European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1053

28.5.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1053

tad-19 ta’ Mejju 2025

dwar il-konsistenza tal-miri ta’ prestazzjoni inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni mressaq mir-Repubblika Ċeka skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għar-raba’ perjodu ta’ referenza tal-iskema ta’ prestazzjoni u imposti tal-Ajru Uniku Ewropew

(notifikata bid-dokument C(2025) 2924)

(it-test biċ-Ċek biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3)(c) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/2803 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 58(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 tal-11 ta’ Frar 2019 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni u imposti fl-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(2) tiegħu,

Billi:

KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI

(1)

Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) 549/2004, l-Istati Membri jridu jfasslu pjanijiet, fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali (“FABs”, Functional Airspace Blocks), li jinkludu miri ta’ prestazzjoni, għal kull perjodu ta’ referenza tal-iskema ta’ prestazzjoni u imposti għas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru u għall-funzjonijiet tan-network. Dawk il-pjanijiet għandhom jinkludu miri ta’ prestazzjoni lokali li huma konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-perjodu ta’ referenza kkonċernat.

(2)

Il-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għar-raba’ perjodu ta’ referenza (“RP4”, 2025-2029) ġew stabbiliti oriġinarjament fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1688 (4).

(3)

L-Istati Membri kollha fasslu u adottaw abbozzi tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni għall-RP4, li ġew ippreżentati lill-Kummissjoni għall-valutazzjoni sal-1 ta’ Ottubru 2024. Wara l-verifika tal-kompletezza ta’ dawk l-abbozzi tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni, il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri jressqu abbozzi aġġornati tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni sal-15 ta’ Novembru 2024.

(4)

Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni ppreżentata f’din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq l-abbozz aġġornat tal-pjan ta’ prestazzjoni għall-RP4 ippreżentat mir-Repubblika Ċeka (“l-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni”).

(5)

Il-Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni (“PRB”, Performance Review Body), li jassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-iskema ta’ prestazzjoni, ressaq rapport lill-Kummissjoni li fih il-parir tiegħu dwar il-valutazzjoni tal-abbozz tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni.

(6)

F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni vvalutat il-konsistenza tal-miri ta’ prestazzjoni lokali inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, filwaqt li qieset iċ-ċirkostanzi lokali kull fejn rilevanti.

(7)

Il-Kummissjoni kkumplimentat il-valutazzjoni tagħha tal-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni b’rieżami tal-elementi stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Fir-rigward tal-punt 2.1(d)(vii) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tinnota li ma wettqitx, bħala parti minn dak ir-rieżami, analiżi dettaljata tal-metodoloġija użata mir-Repubblika Ċeka għall-allokazzjoni tal-kostijiet bejn is-servizzi en route u fit-terminal fl-RP4. Għaldaqstant, f’dan l-istadju, il-Kummissjoni ma waslet għall-ebda konklużjoni rigward il-konformità ta’ dik il-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet mal-punti (e) u (f) tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u mal-Artikolu 22(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317.

VALUTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Valutazzjoni tal-miri tas-sikurezza

(8)

Fir-rigward tal-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tas-sikurezza, il-konsistenza tal-miri inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni ġiet ivvalutata f’konformità mal-punt 1.1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317.

(9)

Il-miri ta’ prestazzjoni fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tas-sikurezza proposti mir-Repubblika Ċeka rigward l-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza, imqassma skont l-objettiv tal-ġestjoni tas-sikurezza u espressi bħala livell ta’ implimentazzjoni, huma kif ġej:

Repubblika Ċeka

Miri dwar l-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza, espressi bħala livell ta’ implimentazzjoni, li jvarjaw mil-livell A sa D tal-EASA

Fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru

Objettiv tal-ġestjoni tas-sikurezza

2025

2026

2027

2028

2029

ANS CR

Politika u objettivi tas-sikurezza

C

C

C

C

C

Ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza

C

C

C

C

D

Assigurazzjoni tas-sikurezza

B

C

C

C

C

Promozzjoni tas-sikurezza

C

C

C

C

C

Kultura tas-sikurezza

C

C

C

C

C

(10)

Il-Kummissjoni sabet li l-miri tal-prestazzjoni tas-sikurezza proposti mir-Repubblika Ċeka għall-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru “ANS CR” huma ugwali għall-miri għall-Unjoni kollha għal kull sena kalendarja tal-RP4 għal tlieta mill-“objettivi tal-ġestjoni tas-sikurezza”, filwaqt li l-objettiv tal-“assigurazzjoni tas-sikurezza” huwa ppjanat li jintlaħaq mill-2026, u l-objettiv tal- “ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza” huwa ppjanat li jintlaħaq fl-2029.

