa fuq il-valur miżjud, tikkostitwixxi att appellabbli, fis-sens tal-Artikolu 243 ta’ dan ir-Regolament Nru 2913/92. Min-naħa l-oħra, fid-dawl tal-prinċipji ġenerali rigward ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tal-awtorità tar-<HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>, l-Artikolu 245 tal-imsemmi Regolament Nru 2913/92 ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li tipprevedi żewġ rimedji distinti sabiex jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet doganali, sakemm din il-leġiżlazzjoni la tmur kontra l-prinċipju ta’ ekwivalenza u lanqas kontra dak ta’ effettività.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 243 tar-Regolament Nru 2913/92 ma jissuġġettax l-ammissibbiltà ta’ azzjoni ġudizzjarja kontra d-deċiżjonijiet adottati abbażi l-Artikolu 181a(2) tar-Regolament Nru 2454/93, kif emendat bir-Regolament Nru 3254/94, għall-kundizzjoni li l-possibbiltajiet ta’ azzjoni amministrattiva kontra dawn id-deċiżjonijiet ikunu ġew eżawriti qabel.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 181a(2) tar-Regolament Nru 2454/93, kif emendat bir-Regolament Nru 3254/94, għandu jiġi interpretat fis-sens li deċiżjoni adottata abbażi ta’ dan l-artikolu għandha titqies bħala definittiva u tista’ tkun is-suġġett ta’ appell dirett quddiem awtorità ġudizzjarja indipendenti, anki fil-każ li tkun ġiet adottata bi ksur tad-dritt tal-persuna kkonċernata li tinstema’ u li tagħmel oġġezzjonijiet.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="11"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fil-każ ta’ ksur tad-dritt tal-persuna kkonċernata li tinstema’ u li tqajjem oġġezzjonijiet previst fl-Artikolu 181a(2) tar-Regolament Nru 2454/93, kif emendat bir-Regolament Nru 3254/94, hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ inkwistjoni mressaq quddiemha u fid-dawl tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, jekk, ladarba d-deċiżjoni li tkun ġiet adottata bi ksur tal-prinċipju relatat mar-rispett tad-drittijiet tad-difiża jkollha tiġi annullata għal din ir-raġuni, hijiex marbuta tiddeċiedi fuq l-appell minn din id-deċiżjoni jew jekk tistax tikkunsidra li tibgħat lura t-tilwima quddiem l-awtorità amministrattiva kompetenti.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>