|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/969 |
7.2.2025 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eżenzjonijiet użati mill-Finlandja skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) 2023/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ karburanti rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu
(C/2025/969)
Il-pubblikazzjoni tal-eżenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) 2023/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-użu ta’ karburanti rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu (ir-Regolament FuelEU Maritime) (1) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu.
Il-Finlandja nnotifikat lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li tuża l-eżenzjonijiet skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) 2023/1805 għall-portijiet elenkati hawn taħt:
|
ISEM IL-PORT |
|
Berghamn (Eckerö) Långnäs Mariehamn |
(1) ĠU L 234, 22.9.2023, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1805/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/969/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)