(11)

Il-Kummissjoni tinnota li l-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni jistabbilixxi miżuri għall-ANS CR biex jintlaħqu l-miri lokali tas-sikurezza, bħall-implimentazzjoni ta’ proċessi ta’ rispons għal emerġenza mfassla mill-ġdid, monitoraġġ u taħriġ imtejba tas-sikurezza, u eżerċizzji aġġornati fi ħdan l-assigurazzjoni tas-sikurezza.

(12)

Abbażi tas-sejbiet stabbiliti fil-premessi (9), (10) u (11) u meta jitqies li l-miri tal-prestazzjoni tas-sikurezza mal-Unjoni kollha stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1688 iridu jintlaħqu sal-aħħar sena tal-RP4, jiġifieri l-2029, jenħtieġ li l-miri inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni jitqiesu konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tas-sikurezza.

Valutazzjoni tal-miri ambjentali

(13)

Fir-rigward tal-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-ambjent, il-konsistenza tal-miri inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni rigward l-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali ġiet ivvalutata abbażi tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.2 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Għaldaqstant, il-miri ambjentali proposti mir-Repubblika Ċeka tqabblu mal-valuri ta’ referenza al-effiċjenza tat-titjir en route orizzontali rilevanti stabbiliti fil-Pjan ta’ Titjib tan-Network Ewropew tar-Rotot (“ERNIP”), imfassal f’konformità mal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 (6) u disponibbli fiż-żmien tal-adozzjoni tal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4, jiġifieri fit-2 ta’ Lulju 2024.

(14)

Il-miri ta’ prestazzjoni ambjentali proposti mir-Repubblika Ċeka għall-RP4 u l-valuri ta’ referenza nazzjonali korrispondenti mill-ERNIP, espressi bħala l-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali, huma kif ġej:

Repubblika Ċeka

2025

2026

2027

2028

2029

Il-miri fil-qasam ta’ prestazzjoni ewlieni tal-ambjent, espressi bħala l-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali

2,54 %

2,52 %

2,49 %

2,45 %

2,43 %

Valuri ta’ referenza

2,54 %

2,52 %

2,49 %

2,45 %

2,43 %

(15)

Il-Kummissjoni tosserva li l-miri ambjentali proposti mir-Repubblika Ċeka huma ugwali għall-valuri ta’ referenza nazzjonali korrispondenti għal kull sena kalendarja tal-RP4.

(16)

Il-Kummissjoni tinnota li fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni, ir-Repubblika Ċeka ppreżentat miżuri biex jintlaħqu l-miri tal-ambjent lokali li jinkludu l-espansjoni ulterjuri tal-operazzjonijiet transfruntiera u l-implimentazzjoni ta’ settorizzazzjoni mtejba tal-ispazju tal-ajru.

(17)

Għalhekk, abbażi tas-sejbiet fil-premessi (14), (15) u (16), il-miri fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-ambjent inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni jenħtieġ li jitqiesu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4.

Valutazzjoni tal-miri tal-kapaċità

(18)

Fir-rigward tal-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kapaċità, il-konsistenza tal-miri inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni fir-rigward tad-dewmien medju fil-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (“ATFM”, Air Traffic Flow Management) en route għal kull titjira ġie vvalutat abbażi tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.3 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Għaldaqstant, il-miri tal-kapaċità en route proposti tar-Repubblika Ċeka tqabblu mal-valuri ta’ referenza rilevanti stabbiliti fil-Pjan Operazzjonali tan-Network, imfassal f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 u disponibbli fiż-żmien tal-adozzjoni tal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4, jiġifieri fit-2 ta’ Lulju 2024.

(19)

Il-miri tal-kapaċità en route proposti mir-Repubblika Ċeka għall-RP4, espressi f’minuti ta’ dewmien tal-ATFM għal kull titjira, u l-valuri ta’ referenza korrispondenti mill-Pjan Operazzjonali tan-Network huma kif ġej:

Repubblika Ċeka

2025

2026

2027

2028

2029

Il-miri fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kapaċità, espressi f’minuti ta’ dewmien en route tal-ATFM għal kull titjira

0,19

0,14

0,11

0,10

0,10

Valuri ta’ referenza

0,19

0,14

0,11

0,10

0,10

(20)

Il-Kummissjoni tosserva li l-miri tal-kapaċità en route proposti mir-Repubblika Ċeka huma ugwali għall-valuri ta’ referenza nazzjonali korrispondenti għal kull sena kalendarja tal-RP4.

(21)

Il-Kummissjoni tinnota li fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni, ir-Repubblika Ċeka ppreżenta miżuri biex jintlaħqu l-miri tal-kapaċità tagħha en route. Dawk il-miżuri jinkludu r-reklutaġġ u t-taħriġ tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, l-ottimizzazzjoni tal-ħinijiet tal-ftuħ tas-settur, l-implimentazzjoni ta’ settur imtejjeb tal-ispazju tal-ajru u l-iżvilupp ulterjuri tas-sistema tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru.

(22)

Għalhekk, abbażi tas-sejbiet fil-premessi (19), (20) u (21), il-miri fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kapaċità inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni jenħtieġ li jitqiesu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4.

Rieżami tal-miri tal-kapaċità għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal

(23)

F’konformità mal-punt 2.1(b) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni kkumplimentat il-valutazzjoni tagħha tal-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni billi rrieżaminat il-miri ta’ prestazzjoni tal-kapaċità għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal stabbiliti rigward l-ajruporti msemmija fl-Artikoli 1(3) u (4) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Instab li dawk il-miri jagħtu lok għal tħassib.

(24)

Il-Kummissjoni tinnota li l-miri tal-kapaċità fit-terminal proposti għall-RP4 iwasslu għal deterjorament sinifikanti tad-dewmien medju tal-ATFM tal-wasla kull sena meta mqabbel mat-tielet perjodu referenzjarju (“RP3”). Tabilħaqq, il-miri proposti tal-RP4 huma stabbiliti bħala 0,40 minuta għal kull titjira, filwaqt li l-prestazzjoni reali reġistrata matul l-RP3 kienet ta’ bejn 0,01 sa 0,15 minuta għal kull titjira.

(25)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li, b’rabta mal-adozzjoni tal-pjan tal-prestazzjoni finali tagħha f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 16 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, jenħtieġ li fid-dawl tal-osservazzjonijiet stabbiliti fil-premessa (24), ir-Repubblika Ċeka għandha tiġġustifika ulterjorment il-miri tal-kapaċità fit-terminal għall-RP4 jew li tirrevedi ’l isfel dawk il-miri.

Valutazzjoni tal-miri tal-kosteffiċjenza

(26)

Fir-rigward tal-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, il-konsistenza tal-miri inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni fir-rigward tal-kost unitarju ddeterminat (“DUC”, Determined Unit Cost) għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route ġiet ivvalutata abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-punti 1.4(a), (b) u (c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Dawk il-kriterji jikkonsistu mix-xejra tad-DUC matul l-RP4, mix-xejra fit-tul tad-DUC matul l-RP3 u l-RP4 (2020-2029), u mill-valur bażi għad-DUC fil-livell taż-żona tal-imposti meta mqabbel mal-valur medju taż-żoni tal-imposti fejn il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom ambjent operazzjonali u ekonomiku simili.

(27)

Il-miri tal-kosteffiċjenza en route proposti mir-Repubblika Ċeka għall-RP4, u l-valuri ta’ referenza relatati, huma kif ġej:

Żona tal-imposti en route tar-Repubblika Ċeka

Valur ta’ referenza tal-2019

Valur ta’ referenza tal-2024

2025

2026

2027

2028

2029

Il-miri u l-valuri ta’ referenza fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, espressi bħala kost unitarju ddeterminat (f’termini reali bil-prezzijiet tal-2022)

CZK 1 315,2

CZK 1 425,1

CZK 1 426,6

CZK 1 425,3

CZK 1 393,9

CZK 1 383,9

CZK 1 336,2

EUR 53,62

EUR 58,10

EUR 58,16

EUR 58,11

EUR 56,82

EUR 56,42

EUR 54,47

(28)

Rigward l-kriterju ta’ valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(a) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra tad-DUC tar-Repubblika Ċeka fil-livell taż-żona tal-imposti ta’ -1,3 % matul l-RP4 għall-Unjoni kollha ta’ -1,2 % matul l-istess perjodu.

(29)

Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(b) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra fit-tul tad-DUC tar-Repubblika Ċeka fil-livell taż-żona tal-imposti matul l-RP3 u l-RP4 ta’ +0,2 % ija aktar baxxa mix-xejra fit-tul għall-Unjoni kollha ta’ -1,0 % matul l-istess perjodu.

(30)

Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li r-Repubblika Ċeka tilfet, bħala konsegwenza tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, sehem sinifikanti mit-titjiriet li għaddiet minnhom li storikament kienet isservi. Dak it-tnaqqis tat-traffiku jkompli matul l-RP4 biex ikollu impatt konsiderevoli fuq il-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza tal-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għandu, b’mod partikolari, effett negattiv fuq ix-xejra fit-tul tad-DUC tar-Repubblika Ċeka.

(31)

Għalhekk huwa meħtieġ u xieraq li jiġi eżaminat, għall-fini tal-kriterju ta’ valutazzjoni msemmi fil-premessa (29), jekk ir-Repubblika Ċeka tissodisfax ix-xejra fit-tul tad-DUC mal-Unjoni kollha fin-nuqqas taċ-ċirkostanzi msemmija fil-premessa (30).

(32)

Għal dan l-għan, il-Kummissjoni kkalkulat mill-ġdid ix-xejra fit-tul tad-DUC fid-dawl tat-telf strutturali stmat tat-traffiku għar-Repubblika Ċeka bħala konsegwenza tal-gwerra fl-Ukrajna, imkejla f’unitajiet ta’ servizz en route. Dak il-kalkolu mill-ġdid jirriżulta f’xejra aġġustata fit-tul tad-DUC għar-Repubblika Ċeka ta’ -2,3 %, li tisboq ix-xejra fit-tul tad-DUC mal-Unjoni kollha ta’ -1,0 %. Għalhekk, huwa konkluż li r-Repubblika Ċeka tissodisfa l-kriterju ta’ valutazzjoni msemmi fil-premessa (29) wara li tqis l-effett tat-tnaqqis sinifikanti tat-traffiku li jirriżulta mill-gwerra fl-Ukrajna.

(33)

Fir-rigward tal-kriterju ta’ valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li l-valur ta’ referenza tad-DUC ta’ EUR 58,10 tar-Repubblika Ċeka f’termini reali fi prezzijiet tal-2022 (“EUR2022”) huwa 13,6 % ogħla mill-valur ta’ referenza medju ta’ EUR 51,14 f’EUR2022 tal-grupp komparatur rilevanti stabbilit fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1688.

(34)

Meta jiġi eskluż l-impatt negattiv tal-bidliet fit-traffiku li jirriżultaw mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, huwa ċar li r-Repubblika Ċeka tissodisfa kemm ix-xejra tad-DUC mal-Unjoni kollha kif ukoll ix-xejra fit-tul tad-DUC mal-Unjoni kollha. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li d-devjazzjoni mill-valur ta’ referenza medja tad-DUC għall-2024 imsemmija fil-premessa (33) ma tipprekludix il-miri ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza tar-Repubblika Ċeka u milli jkunu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għall-Unjoni kollha.

(35)

Għalhekk, abbażi tas-sejbiet fil-premessi (27) sa (34), il-miri fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni jenħtieġ li jitqiesu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4.

Rieżami tal-miri tal-kosteffiċjenza għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal

(36)

F’konformità mal-punt 2.1(c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni kkumplimentat il-valutazzjoni tagħha tal-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni billi rrieżaminat il-miri ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal stabbiliti rigward l-ajruporti msemmija fl-Artikoli 1(3) u (4) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Instab li dawk il-miri ma jagħtux lok għal tħassib.

Rieżami tal-iskemi ta’ inċentiv en route tat-terminal

(37)

F’konformità mal-punt 2.1(f) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni kkomplementat il-valutazzjoni tagħha tal-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni billi rrieżaminat l-iskemi ta’ inċentiv li jappoġġaw il-kisba ta’ miri ta’ kapaċità (“l-iskemi ta’ inċentivi tal-kapaċità”) imsemmija fl-Artikolu 11 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Instab li l-iskemi ta’ inċentivi tal-kapaċità għall-RP4 stabbiliti mir-Repubblika Ċeka għas-servizzi en route u fit-terminal fl-RP4 jagħtu lok għal tħassib.

(38)

Il-Kummissjoni tinnota li kemm l-iskema ta’ inċentivi tal-kapaċità en route kif ukoll l-iskema ta’ inċentivi tal-kapaċità fit-terminal inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni jinkludu żvantaġġ finanzjarju massimu li jammonta biss għal 0.75 % tal-kostijiet iddeterminati. Wara li kkunsidrat il-parir espert ipprovdut mill-PRB, il-Kummissjoni tqis li l-iżvantaġġi finanzjarji massimi għall-iskemi ta’ inċentivi tal-kapaċità stabbiliti mir-Repubblika Ċeka ma jikkonformawx mal-Artikolu 11(3), il-punt (a), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, li jirrikjedi li tali skemi ta’ inċentivi jkollhom “impatt materjali fuq id-dħul f’riskju”.

(39)

Għalhekk, il-Kummissjoni ttenni l-fehma tagħha li r-Repubblika Ċeka jenħtieġ li tirrevedi, b’rabta mal-adozzjoni tal-pjan ta’ prestazzjoni finali tagħha f’konformità mal-Artikolu 16(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, l-iskemi ta’ inċentivi tal-kapaċità b’tali mod li l-akbar żvantaġġi finanzjarji li jirriżultaw minn dawk l-iskemi ta’ inċentivi jiġu stabbiliti f’livell li jkollu impatt materjali fuq id-dħul f’riskju, kif meħtieġ fl-Artikolu 11(3)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Fil-fehma tal-Kummissjoni dik ir-reviżjoni tenħtieġ li twassal għal żvantaġġ finanzjarju massimu ugwali jew ogħla minn 1 % tal-kostijiet iddeterminati annwali.

KONKLUŻJONIJIET

(40)

Fid-dawl ta’ dan kollu, jenħtieġ li l-miri ta’ prestazzjoni inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni tar-Repubblika Ċeka jitqiesu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miri ta’ prestazzjoni inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni ppreżentat mir-Repubblika Ċeka għar-raba’ perjodu ta’ referenza (“RP4”), elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, huma konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4 stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1688.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Mejju 2025.

Għall-Kummissjoni

Apostolos TZITZIKOSTAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/549/oj.

(2)   ĠU L, 2024/2803, 11.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2803/oj.

(3)   ĠU L 56, 25.2.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/317/oj.

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1688 tat-12 ta’ Ġunju 2024 li tistabbilixxi l-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għar-raba’ perjodu ta’ referenza mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2029 (ĠU L, 2024/1688, 17.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1688/oj).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta’ servizz) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10, ELI http://data.europa.eu/eli/reg/2004/550/oj).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 tal-24 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 (ĠU L 28, 31.1.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/123/oj).


ANNESS

Miri tal-prestazzjoni inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni tar-Repubblika Ċeka, misjuba li huma konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għar-raba’ perjodu ta’ referenza

IL-QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAS-SIKUREZZA

Repubblika Ċeka

Il-miri dwar l-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza, espressi bħala livell ta’ implimentazzjoni, li jvarjaw mil-livell A sa D tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“EASA”)

Fornitur ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru

Objettiv tal-ġestjoni tas-sikurezza

2025

2026

2027

2028

2029

ANS CR

Politika u objettivi għas-sikurezza

C

C

C

C

C

Ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza

C

C

C

C

D

Assigurazzjoni għas-sikurezza

B

C

C

C

C

Promozzjoni tas-sikurezza

C

C

C

C

C

Kultura tas-sikurezza

C

C

C

C

C

QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAL-AMBJENT

Repubblika Ċeka

2025

2026

2027

2028

2029

Il-miri fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-ambjent, espressi bħala l-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali

2,54 %

2,52 %

2,49 %

2,45 %

2,43 %

IL-QASAM EWLIENI TA’ PRESTAZZJONI TAL-KAPAĊITÀ

Repubblika Ċeka

2025

2026

2027

2028

2029

Il-miri fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kapaċità, espressi f’minuti ta’ dewmien en route tal-ATFM għal kull titjira

0,19

0,14

0,11

0,10

0,10

IL-QASAM EWLIENI TA’ PRESTAZZJONI TAL-KOSTEFFIĊJENZA

Żona tal-imposti en route tar-Repubblika Ċeka

Valur ta’ referenza tal-2019

Valur ta’ referenza tal-2024

2025

2026

2027

2028

2029

Il-miri u l-valuri ta’ referenza fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, espressi bħala kost unitarju ddeterminat (f’termini reali bil-prezzijiet tal-2022)

CZK 1 315,2

CZK 1 425,1

CZK 1 426,6

CZK 1 425,3

CZK 1 393,9

CZK 1 383,9

CZK 1 336,2

EUR 53,62

EUR 58,10

EUR 58,16

EUR 58,11

EUR 56,82

EUR 56,42

EUR 54,47


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1053/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)